Kitbiet ta' San Frangisk |
|
Ittra lil Ministru miktuba bejn 1221 u 1223
1. Lil Hija N.*, ministru: il-Mulej ibierkek (Num 6:24).
2. Nitkellem mieghek, mill-ahjar li nista' dwar l-istat ta' ruhek. Int ghandek tqis bhala grazzja dawk il-hwejjeg kollha li jfixkluk milli thobb lill-Mulej Alla u ’l kull min, jaghmillek tifkil, kemm jekk hutek u kemm jekk ohrajn, ukoll jekk sahansitra jerfghu idejhom fuqek. 3. Jalla tkun trid li jsehh dan u mhux haga ohra. 4. U jalla dan ikun ghalik l-ubbidjenza vera mill-Mulej Alla u l-ubbidjenza tieghi, ghax jien naf fiz-zgur li din hi ubbidjenza tabilhaqq.
5. Hobb lil dawk li jaghmlulek dawn il-hwejjeg. 6. U ma ghandek tistenna xejn aktar minghandhom, sakemm ma tkunx xi haga li l-Mulej ikun irid jaghtik. 7. U hobbhom f’dan kollu; u wriehom ix-xewqa li jkunu Nsara ahjar. 8. U jalla dan ikunlek ta' gid aktar milli kieku kellek tghix f’xi eremitagg.
9. Kemm-il darba int taghmel dan, nixtieq inkun naf b’hekk jekk inti thobbx tassew ’il-Mulej u lili, qaddej tieghu u tieghek, jigifieri, li m'ghandu jkun hemm qatt fid-dinja xi hadd mill-ahwa, li dineb u ghamel kemm ghamel dnubiet, li wara li jkun hares harsa f'ghajnejk, ma jitlaqx minn hdejk minghajr il-hniena tieghek, jekk ikun jistenna minnek il-hniena. 10. U jekk hu ma jkunx qed ifittex il-hniena minnek, hu hsieb inti stess li tistaqsih iridx il-hniena. 11. U li kellu jidneb elf darba quddiem ghajnejk, hobbu aktar milli thobb lili, biex hekk jirnexxilek tigbdu lejn il-Mulej; qis li dejjem turi l-hniena ma' ahwa bhal dawn. 12. U meta tista’ habbar dan lill-gwardjani li min-naha tieghek int tal-fehma li ggib ruhek b'dan il-mod.
13. Waqt il-Kapitlu ta' Ghid il-Hamsin, bil-ghajnuna ta' Alla u fuq il-parir ta’ l-ahwa, nigbru f'kapitlu wiehed il-punti kollha tar-Regola li jitkellmu dwar id-dnubiet il-mejta hekk: 14. Jekk xi hadd mill-ahwa, imhajjar mill-ghadu, jaghmel xi dnub mejjet, ha jkun obbligat b'ubbidjenza li jmur ghand il-gwardjan tieghu. 15. U l-ahwa kollha li jkunu jafu bid-dnub tieghu, m’ghandhom la jgeghluh jisthi, u lanqas iqasqsu fuqu, imma ha juru mieghu hniena kbira u jzommu d-dnub ta’ huhom mistur sewwa, ghax mhux dawk li huma f'sahhithom jehtiegu t-tabib, imma l-morda (Mt 9:12). 16. Bl-istess mod ha jkunu marbuta b'ubbidjenza li jibaghtuh ghand il-kustodju tieghu flimkien ma' xi sieheb. 17. U l-kustodju ghandu juri hniena mieghu, l-istess bhalma jkun jixtieq min juri mieghu jekk isib ruhu fl-istess qaghda tieghu (Mt 7:12). 18. Jekk jaqa' f'xi dnub venjal, ha jmur iqerr ghand xi hadd mill-ahwa li hu qassis. 19. Fil-kaz li ma jkunx hemm qassis, ha jistqarr htijietu lil hutu sakemm isib qassis li jkun jista’ kanonikament jahfirlu dnubietu, kif intqalilna. 20. U m'ghandu jkollhom l-ebda setgha li jimponu penitenza fuqhom ghajr din: Mur, u tidnibx aktar (Gw 8:11).
21. Jalla zzomm din l-ittra ghandek sal-Kapitlu ta' Ghid il-Hamsin, biex tkun tista' tigi mharsa ahjar, meta tkun flimkien ma’ hutek. 22. Bl-ghajnuna tal-Mulej Alla, hu hsieb dawn u dawk il-hwejjeg li mhumiex cari bizzejjed fir-Regola.
* Fid-dokument originali m’hemm l-ebda isem lil min hija indirizzata din l-ittra; xi whud jahsbu li jista’ jkun jew Fra Pietru Catanii jew Fra Elija jew xi ministru iehor.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Din l-ittra wisq probabbli inkitbet qabel il-Kapitlu ta' 1223 li matulu kienu ikkonsidrati xi tibdil fir-Regola qabel ma giet imresqa ghall-approvazzjoni tal-Papa. Hija Ittra mibghuta lil wiehed mill-provincjali li ma nafux ismu. Fl-ittra jidher car il-hniena li kellu Frangisku lejn dawk l-ahwa li jidinbu.
|