Kitbiet ta' San Frangisk |
|
Ittra lill-Kustodji it-tieni ittra miktuba fl-1220
1. Fra Frangisk, l-icken wiehed fost il-qaddejja ta' Alla, jibghat tislim u paci qaddisa fil-Mulej lill-kustodji kollha ta' l-Ahwa z-Zghar li taslilhom din l-ittra.
2. Kunu afu li hemm certi affarijiet li huma tassew kbar u tal-ghageb f’ghajnejn Alla, izda li xi drabi, f'ghajnejn il-bnedmin, huma meqjusa bla siwi u mhux ta' min jahseb fuqhom. 3. Min-naha l-ohra, hemm affarijiet li l-bnedmin iqisuhom kbar u jzommuhom b’ghozza, waqt li Alla jqishom bla siwi u ta' ebda valur.
4. Quddiem il-Mulej Alla, bil-qawwa kollha li ghandi nitlobkom biex tqassmu lill-isqfijiet u lill-membri kollha tal-kleru, l-ittri tieghi li jitkellmu dwar il-Gisem u d-Demm l-aktar qaddisa tal-Mulej taghna 5. u li zzommu sewwa f'mohhkom kull ma heggigtkom taghmlu dwar dawn il-hwejjeg.
6. Aghmlu ghadd ta’ kopji ta’ l-ittra l-ohra li qed nibaghtilkom u li fiha hemm miktub biex isir tifhir lil Alla fost il-popli u fil-pjazez, u aghtuhom lis-sindki, lill-konslijiet u lill-mexxejja, 7. u hudu hsieb li tqassmuhom b’hegga kbira lil dawk kollha li ghandhom hu mifhum li ghandha tasal din il-kitba.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Il-kontenut ta' din l-ittra semplici qiesu jirbambja dak li Frangisku kiteb f'dan i z-zmien. Frangisku mill-gdid jitkellem dwar r-rispett u l-qima lejn l-Ewkaristija u lejn il-Kelma ta' Alla. F'din l-ittra jaghmel referenza ghall-"ittri" ohra li kien kiteb. Frangisku wisq probabbli kiteb din l-ittra wara li kiteb l-ohrajn hekk kif gie lura mill-Art Imqaddsa fl-1220
|