Kitbiet ta' San Frangisk |
|
Ittra lill-Kustodji l-ewwel ittra miktuba fl-1220
1. Lill-kustodji kollha ta' l-Ahwa z-Zghar li tasal ghandhom din l-ittra, jien fra Frangisk, ilqaddej taghkom u l-icken wiehed fil-Mulej Alla, nibghat tislima b'gheliem godda tas-sema u ta’ l-art, li huma kbar u tal-ghageb f'ghajnejn Alla, imma li huma meqjusa ftit li xejn minn hafna religjuzi u ohrajn.
2. Bil-hegga kollha li hemm fija u aktar ukoll, nitlobkom, meta jidhrilkom li jkun sewwa u mehtieg, bl-umiltà kollha ghandkom titolbu lill-kleru kollu biex jaghtu qima fuq kull haga ohra l-Gisem u dDemm l-aktar qaddis tal-Mulej taghna Gesù Kristu, l-ismijiet qaddisa u l-kliem miktub li bih iqaddsu l-Gisem tieghu. 3. Ghandhom ukoll izommu bhala oggetti prezzjuzi l-kalcijiet, il-korporali, it-tizjin ta' l-altar u dak kollu li ghandu x'jaqsam mas-sagrificcju tal-Quddiesa.
4. Kemm-il darba l-Gisem l-aktar qaddis tal-Mulej ikun mizmum f'xi post li ma jixraqx, ha jqeghduh u jaqfluh tajjeb f'post prezzjuz, u jkun imhares kif titlob il-Knisja. Ha jgorruh minn post ghal iehor b’qima xierqa, u jqassmuh lill-ohrajn b’mod xieraq. 5. L-ismijiet qaddisa u l-kliem miktub tal-Mulej, jekk ikunu jinstabu f'imkejjen li ma jixirqux, ha jingabru u jinzammu f'postijiet xierqa.
6. F'kull prietka li taghmlu, fakkru lin-nies dwar il-penitenza, u li hadd ma jista’ jsalva jekk ma jircevix il-Gisem u dDemm l-aktar qaddis tal-Mulej (ara, Gw 6:54). 7. U meta jkun ikkonsagrat fuq l-altar mis-sacerdot u jingarr xi mkien, ha jfahhru n-nies kollha, jaghtu glorja u jinzlu gharkobbtejhom jaghtu gieh lill-Mulej Alla, haj u veru. 8. Jalla thabbru u xxandru t-tifhir tieghu fost ilgnus kollha b’mod li jinghata tifhir u hajr dejjem lil Alla li jista' kollox mill-popli kollha tad-dinja f’kull siegha u kull darba li jdoqqu l-qniepen.
9. Huti l-kustodji li tigi f'idejhom din l-ittra, li jaghmlu kopji taghha u jzommuha ghalihom u ghal huthom il-patrijiet li ghandhom id-dmir li jippritkaw jew li jiehdu hsieb l-ahwa, u li jaghmlu maghruf u jhabbru kull ma ntqal f'din l-ittra: ha jkunu jafu li l-barka tal-Mulej Alla hija fuqhom kif hi l-barka tieghi wkoll. 10. Ha jqisu din il-kitba bhala ubbidjenza vera u qaddisa moghtija lilhom.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Il-kontenut ta' din l-ittra juri l-hegga u l-qima li Frangisku kellu lejn l-Ewkaristija u lejn il-Kelma ta' Alla. Frangisku wisq probabbli kiteb din l-ittra wara li gie lura mill-Art Imqaddsa fl-1220
|