Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ittra lill-Kleru

(it-tieni redazzjoni)

miktuba fl-1220


 

1. Noqoghdu attenti ahna lkoll li ahna kjerci, li nwarrbu d-dnub kbir u l-injuranza li xi whud ghandhom dwar il-Gisem u d-Demm l-aktar qaddis tal-Mulej taghna Gesù Kristu, dwar l-ismijiet qaddisa u l-kliem tieghu miktub, li bih ikun ikkonsagrat il-Gisem tieghu.  2.  Ahna nafu li dan ma jistax isir il-Gisem tieghu jekk ma jinghadx il-kliem tal-konsagrazzjoni. 3. Ghax f’din id-dinja minn ta’ l-Aktar Gholi m’ghandna u ma naraw xejn bl-ghajnejn tal-gisem, hlief il-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, l-ismijiet qaddisa u l-kliem tieghu li bih konna mahluqin u konna lkoll mifdijin mill-mewt ghall-hajja (1Gw 3:14). 

 

4. Ghaldaqstant, dawk kollha li jaqdu dawn il-misteri hekk kbar – l-aktar dawk li jamministrawhom bla ma jaghmlu ghazla tajba – ha jintebhu bil-qaghda li jinsabu fiha l-kalcijiet, il-korporali u t-triehi li fuqhom jigi offrut il-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna. 5. Hafna jhalluh (l-Gisem tal-Mulej) f’imkejjen mahmugin, jew igorruh maghhom fit-triq b’mod li jaqsamlek qalbek, jircevuh b’mod xejn denn u jaghtuh lill-ohrajn bla ebda qima. 6. Anki l-ismijiet u l-kliem miktub tieghu ximindaqqiet jithallew jitkasbru taht is-saqajn. 7. Ghax il-bniedem naturali ma jilqax il-hwejjeg ta’ l-Ispirtu ta’ Alla. (1Kor 2:14).

 

8. Ma nhossuniex imqanqla b’sens ta’ qima meta nisimghu dwar dan kollu, meta t-twajjeb Mulej taghna joffri lilu nnifsu f’idejna, u ahna ngorruh u nircevuh fuq fommna kuljum? 9. Jew jista’ jkun ninsew li ahna wkoll ghad irridu nigu taht idejn il-Mulej (ara Lhud 10:31)? 10. Ghalhekk, ejjew mela, bla telf ta’ zmien u b’rieda shiha ntejbu l-imgiba taghna f’dawn u fil-hwejjeg l-ohra. 11. U kull darba li l-Gisem l-aktar qaddis tal-Mulej taghna Gesù Kristu jkun imqieghed u mitluq x’imkien mhux xieraq, ejjew innehhuh minn hemm u naqfluh x’imkien aktar prezzjuz. 12. Bl-istess mod kull darba li nsibu l-kliem miktub tal-Mulej x’imkien mhux xieraq ejjew nigbruh u nzommuh f’imkejjen li jixirqu aktar.

 

13. Ahna nafu li ahna marbutin li nharsu dawn il-hwejjeg kollha ’l fuq minn kull haga ohra skond il-precetti tal-Mulej u skond il-kostituzzjonijiet ta' Ommna l-Knisja Mqaddsa. 14. U kull min ma jaghmilx dan, ha jkun jaf li f’jum il-haqq huwa marbut li  jaghti kont tieghu nnifsu quddiem il-Mulej taghna Gesù Kristu (Mt 12:36).

 

15. Halli dawk kollha li jaghmlu kopji ta’ din il-kitba biex tkun tista' tithares ahjar, ikunu jafu li ghad ikunu mberkin mill-Mulej Alla.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


 

Din hija

it-tieni verzzjoni

ta' l-iitra

lill-kleru

li fiha Frangisku jirrepeti dak

li qal

fl-ewwel ittra.

Fiha tidher

l-influwenza

tal-Koncilju Lateran IV

u t-theggig

tal-Papa

Onorju III  fl'Ezortazzjoni tieghu:

Sane cum olim

li fiha jitkellem

dwar l-istess haga.

L-ittra kienet

miktuba

fl-1220.