Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ittra lill-Kleru

(L-ewwel redazzjoni)

miktuba qabel 1219


 

1. Noqoghdu attenti ahna lkoll li ahna kjerci, li nwarrbu d-dnub kbir u l-injuranza li xi whud ghandhom dwar il-Gisem u d-Demm l-aktar qaddis tal-Mulej taghna Gesù Kristu, dwar l-ismijiet qaddisa u l-kliem tieghu miktuba, li bih ikun ikkonsagrat il-Gisem tieghu.  2.  Ahna nafu li dan ma jistax isir il-Gisem tieghu jekk ma jinghadx il-kliem tal-konsagrazzjoni. 3. Ghax f’din id-dinja minn ta’ l-Aktar Gholi m’ghandna u ma naraw xejn bl-ghajnejn tal-gisem, hlief il-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, l-ismijiet qaddisa u l-kliem tieghu li bihom konna mahluqin u konna lkoll mifdijin mill-mewt ghall-hajja (1Gw 3:14).  4. Ghaldaqstant, dawk kollha li jaqdu dawn il-misteri hekk kbar – l-aktar dawk li jamministrawhom b’mod traskurat – biex jintebhu bil-qaghda li jinsabu l-kalcijiet, il-korporali u t-triehi tal-altar li fuqhom jigi offrut il-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna. 5. Hafna jpoggu u jhalluh (l-Gisem tal-Mulej) f’imkejjen mahmugin, jew jgorruh maghhom fit-triq b’mod ta’ qsim il-qalb, jircevuh b’mod xejn dehen u jaghtuh lil ohrajn bla ebda qima. 6. Ukoll l-ismijiet miktubin u l-Kliem tieghu x’imdaqqiet jithallew jintrifsu taht is-saqajn. 7. Ghax il-bniedem naturali ma jilqax il-hwejjeg ta’ l-Ispirtu ta’ Alla. (1Kor 2:14).

 

8. Ma nhossuniex imqanqla b’sens ta’ qima meta nisimghu dwar dan kollu, meta t-twajjeb Mulej taghna jpoggi lilu nnifsu f’idejna, u ahna ngorruh u nircevuh fuq fommna kuljum? 9. Jew jista’ jkun ninsew li ahna wkoll ghad irridu nigu taht idejn il-Mulej (ara Lhud 10:31)? 10. Ghalhekk, ejjew mela, bla telf ta’ zmien u b’rieda shiha ntejbu l-imgiba taghna f’dawn u fil-hwejjeg l-ohra. 11. U kull darba li l-Gisem l-aktar qaddis tal-Mulej taghna Gesù Kristu jkun imqieghed u mitluq x’imkien mhux xieraq, ejjew innehhuh minn hemm u naqfluh x’imkien aktar prezzjuz. 12. Bl-istess mod kull darba li nsibu l-kliem miktub tal-Mulej x’imkien mhux xieraq ejjew nigbruh u nzommuh f’imkejjen li jixirqu aktar.

 

13. Ahna, il-kleru kollu, ahna dejjem marbutin li nharsu dawn il-hwejjeg kollha ’l fuq minn kull haga ohra skond il-kmandamenti tal-Mulej u skond il-precetti ta’ Ommna l-Knisja Mqaddsa. 14. U kull min ma jaghmilx dan, ha jkun jaf li jrid jaghti kont quddiem il-Mulej taghna Gesù Kristu f’jum il-haqq (Mt 12:36). 15. Halli dawk kollha li jaghmlu kopji ta’ din il-kitba biex tithares ahjar, ikunu jafu li huma mberkin mill-Mulej Alla.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


 

Dan it-theggig jirrifletti

il-kuragg li Frangisku jaghmel lil Kleru biex jiehdu hsieb izommu ndaf il-knejjes,

l-altari u kull ma jintuza

fic-celebrazzjoni

tal-misteri qaddisa.

L-ittra kienet

miktuba

qabel 1219.