|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>Frangisk - Bniedem tal-Knisjakitba ta' Fr William Bartolo OFMConv. Meta Frangisku gharaf il-Mulej tieghu, ghamillu l-mistoqsija li kull nisrani jhoss li ghandu jaghmel kuljum: "Mulej, urini x'ghandi naghmel". Kristu hatfu fil-kelma u qallu biex imur isewwi l-Knisja tieghu, li kienet qed tiggarraf. Ghal Frangisku x'kienet tfisser Knisja?
Fi zmien San Frangisk hafna kienu dawk li, ghax kienu jintebhu li l-Knisja fiha l-element uman ukoll, kienu jattakkawha u jehduha kontrieha. Frangisku ma jghoddx ma' dawn. Frangisku ried jikkonverti, u gharaf li din il-konverzjoni ssehh biss fi hdan il-Knisja Kattolika. Hu kien jaf li l-Knisja, bhalu kienet fit-triq tal-konverzjoni, ghax dan qalulu Kristu nnifsu: "Mur sewwi l-Knisja tieghi"; imma kien jaf ukoll li din l-istess Knisja se tghinnu fil-konverzjoni tieghu. Huwa gharaf li l-Knisja ghandha bzonnu, u hu ghandu bzonn il-Knisja. Ghax habbew lil xulxin, kemm il-Knisja u kemm Frangisku, gharfu li ghandhom bzonn ta' xulxin.
Frangisku sewwa l-Knisja ta' Kristu. Frangisku ghen il-Knisja ta' Kristu billi l-ewwel u qabel kollox sewwa lilu nnifsu, ghax hu parti mill-Knisja. Hu ma hares lejn hadd, u ried li dak li tghallem il-Knisja jghixu. Din hi l-imhabba li kellu lejn il-Knisja, li jkun xhud fi hdan il-Knisja billi jghix il-Vangelu. Ried ighix hajja qaddisa ghax habb lil Kristu u lill-Knisja tieghu. Meta xi hadd kien iwissih biex dak li jahsbu fuqu n-nies iqis li ighixu, hu kien jiehu gost b'din it-twissija ghax kien jaf li dawk li jwissuh kienu jaraw fih ix-xbieha tal-Knisja, li hi pellegrina u miexja ghall-perfezzjoni. Frangisku ghen lill-Knisja billi ghex il-hajja ta' nisrani, il-hajja ta' qdusija. Dan ma ghamlux ghall-unur tieghu, izda ghall l-imhabba ta' Kristu u tal-Knisja tieghu. Illum naraw kemm ghamel gid dan il-bniedem li sahansitra anke religjonijiet ohra anki mhux insara jammirawh.
Kif ghedna 'l quddiem, Frangisku ghen lill-Knisja u l-Knisja ghenitu. Fit-Testment tieghu l-Qaddis jirringrazzja lil Alla tal-fidi li tah fis-sacerdoti li huma fi hdan il-Knisja kattolika. Hu kien jara fis-sacerdoti dawk li lilhom gew fdati s-sagramenti mqaddsa li jzommu hajja l-Knisja. Dawn is-sagramenti tal-Knisja kienu ghajn ta' grazzji ghal Frangisku, ghalhekk huwa jirringrazzja 'l Alla tas-sacerdoti.
L-imhabba li kellu Frangisku lejn il-Knisja tidher f'silta mill-hajja tieghu (F.F. 610). Tumas ta' Celano, wiehed minn tal-bidu li kitbu dwar Frangisku, jghidilna li darba Frangisku kellu holma li fiha ra qroqqa zghira sewda li kellha hafna flieles u ma setghetx izzommhom kollha tahtha. Fiz-zmien ta' din il-holma Frangisku, li kien strument f'idejn Alla, sab ruhu mdawwar minn hafna nies semplici li riedu jghixu fuq il-passi tieghu. Frangisku kien ihoss dan it-toqol, u ghalhekk kellu din il-holma. Imma Alla ma hallmux din il-holma biex joqghod isewwed qalbu fuq is-sitwazzjoni li kien jinsab fiha.
Min kien se jghinu lil Frangisku? Kien se jghinu Alla permezz tal-Knisja tieghu. Il-Qaddis idawwar hsiebu lejn il-Knisja, u jiehu r-ruh, ghax fiha jsib l-ghajnuna mehtiega f'dak il-moment. Huwa f'dan il-moment irrikmanda l-Ordni tieghu f'idejn il-Knisja Kattolika, u din min-naha taghha taghmel Kardinal biex ihares l-Ordni Frangiskan.
Din hija l-istess Knisja li Kristu qallu biex imur isewwi, imma l-Qaddis gharaf li din ukoll tista' tghinu, ghax ghandha l-mezzi moghtija minn Alla.
Naghlqu bl-ewwel paragrafu tar-Regola Frangiskana. F'dan il-paragrafu Frangisku jghid li l-hajja tal-patrijiet minuri hija li jghixu l-Vangelu u juru ubbidjenza lejn il-Papa. Dawn it-tnejn huma haga wahda ghal Frangisku. Huwa jghaqqad il-Papa (u l-Knisja) mal-Vangelu. Frangisku ried juri lis-segwaci tieghu, u lill-insara kollha, li ma tistax tghix il-Vangelu barra mill-Knisja, ghax il-Vangelu hu afdat lill-Knisja.
Dan l-artiklu deher fir-Rivista ta' Spiritwalitą, Nru.77 Lulju-Settembru1991, Vol. X, 171 u 178. Valletta: 27.1.2004 |
Frangisku sewwa l-Knisja ta' Kristu. Frangisku ghen il-Knisja ta' Kristu billi l-ewwel u qabel kollox sewwa lilu nnifsu, ghax hu parti mill-Knisja.
|
|