|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>San Frangisk u x-Xitankitba tal-Kummissjoni Djocesana dwar Okkult u s-Sanatizmu San Frangisk u x-Xitan Hu nteressanti naqraw il-hajjiet tal-qaddisin u kif il-mixja lejn il-qdusija taghom spiss timplika wkoll glieda kontra x-xitan. Anke l-qaddisin ta’ zminijietna. Bizzejjed niftakru fir-ruh qaddisa ta’ Patri Piju tal-Pjagi: kif il-Mulej ghazlu biex hajtu tkun anke glieda kontra x-xitan billi jahdem ghas-salvazzjonital-erwieh. U kemm hi prezzjuza l-intercessjoni tieghu anke llum waqt li nitolbu l-helsien permezz tat-talba ta’ l-ezorcizmu fuq persuni oppressi jew mahkuma mix-xitan.
Nixtiequ nipprezentaw xi grajjiet qosra marbuta mal-hajja ta’ Frangisku t’Assisi, grajjiet li juru kemm Frangisku kien jaf il-qerq tax-xitan u kif anke hu, f’isem Gesù, issielet u hareg rebbieh fuqu. Dawn il-ftit grajjiet huma mehuda mill-Fjuretti ta’ San Frangisk, gabra klassika ta’ mirakli u ezempji devoti tal-hajja tal-fqajjar t’Assisi u ta’ l-ewwel Fraternità Frangiskana. Inkitbu u ngabru ghal skop spiritwali minn awtur mhux maghruf ta’ tmiem is-seklu XIV.
Il-Qawwa tal-Mahfra Per ezempju, il-kapitlu 23 jurina kif ix-xitan hu l-principju tal-mibeghda, u kif il-helsien mid-deni, mit-tigrib, u mir-rabta mieghu tigi anke bic-celebrazzjoni tas-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni.
‘Darba minnhom, huwa u jitlob fil-post tal-Porzjunkola, San Frangisk kellu rivelazzjoni divina u ra li dan l-imkien kien imdawwar u assedjat mid-demonji bhallikieku minn ezerctu kbir. Imma hadd minnhom ma seta’ jidhol fil-post, ghax l-ahwa li kienu jghixu fih kienu kollha ta’ qdusija kbira, hekk li d-demonji ma kienux jistghu jidhlu gewwa. Komplew hekk, izda jum minnhom, wiehed minn dawk l-ahwa kellu xi jghid sewwa ma’ iehor, u qaghad jahseb f’qalbu dwar kif seta’ jakkuzah u jivvendika ruhu minnu. Minhabba f’hekk, billi dak baqa’ l-hin kollu mehdi b’dan il-hsieb hazin, id-demonju, issa li sab il-bieb miftuh, dahal fil-post, u ntefa’ fuq ghonq dak il-patri. Meta r-raghaj, kollu hniena u herqa ghan-nghag tieghu li fuqhom kien jishar bla heda, ra li dahal il-lupu biex jibla’ n-nghaga ckejkna tieghu, baghat isejjah lil dak il-patri biex imur ghandu, u ikkmandah biex dak il-hin stess inehhi minnu l-velenu tal-mibeghda li kien nissel fih kontra l-proxxmu, u li minhabba fih hu kien f’idejn il-ghadu tieghu. Dak beza’ hafna, ghax ra li l-missier qaddis kien fehem kollox, u talab bl-umiltà kollha l-penitenza flimkien mal-hniena. Wara li ghamel dan, u rcieva l-mahfra ta’ dnubu u l-penitenza, dak il-hin stess, fil-presenza ta’ San Frangisk, id-demonju telaq minn hemm. U dak il-patri, mehlus b’dan il-mod mill-bhima qalila, ghat-tjubija tar-raghaj it-tajjeb, izza hajr lil Alla. Hu gharaf jidhol lura fil-merhla tar-raghaj qaddis, imwiddeb u mghallem sewwa, u mbaghad kompla jghix fi qdusija kbira.’
Disturbi Esterni Fl-istess ktieb tal-fjuretti, fl-ewwel u t-tieni kunsiderazzjoni dwar il-Pjagi Mqaddsa ta’ San Frangisk, l-awtur juri kif Frangisku, fix-xewqa tieghu li jitlob u jinghaqad mal-Mulej fuq l-Gholja ta’ La Verna, jigi mgarrab u disturbat esternament mix-xitan. Ghandna ezempju car ta’ dawk li nsejhulhom ‘disturbi esterni.’ Hekk insibu miktub:
‘Fl-ewwel lejl waslu f’post tal-patrijiet u hemm ghaddew il-lejl. It-tieni lejl, minhabba l-maltemp u bejn ghax kienu ghajjenin, ma rnexxielhomx jilhqu la post tal-patrijiet u lanqas joqorbu lejn xi rahal. U meta dahal il-lejl, u l-maltemp kien qed jaghmel tieghu, dahlu biex jorqdu fi knisja abbandunata u li fiha ma kien joqghod hadd, u mteddew biex jistriehu. U meta shabu raqdu, San Frangisk inxtehet jitlob. U ara, fl-ewwel sahra tal-lejl, gew qtajjiet kbar ta’ demonji mill-aktar horox u bdew jaghmlu storbju u hsejjes li jbezzghu, u bdew jahbtu ghalih bis-sahha kollha u jdejquh; wiehed jigbdu minn hawn u l-iehor minn hemm; wiehed jitfghu ‘l isfel u l-iehor jghollih ‘il fuq; wiehed iheddu b’haga u l-iehor icanfru ghal xi haga ohra. B’dan il-mod, raw kif ghamlu biex ifixxkluh u jhawduh waqt li kien mehdi fit-talb, imma xejn ma setghu jaghmlu, ghax Alla kien mieghu.
Meta San Frangisk garrab dawk l-attakki kollha tad-demonji, beda jghajjat b’lehen gholi: ‘O spirti indannati, intom xejn ma tistghu ghajr dak li l-id ta’ Alla thallikom taghmlu. Jien nghidilkom, min-naha ta’ Alla li jista’ kollox, biex lil gismi taghmlulu dak kollu li jippermettielkom Alla, u jien ingarrbu bil-qalb kollha, ghax jien m’ghandix ghadu akbar minn gismi. U ghalhekk, jekk taghmluli vendetta mill-ghadu tieghi, lili tkunu qed taghmluli l-ikbar pjacir.’
U mbaghad id-demonji qabdu fih b’sahha u furja kbira, u bdew ikaxkruh mal-knisja, u wegghuh u dejquh hafna aktar minn qabel. U mbaghad San Frangisk beda jghajjat u jghid: ‘Sinjur tieghi Gesù Kristu, jien nizzik hajr talli thobbni daqshekk u ta’ kemm turini karità; ghax hu sinjal ta’ mhabba kbira meta l-Mulej jikkastiga d-difetti tal-qaddej tieghu f’din id-dinja, biex imbaghad ma jkunx ikkastigat fl-ohra. U jien lest li ngarab bil-ferh kull piena u kull kuntrarju li int, o Alla tieghi, joghgbok tibghatli minhabba dnubieti.’
Id-demonji mbaghad, imhawdin u mirbuhin mill-imgieba soda u shiha, u s-sabar tieghu telqu. U San Frangisk, imheggeg fl-ispirtu, hareg mill-knisja u dahal fil-bosk li kien qrib, u inxtehet jitlob u bit-talb u d-dmugh u t-tahbit fuq sidru fittex li jsib lil Gesù Kristu, il-gharus u l-mahbub ta’ ruhu. U meta fl-ahhar sabu fil-mohba sigrieta ta’ qalbu, beda jitkellem mieghu u jkellmu bil-qima bhala l-Mulej tieghu, issa jwiegbu bhallikieku kien l-imhallef gust, issa jitolbu bhala missier, u jirraguna mieghu bhala habib.’
Aktar ‘il quddiem hekk jigi rakkuntat: ‘Darba minnhom, waqt li kien qed jaghmel dan ir-randan, san Frangisk hareg mic-cella kollu hegga ta’ l-ispirtu, u mar jitlob f’hofra maqtugha fil-blat, li tahtha hemm irdum gholi hafna u vera tal-biza’, li titkexkex thares ‘l isfel lejn il-qiegh tieghu. F’daqqa wahda gie d-demonju, b’hafna storbu u b’daghdigha qalila fuqu, u f’sura li tbezzghek, u beda jsawwtu jimbuttah biex jipprova jitfghu ghal isfel. Meta sab ruhu f’dik il-qaghda san Frangisk la seta’ jahrab imkien u lanqas felah jara dik il-kruha ta’ l-ghageb tad-demonju, malajr dar lejn il-blata b’idejh u b’harstu u b’gismu kollu, u beda jirrikmanda ruhu ‘l Alla, u jfittex b’idejh biex jara jsibx xi haga ma’ xiex iqabbad. Izda ghogob lil Alla, li lill-qaddejja tieghu ma jhallihom qatt ikunu ittantati aktar milli jkunu jifilhu jgarrbu, li b’miraklu, dik il-blata li maghha kien iggranfat, minnufih hadet il-forma ta’ gismu u laqghetu fiha, bhallilkieku kien qieghed idejh u wiccu f’xemgha mahlula. Hekk f’dik il-blata gew stampati l-forma ta’ l-idejn u ta’ wicc San Frangisk, u bil-ghajnuna ta’ Alla gie mehlus minn qillet id-demonju.
Sadanittant San Frangisk kompla r-randan li kien beda, u ghad li kellu jgarrab hafna attakki qalili mix-xitan, fl-istess hin ircieva wkoll hafna farag minghand Alla!’
Icappsilna dnubietna u jaqtghalna qalbna Grajja ohra li nsibu fil-Fjuretti hi marbuta mal-istorja tal-Frangiskan fra Giovanni della Penna, ragel qaddis. Interessanti naqraw kif jigi mgarrab mix-xitan, li kif diga’ rajna, gostih icappas dnubietna ma wiccna u jaqtghalna qalbna mill-mahfra.
‘Fra Giovanni kien ragel ta’ spirtu ferriehi u hiemed u ma kienx ta’ hafna kliem; kien ukoll ragel li jitlob hafna u ta’ devozzjoni kbira. Wara l-Matutin qatt ma kien imur lura lejn ic-cella, imma kien jibqa’ mehdi fit-talb sas-sebh. Lejla minnhhom waqt li kien jitlob wara li spicca l-Matutin, deherlu l-Anglu tal-Mulej u qallu: ‘Fra Giovanni, il-mixja tieghek issa ntemmet, u kien ilek hafna tistenna dan. Ghalhekk jien se nhabbarlek min-naha ta’ Alla biex titlob il-grazzja li tixtieq. Inhabbarlek ukoll li inti tista’ taghzel li joghgbok: jew jum fil-purgatorju jew sebat ijiem ta’ sofferenza f’din id-dinja.’
Malli fra Giovanni ghazel li jghaddi sebat ijiem ta’ tbatija f’din id-dinja, minnufih marad b’hafna mardiet differenti: qabdu deni qawwi u gietu l-gotta f’idejh u f’riglejh, u beda jugghu genbu, u hafna mard iehor. Imma l-aghar kien li kellu demonju l-hin kollu quddiemu, u f’idejh karta kbira li fuqa kien hemm miktubin id-dnubiet kollha li kien ghamel bil-ghemil jew bil-hsieb, u qallu: ‘Ghal dawn id-dnubiet li int ghamilt bil-hsieb u bl-islien u bl-eghmil, int se tkun indannat fil-qieghnett ta’ l-infern.’ U hu ma seta jiftakar f’xejn tajjeb li qatt ghamel, jew li kien fl-Ordni jew li xi darba kien fih, imma haseb li huwa bil-haqq kien indannat kif kien qallu x-xitan. Ghalhekk meta staqsewh kif kien, wiegeb: ‘Hazin, ghax jien indannat!
Meta l-patrijiet raw dan, baghtu ghal certu patri anzjan li kien jismu fra Matteo da Monte Robbiano, ragel qaddis u habib tal-qalb ta’ dan fra Giovanni. U x’hin wasal l-imsemmi fra Matteo fis-seba’ jum tat-tigirb li kien ghaddej minnu fra Giovanni, sellimlu u staqsieh kif kien qed ihossu. U dak wiegbu li kien hazin, ghax kien indannat. Ghaldaqstant, fra Matteo qallu: ‘Int ma tiftakarx li qerrejt ghandi kemm-il darba, u li jien hfirtlek b’mod assolut dnubietek kollha? Ma tiftakarx li int dejjem qdejt ‘l Alla f’dan l-Ordni mqaddes ghal hafna snin. Barra dan, ma tiftakarx int li l-hniena ta’ Alla teghleb bil-bosta d-dnubiet tad-dinja, u li Kristu l-imbierek is-Salvatur taghna, biex jerga’ jixtrina, hallas ghalina prezz infinit? Ha jkollok, ghalhekk, tama qawwija, li inti zgur salvat.’ U b’dan il-kliem, billi z-zmien tal-purifikazzjoni tieghu kien intemm, it-tentazzjoni ghabet u flokha dahal il-farag.’
Talb ghall-Helsien L-ahhar grajja li nixtiequ nfakkru jirrakuntaha Fra Tumas minn Celano. Frangisku jitlob li n-nies tal-belt ta’ Arezzo ikunu mehlusa mix-xjaten... li dehru fil-mibeghda, fil-glied, fil-firda u fin-nuqqas ta’ ftehim.
‘Jum minnhom Frangisku wasal Arezzo fejn il-belt kienet mifruda minhabba l-gwerra civili, gwerra li kienet qieghda thedded il-belt. Il-qaddej ta’ Alla waqaf barra l-belt u ra bosta xjaten jifirhu u jqanqlu lic-cittadini biex jitqatlu bejniethom. Frangisku sejjah lil fra Silvestru, bniedem ta’ Alla u semplici u qallu: ‘Mur fil-bieb tal-belt u f’isem Alla l-Aktar Gholi kkmanda lix-xjaten biex jitilqu mill-belt.’
Il-patri qaddis u semplici obda u wara li fahhar lil Alla b’innijiet ta’ tifhir, ghajjat b’lehen gholi: ‘F’isem Alla u b’ordni ta’ missierna Frangisku, ha jitilqu x-xjaten kollha!’
Wara ftit il-belt regghet sabet il-paci u c-cittadini bdew jirrispettaw d-drittijiet civili ta’ xulxin b’trankwillità kbira.
Aktar tard, meta Frangisku kien jippriedka lin-nies ta’ Arezzo, kien jibda hekk: ‘Inkellimkom bhala nies li darba kontu taht is-setgha tax-xitan... imma issa gejtu mehlusa bit-talb ta’ fqajjar.’
Dan l-artiklu deher fil-web-site tal-Kummissjoni Djocesana dwar Okkult u s-Sanatizmu. http://www.kosmalta.org/zd1.pdf Valletta: 14.9.2004 |
Frangisku kien jaf il-qerq tax-xitan u kif anke hu, f’isem Gesù, issielet u hareg rebbieh fuq ix-Xitan.
|
|