|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>San Frangisk u Regola tal-Vangelukitba ta' Patri Edmund Teuma OFMConv San Frangisk u x-Xitan San Frangisk huwa l-bniedem universali. Dan jixhdu l-fatt li llum huwa wiehed mill-aktar personaggi storici ammirati u mahbubin mid-dinja kollha. Nahseb li ftit huma dawk li u ma jhossux gibda lejn dan il-bniedem meta jaraw it-tjieba, is-sincerità u s-semplicità tieghu. Bnedmin ta’ kull twemmin u ideologija jaraw f’San Frangisk “il-bniedem ta’ kull zmien”. Tabilhaqq San Frangisk ghadu jinhass haj minkejja li twieled 820 sena ilu u miet 776 sena ilu. Din l-universalità tal-“Fqajjar ta’ Assisi” gejja mill-mod kif f’hajtu huwa ghex il-Vangelu mill-gheruq u mill-mod kif ghallem lid-dixxipli tieghu l-metodu tal-ghajxien tal-Vangelu fil-hajja ta’ kull jum.
Nota storika Jekk naghtu daqqa ta’ ghajn imqar superficjali lejn ir-Regola Frangiskana malajr nintebhu bil-karattru univerali, kattoliku u appostoliku ta’ min kitibha. Din ir-Regola hija konkluzjoni logika ta’ l-ideal evangeliku, li San Frangisk ried ixerrdu mad-dinja kollha.
Kien f’Rivotorto, fl-ewwel kunvent ta’ l-Ordni, li l-Qaddis ta l-ewwel taghlim lid-dixxipli tieghu fuq l-“ghamla gdida ta’ hajja” li hu kien qed jipproponilhom. Hemmhekk huwa kiteb l-hekk imsejha “Regola Primittiva” li l-Papa Innocenz III kien wettaqha biss bil-kelma ta’ fommu fis-16 ta’ April 1209.
Wara r-Regola Primittiva, li jinghad li ntilfet, inkitbu tnejn ohra: l-Ewwel Regola ta’ l-1221, u t-Tieni Regola, dik li Onorju III approvaha bil-bulla “Solet Annuere” fid-29 ta’ Novembru 1223 u li ghalhekk tissejjah “Regola Bullata”. Din hija r-Regola li l-Frangiskani kollha ta’ l-ewwel Ordni (Konventwali, Minuri, Kappuccini) ghadhom iharsuha sallum. It-test originali taghha jinsab mizmum mar-relikwi fil-bazilka ta’ Assisi.
Ghalkemm fis-sustanza z-zewg regoli jaqblu ghal kollox, bejniethom, izda, hemm xi differenzi zghar. L-ewwel regola tghodd 23 kapitlu, it-tieni tghodd biss 12. L-ewwel wahda ma nkitbitx b’mod sistematiku, imma min jaqraha jara li hi maghmula minn siltiet mehudin mill-Vangelu u aktarx mill-kitbiet l-ohra tat-Testment il-Gdid mehmuzin flimkien kif gew f’mohh il-kittieb. Fit-tieni wiehed jilmah aktar metodologija; jidher li min irrangaha kellu sens logiku ta’ organizzazzjoni fil-kitba u ghamel sforz biex iqabbel il-hegga karizmatika ta’ San Frangisk ma’ l-istil kurjali li bih jinkitbu l-ligijiet tal-Knisja. Izda wiehed jara li l-frazijiet ewlenin u essenzjali tat-tieni regola qeghdin ukoll fl-ewwel wahda.
Noti evangelici Ir-Regola li wettaq il-Papa Onorju fiha dahla, tnax-il kapitlu u nota ta’ gheluq. Id-dahla taghti lir-Regola ta’ San Frangisk dik il-bixra kanonika li wiehed jistenna f’kull dokument ufficcjali tal-Knisja. Id-dahla, li hi l-bulla papali, m’hi xejn hlief il-prezentazzjoni tar-Regola Frangiskana mill-Papa lill-ulied gheziez li jixtiequ jharsu l-Vangelu mqaddes billi jimxu fuq il-passi ta’ Fra Frangisk. Bis-sahha ta’ din il-bulla papali dawk il-patrijiet kollha li jipprofessaw ir-Regola huma meqjusa guridikament bhala Frati jew Patrijiet Minuri – ulied veri ta’ San Frangisk ta’ Assisi.
L-ewwel kapitlu jithaddet b’mod car u tond: “Ir-regola u l-hajja tal-Patrijiet Minuri hija din, jigifieri l-harsien tal-Vangelu mqaddes ta’ Sidna Gesù Kristu u l-ghajxien fl-ubbidjenza, fil-faqar u fis-safa.”
It-tieni kapitlu jithaddet dwar dawk li jixtiequ jhaddnu din l-ghamla ta’ hajja u l-mod kif dawn ghandhom jintlaqghu fl-Ordni. Hu dritt u dmir tal-Ministri Provincjali li jilqghu u jdahhlu fl-Ordni lil dawk il-kandidati li juru x-xewqa li jissiehbu. Il-Ministri l-ewwel jezaminaw kull individwu li jhoss is-sejha, u jekk jaraw li tkun awtentika, huma jheggu lill-kandidat ibigh kulma ghandu u jqassam id-dhul lill-foqra, kif jghid il-Vangelu. Imbaghad il-kandidat jidhol ghas-sena tan-novizzjat. Wara s-sena tal-prova, in-novizz jintlaqa’ ufficcjalment fl-Ordni billi jipprofessa r-Regola. Wara l-professjoni mhix haga sewwa li l-patri jitlaq mill-Ordni, ghax il-Vangelu jghid: “Min iqieghed idu fuq il-mohriet u jhares lura m’huwiex tajjeb ghas-saltna ta’ Alla” (Lq 9: 62).
Umiltà Il-patrijiet huma mwissijin biex ma jiggildux u ma jghidux kliem li bih iweggghu lin-nies. Lanqas ma ghandhom jiggudikaw lil haddiehor kif gie gie. Bhala Patrijiet Minuri wiehed jistenniehom igibu ruhhom bil-hlewwa, ihobbu s-sliem, ikunu modesti u safja f’qalbhom u umli. Kliemhom ghandu jkun onest u f’waqtu. Dan insibuh f’kapitlu 3, fejn insibu wkoll xi siltiet mill-Vangelu ta’ Luqa 10: 5, 8: “F’kull dar li jidhlu, jghidu qabel kollox: ‘Is-sliem lil din id-dar.’ U kif jghid il-Vangelu mqaddes, jistghu jieklu dak l-ikel kollu li jqeghdulhom quddiemhom.”
Il-Frangiskan juri l-umiltà u l-faqar tieghu billi ma jkollu la dar u ebda proprjetà ohra. Bhal barranin u ghorba (I Pt 2: 11) il-patrijiet ghandhom jaqdu l-Mulej fil-faqar u fl-umiltà, filwaqt li jittallbu bit-tama u bla misthija. Il-Mulej innifsu kien fqir meta kien jghix fostna. Hekk jghid kapitlu 6.
L-imhabba ta’ Alla u ta’ ghajrna L-umiltà u l-faqar jissahhu bit-talb, li fih il-Frangiskan juri mhabbtu lejn Alla. Iz-zewg virtujiet jidhru b’mod konkret fl-imhabba tal-proxxmu, anki meta hafna drabi l-proxxmu jkun il-persekutur taghna. Hekk hemm miktub fil-kapitlu 10 tar-Regola Frangiskana: il-patrijiet jiehdu hsieb “li jitolbu dejjem b’qalb safja, li jkollhom l-umiltà, is-sabar fil-persekuzzjoni u fil-mard; u jhobbu ’l dawk li jippersegwitawna u jcanfruna u jghidu l-gideb fuqna, ghax jghid il-Mulej: ‘Hobbu lill-ghedewwa taghkom, u itolbu ghal dawk li jippersegwitawkom (Mt 5: 43) u jaqilghu fuqkom (Mt 5: 11). Henjin dawk li huma ppersegwitati minhabba s-sewwa, ghax taghhom hija s-saltna tas-semewwiet (Mt 5: 10). Imma min jibqa’ jzomm shih sal-ahhar, dan isalva (Mt 10: 22)’.”
Fuq il-livell prattiku, ir-Regola Frangiskana toffri lil dawk li jaqtghuha li jghixu hajja tabilhaqq Nisranija, il-metodu li bih Frangisk ta’ Assisi sar wiehed mill-akbar mistici tal-Kristjanezmu, filwaqt li baqa’ jghix dik is-semplicità friska li ghamlitu universali u popolari.
Dan l-artiklu deher bhala Editorjal fil-Habbâr ta' Sant'Antnin Nru 8 - Ottubru 2003 Valletta: 18.11.2004 |
IrRegola u l-Hajja tal-Patrijiet Minuri hija din, jigifieri l-harsien tal-Vangelu mqaddes ta’ Sidna Gesù Kristu u l-ghajxien fl-ubbidjenza, fil-faqar u fis-safa.”
|
|