San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


San Frangisk fl-ghana ta' xi poeti Maltin


 kitba ta' Geoffrey G. Attard


San Frangisk fl-ghana ta' xi poeti Maltin

L-Patrijarka Missierna San Frangisk huwa wiehed mill-qaddisin l-izjed meqjumin madwar id-dinja, mhux biss dik nisranija izda wkoll dik islamika u pagana. Dan ghaliex San Frangisk kien il-habib tal-bnedmin kollha u anke sahansitra tal-annimali li fihom huwa kien jara wkoll il-kobor uniku ta' Alla; Hallieq tas-sema u ta' l-art. San Frangisk ghalhekk u bir-ragun kollu dahal ukoll fil-letteratura Maltija u ad unur tieghu nkitbu poeziji mill-isbah li tassew jirriflettu d-devozzjoni u l-imhabba lejn dan il-qaddis ta' Assisi u tad-dinja kollha.

 

Dun Karm - Poeta Nazzjonali

Bir-ragun l-isbah poeizji Frangiskani hargu minn qalb dawk il-poeti Kapuccini li kif wiehed jistenna, kitbulu poeizji tassew sbieh. Izda qabel xejn ma nixtieqx ninsa nsemmi l-poezija sunett li kiteb il-poeta nazzjonali taghna Dun Karm u li ggib l-isem "Il-Laqgha ta' San Duminku u San Frangisk". F'dan is-sunett, jigifieri poezija ta' erbatax-il vers, ghandna rakkont poetiku ta' din il-laqgha storika li tassew grat, meta z-zewg qaddisin fundaturi ta' ordnijiet religjuzi ltaqghu flimkien f'Ruma u tkellmu flimkien dwar is-sejha li l-Mulej Alla kien ghamlilhom. Din is-sejha ghadha tinhass anke llum fl-Ahwa, ulied il-qaddis ta' Assisi u l-qaddis Duminku. Ghalhekk Dun Karm jikteb:

 

Wiccu lejn l-art, ruhu fis-sema mtajra,

   Fil-hemda tad-dâr t'Alla, gharkobbtejh

   Kien q'ed Frangisku jfarrag qalbu: il-hajra

   Ta' gid is-sema tfur minn xfâr ghajnejh.

 

Ghalkemm. imkebbeb gewwa libsa fqajra,

   Gharfu Duminku, u bilgri resaq lejh;

   U qallu: "Siehbi, mhix ghal, xejn diz-zjajra

   Alla htârna u laqqaghna: ahna f'idejh."

 

Tghannqu witbewsu: bhala vlegeg taru

   Minn qalb ghall-ohra n-nirien ta' l-imhabba

   Siktet il-qilla t'Alla u tghaxxqet Daru.

 

Ghaddew mijiet ta' snin: mill-bewsa mbierka

   Ta' Duminku u Frangisk ghâdha titrabba

   Ghaqda f'uliedhom f'hidma wahda mxierka.

 

F'din il-poezija rajna lill-poeta nazzjonali taghna Dun Karm jinseg ghanja qasira imma tassew bi hsieb profond dwar iz-zewg qaddisin li sa llum fadlilhom messagg xi jwasslu. San Frangisk ghadu haj fis-saltna ta' Alla imma wkoll fuq l-art permezz ta' wliedu mahbuba li lilu jsejhu "missierna". San Frangisk huwa l-qaddis ta' kull zmien u anke ta' llum b'mod  specjali. Huwa l-Qaddis ta' l-umiltà, il-Qaddis tal-paci tant mehtiega fi zminijiet bhal dawn taghna. Id-dawl Frangiskan ghadu jidher fuq ix-xefaq u qatt ma jnin ghaliex fl-Ordni Frangiskan ghadu haj u priservat l-ispirtu tal-Fundatur.

 

Guzè Delia - Geswita

Poeta iehor li wkoll hassu spirat mill-Qaddis fqajjar ta' Assisi huwa Gu Delia, li wkoll kiteb poezija twila u interessanti lil Frangisku. Il-poezija jisimha "San Frangisk u l-Gamiem". Fil-poezija ghandha rakkont ckejken tal-imhabba li l-qaddis minn dejjem kellu lejn il-hlejjaq ta' Alla. San Frangisk jitla' 'l fuq minn qaddisin ohra propju minhabba din ir-raguni li taghmlu l-qaddis ta' kulhadd. Ghalhekk fl-ahhar tal-poezija, l-poeta jghanni hekk:

 

Kollha daru mar-Raheb tal-Verna

Fuq idejh, madwar rasu u spallejh

Rashom ckejkna jhokkulu ma’ wiccu,

Dik harsithom imsammra f’ghajnejh.

 

Il-Qaddis zieghel bihom, dahkilhom

Dahka helwa ta’ mhabba, ta’ ferh.

Rasshom mieghu, ma’ sidru, fuq qalbu,

Donnu fihom sab l-hena u s-serh.

 

Baqa’ bihom jithenna u jitghaxxaq,

Hekk kif l-Angli jitghaxxqu f’din l-art,

Sakemm taru minn fuqu, sa diebu

Gewwa l-berah ifewwah bil-ward.

 

Fil-poezija wiehed mill-ewwel jintebah bil-kobor ta' l-imhabba li l-gaddis taghna minn dejjem kellu lejn is-saltna ta' l-annimali li huma wkoll ix-xhieda tal-gawwa ta' Alla.

 

Mattew Sultana - Kappuccin

U jekk insemmu l-poezija Frangiskana, ma nistghux ma nsemmux lill-kbir poeta Kapuccin Patri Mattew Sultana, iben ix-Xaghra, imma wkoll fuq kollox iben San Frangisk ta' Assisi. Is-sunett helu tieghu "San Frangisk - Il-Habib ta' Kulhadd", juri wkoll dik l-imhabba li l-poeta ghandu lejn il-qaddis Missier spiritwali tieghu. F'dan is-sunett sabih ghandna migbura l-kobor tal-qaddis kif ihares lejh u jiflih il-poeta nnifsu li f'San Frangik jara Kristu iehor:

 

Thobb ’il kulhadd!… l-imhabba ghamlet bik sewwa,

Habbejt ’il-hlejjaq kollha u ngibdu lejk,

Il-lupu neza’ l-qilla minghajr dnewwa,

Libes il-hlewwa w gwejjed gie ghal hdejk.

 

Dawk il-hamiem, gharfuk b’habib ta’ gewwa;

Kemm tjur w ghasafar tlebbtu fuq spallejk!

Sa l-icken flieles resqu kollhom hlewwa

Minn bejn il-qorq inaqqru truf difrejk.

 

Il-hmar u l-baqra hbiebek minn twelidek;

Habbek il-kelb ghax lilu qatt ma hqart,

Il-hrief u n-nghag kielu l-haxix minn idek.

 

’Ma hadd ma ngibed lejk bhall-Haruf t’Alla

Li daqskemm habbek ghamlek tixbhu fl-art

X'hin l-Eqdes Griehi tieghu f’gismek halla.

 

Hawhekk rajna lil Sultana fl-aqwa tieghu; hu li hu iben San Frangisk u anke ammiratur tal-qaddis li jhobb lill-hlejjaq kollha filwaqt li huwa x-xempju tal-qdusija; Kristu iehor bil-pjaga mgaddsa.

 

Remig Galea - Kapuccin

Poeta kontemporanju huwa l-Kapuccin Remig Galea li wkoll fil-poezija kulurita tieghu jirreferi kemm-il darba ghal San Frangisk. Jirreferi ghalih fiz-zgur mill-inqas tliet darbiet fil-ktieb tieghu "Dawl fil-Widien". Bizzejjed insemmu l-"Innu lil San Frangisk Missierna" li huwa miktub b'versi mexxejja u ghalhekk johloq spirtu sabih. Din hija parti mill-Innu:

 

Gieh u ghana rroddulek

Fil-jum tieghek - ferhanin

Kbir Fangisku Missier taghna

Ahna wliedek mahbubin.

 

Int bhal Kristu ghext fil-faqar

Dan Gesù ghaniek b'kull gid

Lilek ghazel biex fil-knisja

Ward ta' gieh u safa jzid.

 

Fuq il-gholja tal-Alvernja

X'hin kont titla' kemm fis-skiet

Serafin b'raggi ta' mhabba

Xebh ta' Kristu lilek ried.

 

Hawnhekk ghandna miktubin versi hergin minn il-qalb li qieghda apertament tesprimi xi thoss fuq San Frangisk. Biss ma rridux lanqas ninsew li l-poeta huwa l-iben spiritwali ta' San Frangisk li mela hu jsejjahlu "Missierna". Wiehed facilment jinnota r-rabta intima u l-hegga kbira li tfur minn qalb ta' poeta, iben il-qaddis fqir ta' Assisi.

 

San Frangisk mhux biss jinsab meqjum fil-knejjes u t-tempji mwaqqfa ghall-gieh tieghu madwar id-dinja kollha, imma wkoll jinsab fil-kitba tal-poezija Maltija li lejh thares bhala l-Mahbub tal-holqien ta' Alla u Qaddis li fih jidher b'mod shih Sidna Gesù Kristu.

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fir-rivista Frangiskana, Dawl Frangiskan, Jannar 1998, 18-19.

Assisi 15.10.2003


San Frangisk  bir-ragun kollu

dahal ukoll

fil-letteratura Maltija

u ad unur tieghu nkitbu poeziji

mill-isbah

li tassew jirriflettu

d-devozzjoni u l-imhabba lejn dan

il-qaddis ta' Assisi

u tad-dinja kollha.