|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Laqgha ta' San Duminku u San Frangisk ta' Dun Karm Psaila. Il-Laqgha ta' San Duminku u San Frangisk
Wiccu lejn l-art, ruhu fis-sema mtajra, Fil-hemda tad-dâr t'Alla, gharkobbtejh Kien qed Frangisku jfarrag qalbu: l-hajra Ta' gid is-sema tfur minn xfâr ghajnejh.
Ghalkemm imkebbeb gewwa libsa fqajra, Gharfu Duminku, u bilgri resaq lejh; U qallu: "Siehbi, mhix ghal, xejn diz-zjajra Alla htârna u laqqghana: ahna f'idejh."
'Tghannqu u itbewsu: bhala vlegeg taru Minn qalb ghal ohra n-nirien ta' l-imhabba Siktet il-qilla t'Alla u tghaxxqet Daru.
Ghaddew mijiet ta' snin: mill-bewsa mbierka Ta' Duminku u Frangisk ghâdha titrabba Ghaqda f'uliedhom f'hidma wahda mxierka.
Dun Karm Psaila 17 ta' Lulju 1912
Din il-Poezija dehret fil-Habbâr ta' Sant Antnin, Sena 2, nru 7, Lulju 1912, p. 234. Dehret ukoll fil-Gabra ta' Poeija mahruga mit-Tabib Guzè Bonnici, Il-Ghana ta' Dun Karm, fi tliet kotba, II -X'emmen il-Poeta, it-tieni harga, Ghadd 2, A.C. Aquilina & Co., Malta 1944, p 11. Assisi 20.6.2003 |
Poezija ta' Dun Karm Psaila
|
|