|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-"Cantico di Frate Sole" ta' Awtur mhux maghruf. Il-"Cantico di Frate Sole"
O twajjeb Mulej, l-oghla u l-aktar setghani: tieghek hu t-tifhir, il-glorja u l-gieh u kull barka.
Lilek biss jixirqu dawn Mulej u l-ebda bniedem mhu dehen li jsemmik.
Tkun imfahhar, Mulejja mal-hlejjaq Tieghek kollha u l-aktar m'ohtna x-xemx li fil-jum iddawwalna. U hija sbejha u d-dawl setghani taghha jurina tieghek ix-xbieha, O Mulej.
Tkun imfahhar, Mulejja ghal huna r-rih u ghall-arja u ghas-shab, u ghat-temp kemm sieket kemm imqajjem: illi dawna Inti tghajjex il-hlejjaq Tieghek.
Tkun imfahhar, Mulejja, ghal huna l-ilma li hu umli u safi, ghalhemm ta' siewi kbir.
Tkun imfahhar, Mulejja, ghal huna n-nar li bih bil-lejl niddawlu.
U dan hu sbejjah u ferhan u qawwi u ta' sahha.
Tkun imfahhar, Mulejja, ghal din ohtna l-art li trabbina u tharisna.
U din troddilna l-frott u l-hxejjex u fjuri li jlellxu
Tkun imfahhar, Mulejja ghal min jahfer imhabba fik u ghal dawk li jbatu fis-skiet il-mard u d-dwejjaq.
Henjin dawk li kollox jiehdu fis-sliem ghalix minnek, Mulej, ghad jigu nkurunati.
Tkun imfahhar, Mulejja ghal din ohtna l-mewt tal-gisem; illi minnha l-ebda bniedem qatt jista' jahrab.
Hasra ghal dawk illi jmutu fid-dnub il-mejjet.
Henjin dawk illi jgharfu f'kollox ir-rieda Mqaddsa tieghek ghax lil dawn il-mewt ma tghamlilhomx hsara.
Fahhru u bierku lill-Mulej;
Izzuh hajr u ghaqduh b'umiltŕ kbira.
Awtur mhux maghruf 1948
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XXXIII, no. 10, Ottubru1948, p.153 Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' Awtur mhux maghruf
|
|