|
Poezija Frangiskana |
|
|
Talba lil San Frangisk t'Assisi ta' Guzè Chetcuti Talb lil San Frangisk t'Assisi *
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. F'gieh il-pjagi Ta' Kristu Msallab, aghtiha int l-ghajnuna mqaddsa tieghek Biex tintrafa' mill-jasar tal-materjalizmu li qed jahkimha.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Mibeghda, vjolenza, Gwerer xterdu ma' l-erbat irjieh. Inti trid tkun sabiex Tehlisna minn dis-sahta ta' vizzji u ta' hazen.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Fik sa minn ckunitek Trabbiet imhabba kbira fid-dawl ta' Kristu. Aghzel li din L-imhabba tixghel fil-qlub tal-gnus, Fejn hemm il-firda nissel il-ghaqda, Fejn hemm il-glied izra' l-Paci.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Nobbli fi kliemek U f'ghemilek, habbejt lill-fqir, habbejt liz-zghir, Chadt il-gid u l-ghana w ilbist l-ilbies tal-faqar, Arfaghna mill-mizerja ta' l-ispirtu li ruhna tinsab fiha.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Dwew f'mohhok Il-kelmiet tal-Kurcifiss ta' San Damjan: Sewwi l-Knisja Tieghi! Il-lum nitolbok: Sewwi d-dinja taghna !
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Il-habel li thazzimt bih Dawru ma' qaddna ha jsahhahna fil-Fidi u naghrfu ngarrbu B'rieda shiha l-penitenza ta' dnubna.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. L-istess kif ghamilt Fuq il-gholja ta' Greccjo mal-bdiewa u mar-raghajja fqajrin Aghmel Int li l-bniedem f'kull pass li jaghmel, Ihoss il-prezenza ta' Kristu.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Dak li b'lehen il-Mulej sejjaht u tlabt, Int li bil-hames griehi ta' Kristu ssallabt, Isma' talbna, aghtina l-glorja tal-genna, id-dawl tax-xemx divina.
San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Kif int imxejt wara l-Imghallem u rbaht, Ghallimna kif ghandna nimxu wara l-vangelu ta' Kristu, il-Vangelu tal-Verità.
Guzè Chetcuti Malta
* Meta Patri Dijonisju Mintoff OFM waqqaf il- Laboratorju tal-Paci f'Hal Far xtaq lil poeta jiktiblu b'tifkira din il-poezija. Dehret fil-Ktieb ta' Guzè Chetcuti, Kittieba hbiebi, Grajja Awtobijografika tal-Letteratura Maltija, Malta 2002. Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' Guzè Chetcuti
|
|