|
Poezija Frangiskana |
|
|
Serafiku San Frangisk ta' Giovanni Carabez F'Gheluq l-ewwel Sena tas-7 Centinarju tal-Fondazzjoni tat-Terz'Ordni tas-Serafiku San Frangisk
Ifrah, o Knisja t'Alla aghti., l-eghzez tifhir lil Frangisku t'Assisi Missier u Qaddis kbir!
Il-hajja tieghu tixbah f'kollox lil ta' Gesù hu fih dejjem ikkopja ghemil ta' kull virtù
Minn x'hin twieled sa mewtu ta' Kristu kopja kien, ghalek hu jibka mfahhar ghalkemm hu twil iz-zmien.
Guvnot grazzjus, allergru ghaxqa fi hbiebu jgib, bid-doni kollha mzejjen, m' id-dnub f'ruhu le nsib.
Hu mhabbar b'dawl tas-sema l-ahhar tislima ta lid-dinja, ghax kull frugha kull qerq biss fiha ra.
Bosta canfru missieru ghamillu gwerra kbira hu cahad gid, unuri jghix ried hajja fqira.
X'hin tonka rozza libes b'habel rabat gembejh nies kbar hallew id-dinja ittajru ghal go idejh.
Frangisku ghogbu jaghzel lix-xbejba mqaddsa Klara, bhal Omm tat-Tieni Ordni ghax f'qalbha ra kull hrara.
L-Ewwel u t-Tieni Ordni minnu kienu mxerdin, dlonk zied it-Tielet wiehed ghall-gid ta' tant bniedmin.
Kbar merti u indulgenzi f'dan l-Ordni naraw hu iservi bhala l'arka illi biha nsalvaw.
F'dan l-Ordni b'qima nkitbu tant gnus minn ta' bnedmin tal-virtù xerrdu l-fwieha saru kbar Qaddisin.
Rejjet, Duki, Regini, Kardinali u Papiet, b'nies fqar, u kbar sinjuri, f'kull jum l-Ordni jizdied.
Ahna ukoll ixxurtjati f'dan l-Ordni mdahhlin, ma' tant kbar persunaggi li b'tant gherf imzejnin.
Il-Knisja f'dana l-Ordni sabet l'aqwa ghajnuna ghalhekka lil Frangisku offriet l-isbah kuruna.
Fis-sebgha Centinarju is-sena li ghaddiet, imhabba lejn frangisku il-Maltin kollha wriet.
Nifirhu, ilkoll nifirhu, kull qalb ghanda tithenna; Frangisku lilna wliedu iwassal gewwa il-Genna.
Giovanni Carabez Malta, 1 ta' Ottubru 1922
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XII, no. 10, Ottubru 1922, p.233. Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' Giovanni Carabez
|
|