Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Frangisk


Awtur mhux maghruf


San Frangisk

Lil huti, ulied Frangisku

 

I

Min jista' tal-kobor hjiel sew imur jaghti?

min jista' kbir ghageb ikanta il-bnedmin,

Bla inaqqas il-kobor, bla jitfi s-sbuhija?

Kif nista' hjiel naghti tal.Kbir Serafin!

 

Hjiel qawwi illi joqghod ghall-KBIR wild il-bniedem!

Ghax kbir,kbir mill-ikbar kien dan il-Werrej,

Li gabar lid-dinja, mexxiha ma genbu

Ghat-triq illi twassal fi hdan il-Mulej.

 

II

Imwieled bhal Kristu.  Hu stess cahad hwejjgu,

ma riedx li tad-dinja biss jahseb ghal ftit

X'hin ra taghha l-fruha; ma riedx joqghod fiha;

U ghad li kien fiha, wisq minnha kien bghid.

 

Imlibbes bi xkora, biss habel ma qaddu,

Jitqabbad ma' l-igbla, jiggerra gol-wied,

U jghanni hajr 'l Alla u jitaxxaq b-ghamilu

Fid-dawra tal-hajja, fid-dawl tas-smewwiet.

 

III

U gabar bhal Kristu sew tnax il-habrieki

Li bhalu ghad-dinja dawn riedu jirtmew,

Biss riedu illi ikunu gid ll-ghajrhom xi haga,

fil-waqt li mill-frugha tad-dinja jinhbew.

 

Imnebbah Frangisku jitannaq ma dawna

L-ewliena ulied tieghu, u itihom l-irbit

Ta' Reg'la hafifa daks kemm u tal-ghageb

Lid-dinja tat qawwa ghall-ehrex taqbid.

 

IV

Frangisku jintniehed fl-altar ta' Marija

Fil-Knisja tal-Angli mitluf minn sensieh!

Oh, jghidli min jista' x'hass f'qalbu Frangisku

Xhin talab 'il Uliedu jitkattru bis-shih;

 

Nisthajjel li nfethu s-Smewwiet bhal ma darba

U deher Alla nnifsu, u mar jghidlu: Inhtart

Minn dejjem, Frangisku, illi ikollok uliedek

Daqs kwiekeb fis-sema, daqs ramel fuq l-art.

 

Awtur mhux maghruf

Malta - 1921

 


Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XI, no. 10-11, Ottubru u Novembru 1921, p.201

Assisi 18.6.2003


 

Poezija

ta'

Awtur

mhux maghruf