Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 San Frangisk ghadu maghna


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


San Frangisk ghadu maghna

 

Kull darba li nahseb fuqek, Frangisk,

Missier twajjeb ta’ kotra t’Ulied;

nifrah tassew u tifhir naghtik

sakemm hajti ttul hawn f’dan il-wied.

 

Ghax ghalkemm int ghext bostna snin ilu,

hafn’ ghal warajk ghadek issejjah          

biex fuq tieghek ifasslu hajjithom

u l-Ordni jissokta jissebbah.

 

Bit-talb tieghek quddiem Alla l-Gholi,

la tiqafx tidhol ghalina lkoll,

ghax nahtiegu l-ghajnuna tas-sema,

bhal dawk ta’ l-imghoddi, ahna wkoll!

 

B’hekk biss jirnexxilna nkomplu nahdmu

biex il-Paci u l-Gid jitkattru,

u lejn Alla rressqu hafna bnedmin;

b’hekk is-Saltna Tieghu inkabbru!

 

Sa ma jasal il-jum tat-tluq taghna,

biex hdejk, Missier, ilkoll ningabru

halli ghal dejjem flimkien ingawdu,

ejjew b’herqa kbira nistabru!                     

 

 

P. Dom. Bonello OFMConv

Ghawdex: 4 ta' Lulju 2003

 


Din il-Poezija minghand l-awtur bil-posta

Assisi 4.7.2003


Poezija

ta'

Patri Dumink

Bonello

OFMConv