Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Frangisk il-Habib ta' Kulhadd


 ta' Patri Mattew Sultana OFMCap.


San Frangisk il-Habib ta' Kulhadd

 

Thobb ’il kulhadd!… l-imhabba ghamlet bik sewwa,

Habbejt ’il-hlejjaq kollha u ngibdu lejk,

Il-lupu neza’ l-qilla minghajr dnewwa,

Libes il-hlewwa w gwejjed gie ghal hdejk.

 

Dawk il-hamiem, gharfuk b’habib ta’ gewwa;

Kemm tjur w ghasafar tlebbtu fuq spallejk!

Sa l-icken flieles resqu kollhom hlewwa

Minn bejn il-qorq inaqqru truf difrejk.

 

Il-hmar u l-baqra hbiebek minn twelidek;

Habbek il-kelb ghax lilu qatt ma hqart,

Il-hrief u n-nghag kielu l-haxix minn idek.

 

’Ma hadd ma ngibed lejk bhall-Haruf t’Alla

Li daqskemm habbek ghamlek tixbhu fl-art

X'hin l-Eqdes Griehi tieghu f’gismek halla.

 

Patri Mattew Sultana OFMCap

 


Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Edmund Teuma OFMconv permezz ta' email nhar 14 ta' Lulju 2003.

Assisi 14.7.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Mattew Sultana OFMCap.