Poeżija Franġiskana

 

◄◄|werrej|►►


Lil San Franġisk t'Assisi


 ta' Patri Edmund Teuma OFMConv.


Lil San Franġisk t'Assisi

 

Inħobbok, San Franġisk, għax int sejjaħtli

Sa minn ċkuniti biex warajk nintelaq,

U b’ruħi w b’ġismi nimxi qisni agħma

                        Fuq l-atar tiegħek.

 

Rajtek titħabbeb mal-ħolqien tad-dinja:

Smajtek tipprietka lill-għasafar kollħa,

Lanqas stmellejtu lil-lebbruż imniġġes;

                        Bistu fuq ġbinu.

 

Bniedem taf tħobb, u ridt is-sliem isaltan

Sa truf id-dinja. Sliem u riżq ridt tiżra’

Fejn kien ħemm biss mibegħda, għira, ħjiena,

                        Bejn Gvern u Knisja.

 

Inħobbok, San Franġisk, għax bniedem umli,

’Il kulħadd tħaddan – fqir jonkella għani;

Inti  bħal bieba li, miftuħa beraħ,

                        Tilqa’ ’l min jgħaddi.

 

Inħobbok, San Franġisk, Qaddis mill-akbar,

Naf li trid tifdi żminijietna mħarbta,

Għax naf li għadek tħobb il-ħolqien kollu –

                        Xbieħet min ħalqu.

 

Iżda fuq kollox, ja Missier, inħobbok

Għax int poeta, - għannej in natura -

Kattar ġo fija xrar il-poeżija

 

Patri Edmund Teuma OFMConv.

Padova, l-Italja - 4 ta' Ottubru 1972

 


Din il-Poeżija ġie imwassla lil dan is-site permezz ta' l-Awtur innifsu  permezz ta'  email nħar 17 ta' Lulju 2003. Deħret wkoll fil-ġurnal: In-Nazzjon Tagħna, tat-Tnejn 4 ta' Ottubru 1976.

Assisi 18.7.2003


 

Poeżija

ta'

Patri Edmund Teuma OFMConv.