|
Poezija Frangiskana |
|
|
Demm fuq il-Verna ta' Patri Marjanu Vella OFM Demm fuq il-Verna (Il-Pjagi ta' San Frangisk t'Assisi)
Dahla Kor Il-Grajja tas-Salib tibqa' tiggedded Jum wara jum, fil-hajja tal-bnedmin igorru l-mewt ta' Kristu go gisimhom mieghu f'hemda ta' qabar midfunin.
Rebha ta' mhabba Mieghu f'Ghid ta' Glorja iqumu, liebsa s-seher tal-Qawmien, misteru ta' bla tarf li jisboq sewwa il-qawwa tat-tifsir li jaghti l-kliem.
Lejn il-Verna - Awissu 1224 San Frangisk Dalwaqt il-festa mbierka ta' Marija imtellgha fis-smewwiet, u xewqa lhiha qed tahkimni kollni, ta' sawm, ta' talb, ta' skiet.
Immur ningabar ghal ftit zmien fuq l-Ghojla tal-Verna, li nhobb jien, fejn jikbru sigar felhanin, u kelma, kelma ma' tidwi mkien.
Patrijiet Missier, ghaliex se titlaq lil dawn l-Ulied Zghar tieghek? Arana, ahna lesti nitilghu ilkoll mieghek.
San Frangisk Wahdi, ma' ftit minn hutkom nitla' l-Gholja tas-skiet, ningabar wahdi, nitlob biex nifdi mid-dnubiet dinja li tilfet rasha fir-riefnu tal-frughat, tixxengel bhal se taqa' fis-sakra tal-bluhat.
Xjaten Mishut! Min qabbdek tidhol bejn Alla u l-bnedmin, halliha d-dinja toghxa bir-rebh tal-midinbin!
Nixhtu fuq rasek sahta wara sahta, bniedem mignun bil-marda tal-qdusija, ikollok tbati sa narawk titmieghek fit-tajn moqziez u zieni ta' elf htija.
San Frangisk Qalbi maghfusa bosta, tittiekel min-nirien ta' zina w fahx... u donnu farag ma hawn imkien.
Ghaddejja siegha fuqi ta' wahx u dlamijiet, harsti tissammar b'tama fuq l-ikhal tas-smewwiet.
Xjaten Mishut, fejn inti sejjer, tahrab mix-xoghol, fis-skiet? Nuruk il-qilla taghna - duhhan u dlamijiet.
San Frangisk Alla ta' mhabbti, lil din ruhi dghajfa aghtiha qawwa, farag u mistrieh; ibghatli 'l San Mikiel biex dawn ix-xjaten iregga' fin-nirien u d-dlam tal-qiegh.
Ejja Ruffino, ejja, int Leone, Silvestru u Massew, Bonizzo, Illuminat, Anglu Tancredi, nimxu, inhaffu sew.
Patrijiet Missier la tinsiniex, fuq l-Gholja Mqaddsa ftakar fl-Ulied li rabtu qalbhom mieghek; fis-skiet u s-sawm itlob ghall-Ordni kollu u ixhet fuqna lkoll il-barka tieghek.
Fuq il-Verna Kor Gholja b'quccata mbewsa mill-fomm hanin tar-rih, ghamara t'Alla l-Gholi, gebel ta' sahha, shih.
San Frangisk Hawnhekk f'gabra qaddisa, naghmel sawma f"gieh il-qaddis Mikiel, l-Anglu tad-dawl, li razzan, rebah, xejjen, qtajjiet ta' xjaten qliel.
Fuq din il-Gholja wieqfa li tfakkarni fl-Gholja li fuqha Kristu miet ghalina, irrid nissieheb mieghu fil-Passjoni nifhem x'misteru hemm f'Qalbu hanina.
Kor Gholja li tnixxi l-ghasel, u tqattar il-halib, fuqek qieghed idellel is-seher tas-Salib.
Frangisk intilef f'talba, wahda w twila, qieghed jitniehed f'ghafsa ta' tbatija bhalkieku qed igorr fuq spallejh dghajfa il-madmad tqil tal-htija.
Lejla ta' qamar! Wicc Frangisk qed jixghel bid-dawl li qed jitliegheb fuq haddejh, u f'telfa siekta ta' adorazzjoni, niezel bil-qajla l-qajl' fuq irkobbtejh.
San Frangisk Min Int Alla hanin u jien, min jiena? Ahfer htijieti l-kbar, Alla tal-hniena.
Alla tieghi u kollox, dak li Inti, li kont u tibqa' tul iz-zmien ghalija; Jien dudu zghir bla hila, Int il-milja tal-kobor u l-qdusija.
Angli Qaddis. Qaddis. Qaddis.
Fil-qalb ta' dan il-Fqajjar jghammar Alla hanin, ghazlu, b'regqqa ta' mhabba, mill-kotra tal-bnedmin.
Qaddis. Qaddis. Qaddis.
Ghax bih ried jaghti l-farag lil dawk li tilfu s-sliem; qawsalla b'seba' doni mifruxa kullimkien.
San Frangisk Nitkennen haven, f'dal-lejl li diehel sewwa, f'talba sas-sebh, niftakar fit-tbatija li hass Gesù fil-grajja tal-Passjoni, l-aktar fit-tliet sighat ta' Agunija.
Xjaten Li kieku kellna s-setgha nifgawh u neqirduh, bniedem fqajjar bla sahha inin bil-ghaks u l-guh.
Hemm qawwa fihli tfixkel f'harstu, f'surtu, mohbija. Mishut! Dal-bicca bniedem iggennen bil-qdusija.
Il-Pjagi Mqaddsa - 17 ta' Settembru 1224 Ghodwa sabiha ta' Settembru hlejju tfewwah bir-riha niedja tal-hamrija, tghannaq u tbewwes ma' din l-Gholja mbierka li qed titrieghed f telqa ta' qdusija!
San Frangisk Qalbi taqbad u theggeg b'xewqa li nhobbok - kbira; irrid kieku nfissirha... il-kelma, fqira, fqira.
Gesù, Gesù Imsallab warda minn hdan Marija, ha nhoss f'dan gismi dghajjef it-toqol tat-tbatija.
Kor F'daqqa wahda Gesù Msallab gie bi lbies ta' Serafin, sitt igwienah jostruh kollu f'harstu s-sliem u wicc hanin; fuq idejh, riglejh u genbu juri l-griehi imdemmin.
L-Gholja qabdet b'nar tal-Genna, rawha n-nies mill-fond tal-wied, qalb Frangisku saret hegga b'nar ta' mhabba mis-smewwiet: gismu zzejjen f'daqqa wahda bl-ghaxqa mqaddsa tal-gerhiet.
Angli Ghageb ta' mhabba kbira! Frangisku mixhut fl-art, il-hames pjagi f'gismu ihammru qishom ward.
Iqattar id-demm ahmar mill-griehi ta' idejh; iqattar gawhar jilma mill-griehi ta' riglejh.
Minn genbu midrub b'lanza icarcar id-demm bnin, Frangisk sar gmiel ta' martri, sigill tas-Serafin.
San Frangisk Gesù midrub, mabbub... fuq l-ghuda tas-Salib Inti l-akbar habib.
Int sliem jisboq kull kliem. Int kbir thobb lill-maghkus, lill-fqir.
Int ferh, dirghajn ta' serh. Int sbuhija, Haruf maqtul bla htija.
Qaddis. Qaddis. Qaddis.
Lejn il-Porzjunkola - 30 Settembru 1224 Patrijiet Ghaliex, Missier, trid tahbi minna l-grajja tal-hin qaddis f'ghaddejt mal-Kurcifiss? Aghtina hjiel, ghidilna dak li gara, kelma nixtiequ biss.
San Frangisk Darabni Gesù Msallab bil-pjagi mqaddsa Tieghu, bi ktajjen tqal ta' mhabba issa rabatni mieghu.
Jiena dalwaqt se halli din il-Gholja, intom, uliedi, ibqghu hawn flimkien, harsuha sewwa, minn hawn fuq irridkom ixxerrdu Paci w Gid ma' kullimkien.
Ghada ninzel, u nitwiezen fuq id-dah'r hanin ta' hmar; ma niflahx ninzel b'saqajja, f'gismi ghandi hruq in-nar.
Ghada Leone wahdu jinzel mieghi u mmorru taht id-dell t'Ommna Marija fil-knisja ckejkna taghha, li laqghetni meta bdejt l-Ordni f'hegga ta' zghozija.
Patrijiet Aghtina l-barka tieghek qabel titlaq minn fuq din l-Gholja li xarrabt bid-dmija; sigar u blat u skiet se jibqghu xhieda ta' kif qsamt ma' Gesù l-ehrex tbatija.
Gheluq Ma nixef qatt id-demm minn fuq il-Verna, ghalkemm ghaddew fis-skiet mijiet ta' snin, ghadu nadif, ihammar haj, jitharrek b'seher li jafuh biss l-erwieh safjin.
U jibqa' jhammar sa ma d-dinja mqallba tersaq tistrieh fuq sider San Frangisk, tifhem x'misteru jhaddnu l-pjagi mqaddsa, kemm jahbu fihom farag, sliem u rizq!
Amen.
Patri Marjunu Vella OFM
Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site minn persuna li thobb lil San Frangisk permezz ta' email nhar 14 ta' Lulju 2003. Assisi 14.7.2003 |
Poezija ta' Patri Marjanu Vella OFM
|
|