|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk u l-Gamiem ta' Patri Guzè Delia SJ San Frangisk u l-Gamiem
Kien ix-xahar tal-gmiel u tad-dija, Meta kollox ilellex u jfuh, Meta kollox ihaddar u jarmi U l-mard jonfoh u jbexxaq ghall-ftuh.
Beda jzernaq… fuq l-art, fuq il-bahar, Beda jroxx l-ewwel dawl tat-tbexbix, Kull fejn jimrah il-harsa, bhal gawhar, Tleqq in-nida fuq truf il-haxix.
F’dik is-siegha ta’ ghaxqa, ta’ seher, Qalb l-ghelieqi mizghuda bil-ward, Il-Qaddis minn t’Assisi kien wahdu… Miexi, jitlob, bhal anglu fuq l-art.
Kollox fih illi jisraq, li jghaggeb, Xejn tad-dinja f’dak wiccu, f’ghajnejh. Qisu fwieha ta’ balzmu, ta’ vjoli It-talb hiereg, ifur minn xofftejh.
Gewwa mohhu hsieb wiehed jittajjar, Hsieb ta’ mhabba lejn Alla l-Mulej, Li ghax habbna u ha sura ta’ bniedem, U sar taghna missier u Feddej.
Tfajjel ckejken dlonk jghaddi minn fejnu F’wiccu l-bewsa tal-barka, tas-sliem; Sbejha, irzina bhad-difa tas-sema Harstu hiemda, mixhuta ’l quddiem!
Kellu f’idu migbura maghluqa Gewwa qafas, xi ftit gamimiet Rixhom sbejjah u griz u melliesi Harsthom helwa, bhal mewg fil-qlajliet.
Hass bhal hasra Frangisku x’hin rahom Hekk mikduda taht jasar imqit, U sejjahlu lit-tfajjel ma’ genbu, U kliem qallu ta’ hniena, ta’ gid:
"Ibni ruhi ghax tjassar bla htija, dawn l-ghasafar hekk gwejda u hemdin, ghax tahqarhom, imsejkna, x’ghamlulek, la tkunx kiefer, itlaqhom helsin!"
Baqa’ jhares it-tfajjel bhal wiehed quddiem Anglu tas-sema, miblugh. Dak il-kliem dahal, nizel go qalbu Hekk bil-qawwa li baqa’ mirbuh.
Fetah b’roghda l-bieb ckejken tal-qafas Hargu t-tjur ilkoll minnufih; M’hux fil-berah jew fl-gholi tas-sigar l-anqas xterdu jew diebu mar-rjieh.
Kollha daru mar-Raheb tal-Verna Fuq idejh, madwar rasu u spallejh Rashom ckejkna jhokkulu ma’ wiccu, Dik harsithom imsammra f’ghajnejh.
Il-Qaddis zieghel bihom, dahkilhom Dahka helwa ta’ mhabba, ta’ ferh. Rasshom mieghu, ma’ sidru, fuq qalbu, Donnu fihom sab l-hena u s-serh.
Baqa’ bihom jithenna u jitghaxxaq, Hekk kif l-Angli jitghaxxqu f’din l-art, Sakemm taru minn fuqu, sa diebu Gewwa l-berah ifewwah bil-ward.
Patri Guzè Delia SJ
Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Edmund Teuma OFMConv via email nhar 14 ta' Lulju 2003. Assisi 15.7.2003 |
Poezija ta' Patri Guzè Delia SJ
|
|