|
Poezija Frangiskana |
|
|
Lil San Frangisk ta' Assisi ta' Kan. Nikol Vella Apap Lil San Frangisk ta' Assisi
Ifrah dejjem, belt t’Assisi, Belt qaddisa, belt ta’ gieh, Minnek harget kewkba gdida, Hu Frangisku – qima aghtih.
F’nofs il-mixja ta’ zghoritu Hajtu biddel dlonk mill-qiegh, Kristu kellmu fir-ruh tieghu, Nizlet issa l-grazzja fih.
Mit-tlellix tad-dinja tnazza’, Issa deher bhal Kristu fqir, Il-karizmi tieghu haddan, Nibbet f’qalbu dan id-dmir.
It-triq gdida ta’ Frangisku Kienet biss ta’ cahda u talb, Kristu kien l-Imghallem tieghu, Ghaqqad mieghu mohh u qalb.
Ordni gdid Frangisku waqqaf, Dawn jissejhu l-Ahwa z-Zghar, Umli u gwejda dehru jhabbru Dawk uliedu kollha fqar.
Il-karizma Frangiskana Hi maghrufa bl-oghla gieh, Fiha tigbor lil kull hlejqa Biex lil Alla tqim qatigh.
O Frangisku, missier taghna, Gieh u qima ta’ kull zmien, Mhux li kien tal-hajja l-medda Inqattghuha id f’id, flimkien.
Hi qaddisa din ix-xewqa Illi bik ninghaqdu lkoll, Biex ghal dejjem b’ferh u hena mid-dnub Kristu lilna jholl.
Kan. Nikol Vella Apap Ghawdex
Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Edmund Teuma OFMConv permezz ta' email nhar 17 ta' Lulju 2003. Assisi 18.7.2003 |
Poezija ta' Kan. Nikol Vella Apap
|
|