|
San Frangisk - artikli |
|
|
Frangisku - Bniedem LiturgikuL-Ispiritwalità Liturgika ta' San Frangisk t'Assisi kitba ta' Anton Farrugia OFM Bnedem Evangeliku L-ispiritwalità Frangiskana twieldet ma' San Frangisk, imma ssib l-gheruq taghha fil-Vangelu. Il-forma ta' hajja Frangiskana hi wkoll forma ta' hajja evangelika. Il-bazi hu l-Vangelu.
L-ewwel bijografu ta' San Frangisk, fra Tommaso da Celano, kif ukoll San Bonaventura u l-bijografi l-ohrajn kollha, jiddeskrivu lil Frangisku bhala bniedem evangeliku. Hu skopra l-Vangelu u ghexu. Il-Vangelu sar ir-regola ta' hajtu. Kif jghid Celano, hu kien jaqra l-Kotba Mqaddsa, u kien inaqqax f'qalbu b'mod li ma jithassarx dak li, anke darba biss, kien jitnissel fir-ruh tieghu. Ghalih, il-memorja kienet hadet post il-kotba, ghaliex widnejh, anke jekk jisimghu darba biss, kienu jahtfu b'certezza dak li l-affett tieghu kien jimmedita b'tant devozzjoni (2 Cel, 102). Meta, ghal xi raguni partikulari, ma kienx ikun jista' jiehu sehem fil-Quddiesa tal-gurnata, kien irid li dejjem jinqralu l-Vangelu ta' dak in-nhar. Ma kienx jikkuntenta ruhu li jaqra jew jisma' l-Vangelu, imma bil-qawwa tieghu kollha kien jithabat biex josservah, kien jixxennaq unikament ghall-perfezzjoni tal-Vangelu u kien f'kollox dixxiplu fidil tal-Vangelu ta' Kristu. Celano jafferma li l-akbar kura tieghu, u l-oghla xewqa li kellu, kif ukoll l-aktar decizjoni importanti, kienet dik li josserva dejjem u kullimkien il-Vangelu mqaddes. Hu ma kiernx semmiegh trux tal-Vangelu (1 Cel 22) u mill-mument li fih il-Mulej irrivelalu li hu u l-ahwa kellhom jghixu skond il-mudell tal-Vangelu mqaddes, hu ried josservah kelma b'kelma u kien jimpenja ruhu biex jghixu matul hajtu. Fit-Testment kiteb: L-Aktar Gholi nebbahni li kelli nghix skond l-ghamla tal-Vangelu mqaddes (Test 14). Fl-1210, flimkien ma' hdax mill-ahwa, ipprezenta ruhu quddiem il-Papa Innocent III biex ikollu l-approvazzjoni ta' regola qasira, li kienet minsuga minn ftit siltiet tal-Vangelu. Fir-Regola ta' l-1221 kiteb: jimxu fuq it-taghlim u l-ezempju tal-Mulej taghna Gesù Kristu (RegNB 1). U fir-Regola bullata ta' l-1223 hu jafferma mill-bidunett: Ir-Regola u l-hajja tal-Patrijiet Minuri hi din: li jharsu l-Vangelu mqaddes tal-Mulej taghna Gesù Kristu (RegB 1).
Bniedem Liturgiku Ghidna fil-bidu li l-bijografi ta' San Frangisk jiddeskrivuh bhala bniedem evangeliku, imma rridu ninnutaw li hu kien ukoll bniedem liturgiku ghaliex kien fic-celebrazzjoni tai-Misteri Divini li Frangisku kien jesperimenta l-persuna hajja ta' Kristu, filwaqt li kien iheggeg lill-ahwa biex jaghmlu l-istess: Kuljum infatti jigi ghandna f'sura tassew umli. Kuljum jinzel minn hdan il-Missier fuq l-altar f'idejn is-sacerdot. U kif hu deher lill-Appostli qaddisa fil-gisem veru tieghu, hekk l-istess illum Hu juri ruhu lilna fil-hobz imqaddes (Adm 1,17-19).
Meta jikteb lill-ahwa u lill-insara kollha, Frangisku jaghmel riferiment kontinwu ghac-celebrazzjonijiet liturgici u jaghmel mil-liturgija l-ghajn tai-hajja tieghu spiritwali u ta' dik ta' l-ohrajn. Fi zmien meta t-tqarbin kien isir rarament, Frangisku jikteb lill-mexxejja tal-gnus dawn il-kelmiet: Ghaldaqstant, sidien tieghi, inwissikom bil-qawwa kollha biex twarrbu fil-genb kull hsieb u herqa zejda, u bil-qalb it-tajba tircievu l-Gisem u d-Demm l-aktar qaddis tai-Mulej taghna Gesù Kristu b'tifkira qaddisa tieghu (EpRect 7).
Fl-Ittra lill-Ordni kollu naqraw: Ghalhekk, waqt li nbus riglejkom, u misjuq mill-imhabba kollu ta' qalbi, nitlob lilkom kollha, ahwa tieghi, biex turu qima u l-gieh kollu li tistghu lejn il-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu. Fih kull ma hu fis-sema u kull ma hu fuq l-art gie moghti s-sliem u mhabbeb mill-gdid ma' Alla li jista' kollox (EpOrd 12-13).
San Frangisk kien djaknu u minhabba l-umiltà ma riedx isir sacerdoti, imma s-suggett preferit tal-kitbiet tieghu ta' spiss ghandu x'jaqsam mal-hajja spiritwali tas-sacerdoti f'relazzjoni mal-Misteru Ewkaristiku li huma jiccelebraw: Nitlob, imbaghad, fil-Mulej lil huti kollha li huma sacerdoti, li ghad ikunu jew jixtiequ jkunu sacerdoti ta' l-Aktar Gholi: kull darba li jixtiequ jiccelebraw il-Quddiesa, jfittxu li jkunu puri, u bis-safa u b'qima kollha joffru s-sagrificcju veru tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu, b'intenzjoni qaddisa u retta; joffruh mhux ghal xi qligh ta' din l-art, u lanqas minhabba xi biza' jew imhabba ta' xi bniedem, bhallikieku biex joghgbu lill-bnedmin (EpOrd 14).
Kontra l-abbuz imferrex li jigu multiplikati l-Quddies fl-istess post, Frangisk iwissi u jheggeg biex fil-postijiet fejn jghixu l-ahwa, kuljum titqaddes quddiesa wahda, skond it-rit tal-Knisja Mqaddsa. Kemm-il darba f'xi post ikun hemm ghadd ta' sacerdoti, wiehed minnhom iqaddes u l-ohrajn, f'gieh dik l-imhabba li l-ahwa ghandhom ikollhom bejniethom, jikkuntentaw li jiehdu sehem fil-Quddiesa tieghu. Il-Mulej Gesù jaf jaghni bil-grazzja tieghu kemm lil dawk li jkunu jiehdu sehem, kif ukoll lil dawk li dak il-hin ma jkunux prezenti, kemm-il darba jkunu denji (EpOrd 30-32).
Fl-Ittra lill-Kustodji I, insibu dawn il-kliem mimlijin hlewwa: Nitlobkom bil-hegga kollha, aktar milli kieku qed naghmlu ghalija stess: meta jidhrilkom li jkun jaqbel u mehtieg, bl-umiltà kollha titlobu lill-ekklezjastici kollha biex iqimu fuq kull haga ohra l-Gisem u d-Demm l-aktar qaddis tal-Mulej taghna Gesù Kristu, kif ukoll l-ismijiet qaddisa u l-kliem miktub tieghu li bihom jigi ikkonsagrat il-Gisem tieghu. Il-kalcijiet, il-korporali, it-tizjin ta' l-altar u dak kollu li ghandu x'jaqsam mas-sagrificcju tal-Quddiesa ghandhom ikunu ta' materjal prezzjuz. U jekk isibu l-Gisem l-aktar qaddis tal-Mulej imqieghed f'xi post li ma jixraqlux, huma fid-dmir li jqegheduh f'post prezzjuz, kif tikkmanda l-Knisja, u jkun imhares u maqful tajjeb. Ghandhom igorruh b'qima kbira, u jqassmuh lill-ohrajn bl-akbar prudenza (EpCust I,2-4).
Celano jixhed li Frangisku jum minnhom ried jibghat lill-ahwa mad-dinja bil-pissidijiet prezzjuzi, biex ikunu jistghu jqieghdu fl-aktar post xieraq il-prezz tal-fidwa, kull fejn isibuh imhares b'mod indekoruz (2 Cel 201). Minn naha taghha, Klara, li ghat hafna snin kienet marida, kienet tinseg b'idejha stess korporali u tvalji ghac-celebrazzjoni ta' l-Ewkaristija.
Imhabba lejn it-Talb Liturgiku San Frangisk kellu mhabba kbira hafna lejn it-talb liturgiku tas-Salmi. San Bonaventura jinnota li l-Qaddis kellu d-drawwa li lil Alla joffrilu t-talb tas-Sighat Liturgici mhux biss bil-biza', imma wkoll b'devozzjoni. Ghad li kien marid b'ghajnejh, l-istonku, il-milza u l-fwied, b'danakollu, meta kien ikun qed jghid is-Salmi, ma kien jistrieh la mal-hajt u lanqas ma' xi haga ohra. Kien jitlob is-Sighat wieqaf dritt, b'rasu mikxufa, bla ma jhalli lil ghajnejh jigru 'l hawn jew 'l hinn, u bla ma jahtaf il-kliem. Meta kien ikun fil-vjagg, x'hin jasal il-hin li jghid l-Ufficcju Divin, kien jieqaf ... Kien jghid is-Salmi bl-ikbar attenzjoni tal-mohh u ta' l-ispirtu, bhallikieku kellu lil Alla hdejh dak il-hin, u kull darba li hu u jitlob kien jissemma isem il-Mulej, arah jilghaq xoftejh biex ma jitlef xejn mill-hlewwa u l-henna tieghu (LegM X,6).
It-Teologija Frangiskana Matul is-sekli, ghalliema u qaddisin ghanew dejjem aktar l-ispiritwalità Frangiskana bil-kitbiet u l-opri taghhom. Hekk San Antnin ta' Padova jelabora frangiskanezimu pastorali, San Bonaventura frangiskanezimu tejologiku, Alexander of Hales frangiskanezimu metodologiku, Iacopone da Todi frangiskanezimu appassjonat, Roger Bacon frangiskanezimu xjentifiku, Beatu Ramon Lull frangiskanezimu mistiku u Beatu John Duns Scotus frangiskanezimu kritiku.
Fi Kristu jiltaqghu flimkien l-isbah u l-aktar mimlijin tifsir fost il-pagni tat-tejologija Frangiskana, kif fih ukoll ticcentra ruhha l-ispiritwalità. It-tejologija Frangiskana taghtina vizjoni mill-aktar gholja fl-ispekulazzjonijiet ta' San Bonaventura u tal-Beatu John Duns Scotus, li fihom Kristu jidher bhala l-opus summum Dei (l-oghla opra ta' Alla) fid-digrieti divini li jirregolaw l-ordni attwali tal-holqien. Kristu jidher bhala dak li hu predestinat qabel u fuq kull hlejqa bhala adoratur u glorifikatur tat-Trinità Qaddisa, bhala raguni shiha ta' l-ezisetenza u bhala kawza finali u ezemplari ta' l-ekonomija soprannaturali, bhala medjatur universali u kap mistiku tal-familja kollha ta' dawk li huma msejhin ghas-sema, kemm angli kif ukoll bnedmin.
Il-primat universali, il-medjazzjoni universali ta' Kristu u r-regalità divina tieghu, juruna r-relazzjoni ta' Kristu mal-kumplament tal-holqien: filwaqt li l-ufficcju tieghu ta' glorifikatur u medjatur jurina r-relazzjoni tieghu mad-Divinità. Kristu hu c-centru tal-hajja divina, ghaliex hu l-Verb, li fl-inkarnazzjoni, jsir ic-centru tal-hajja tad-dinja. L-angli u l-bnedmin jaghrfuh bhala l-kap taghhom u l-istorja ssib fih il-fus li fuqu ddur. Kristu l-Mulej hu b'mod partikulari dak li minnu johrog il-gherf u kull xjenza. Din hi wahda mill-idejiet principali ta' San Bonaventura u l-koronament suprem ta' l-ezemplarizmu tieghu. Li tintilef f'Alla, li titla' fi hdan Alla, li tistrieh f'Alla, permezz ta' Gesù Kristu, f'sursumactio bla taqta' u mimlija mhabba, li ssir komunjoni ta' mhabba u ta' hajja, hi l-qabra tal-kitbiet ta' San Bonaventura. It-tema fundamentali u li ma titbiddilx hi dejjem din: Gesù hu Triq, Verità u Hajja: Triq li twassalna ghand il-Missier, Verità li xxabba' b'mod shih l-intelligenza u l-qalb, hajja vera fiz-zmien u fl-eternità.
Il-kristocentrizmu Frangiskan kemm f'San Bonaventura kif ukoll fil-qaddisin l-ohrajn, jitwieled minn din il-laqgha ta' l-intelligenza u tar-rieda umana ma' Kristu li hu mghallem, medjatur, rivelatur, santifikatur, bieb, triq li minnha naslu ghand il-Missier u ghall-iskop ta' l-ezistenza taghna. Ma Kristu, fi Kristu u bi Kristu naraw jintiseg l-itinerarju spiritwali Frangiskan fil-fazijiet taghha ta' cahda, konverzjoni, hajja, progress, rebha u konformità skond l-istess kelmiet ta' Gesù: Jiena tajtkom l-ezempju (Gw 13,15). Kunu mela intom ukoll perfetti, kif hu perfett Missierkom tas-sema (Mt 5,48). Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, nru 60 April - Gunju, 2001, 7-9. Assisi 13.7.2003 |
Il-bijografi ta' San Frangisk jiddeskrivuh bhala Bniedem Evangeliku, imma rridu ninnutaw li hu kien ukoll Bniedem Liturgiku ghaliex kien fic-celebrazzjoni tai-Misteri Divini li Frangisku kien jesperimenta l-persuna hajja ta' Kristu, filwaqt li kien iheggeg lill-ahwa biex jaghmlu l-istess.
Meta jikteb lill-ahwa u lill-insara kollha, Frangisku jaghmel riferiment kontinwu ghac-celebra -zzjonijiet liturgici u jaghmel mil-liturgija l-ghajn tai-hajja tieghu spiritwali u ta' dik ta' l-ohrajn. |
|