|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej||>>Frangisku u l-PorziuncolaSan Frangisk t'Assisi u l-Porziuncola kitba ta' Sr. Marie Carmel Saliba OSC Il-Porziuncola hija l-kappella ckejkna u antika li tinsab f'nofs il-Bazilika rinaxximentali ta' Santa Marija ta' l-Angli fil-pjanura ta' Assisi. Il-festa li ssir fit-2 ta' Awissu fil-Porziuncola hija maghrufa wkoll bhala l-festa tal-Mahfra ta' Assisi. Din taf il-bidu taghha lill-esperjenza personali ta' l-imhabba u l-hniena ta' Alla li San Frangisk garrab fil-Porziuncola. Darba minnhom, fil-bidu tal-konverzjoni tieghu, Frangisku mimli soghba ghal htijietu ta' l-imghoddi u mqanqal mill-hniena ta' Alla, ghadda l-hin tat-talb tieghu jirrepeti bosta drabi: "O Alla, ikollok hniena minni, midneb". U ftit ftit beda jhoss il-fond ta' qalbu toghdos go ferh li ma jitfissirx u fi hlewwa bla qjies. U ghalhekk hassu cert li kien qed jghix fl-istat tal-grazzja, mahfur minn kull htija.
Il-fatt li tkun mahfur u allura li tghix f'ghaqda u fi hbiberija ma' Alla huma doni li jnisslu paci interjuri u ferh perfett. Frangisku ried jaqsam dan il-gid spiritwali ma' kulhadd, u ghalhekk fl-1216 talab u qala' minghand il-Papa Onorju III, li kien Perugia, il-grazzja tal-Mahfra u l-Indulgenza Plenarja ghal kull min niedem minn htijietu u rikonciljat ma' Alla, permezz tal-qrar, izur il-Porziuncola fit-2 ta' Awissu, fl-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-kappella. Frate Leone, is-sieheb preferit ta' Frangisku u konfessur tieghu, xehed li meta Frangisku akkwista dan il-privilegg u kien hiereg minn hdejn il-Papa, sema' vuci li tghidlu: "Kun af, Frangisku, li kif din l-Indulgenza giet moghtija lilek fuq l-art, hekk ukoll hija ratifikata fis-sema".
Vizjoni B'hekk twettget il-vizjoni li jirrakkonta Fra Tommaso da Celano (2 Cel, 20): "Certu fra, moghti lil Alla, qabel il-konverzjoni tieghu, kellu vizjoni fuq il-kappella ta' Santa Marija ta' l-Angli li ta' min isemmiha. Ra qtajja kbira ta' nies ghomja gharkubbtejhom madwar il-knisja u b'wicchom imdawwar lejn is-sema. Kollha kienu b'idejhom merfugha 'l fuq, jghajjtu lil Alla, u jitolbuh b'ilhna mbikkija, hniena u dawl. U hekku, nizel mis-sema ragg ta' dawl qawwi li nfirex fuq kulhadd, u ta lil kull wiehed id-dawl u l-fejqan mixtieq".
B'hekk, bl-intercessjoni ta' San Frangisk, il-kappella tal-Porziuncola saret fanal qawwi ta' dawl spiritwali u ghajn ta' grazzja u hniena ghad-dinja midinba.
Sal-gurnata tallum, fit-2 ta' Awissu, wiehed ghadu jista' jircievi l-Indulgenza Plenarja. Meta fl-1968, fi zmien il-Papa Pawlu VI, saret revizjoni ta' l-Indulgenzi, din giet estiza ghall-knejjes Frangiskani u ghall-knejjes parrokkjali mad-dinja kollha.
Il-post preferit ta' Frangisku Il-kappella tal-Porziuncola li hemm fil-Bazilika ta' Santa Marija ta' l-Angli fil-pjanura ta' Assisi, hija post privileggjat ta' grazzji u barkiet mhux biss minhabba l-grajja li semmejna fl-ewwel parti ta' dan l-artiklu, imma wkoll ghax hija l-post fejn San Frangisk ghex il-parti l-kbira ta' l-ghoxrin sena tal-hajja evangelika singulari tieghu. San Bonaventura, bijografu tal-Qaddis, fil-Legenda Maior II, 8, jghidilna li San Frangisk habb dan il-post aktar minn kull post iehor fid-dinja. U Fra Tommaso da Celano semma kemm il-darba fil-kitbiet tieghu l-imhabba kbira li San Frangisk kellu ghall-Vergni Marija u l-venerazzjoni specjali li gab ghall-kappella tal-Porziuncola.
Fil-fatt, fil-Porziuncola, Frangisku ghex il-mumenti l-aktar importanti u decizivi ta' hajtu. Fil-bidu tal-konverzjoni tieghu, fl-1205, Frangisku obda fil-pront u wettaq litteralment il-kmand li tah il-Kurcifiss tal-knisja ta' San Damiano, li tennielu ghal tliet darbiet: "Frangisku, mur u sewwi d-dar tieghi li, kif qed tara, gieghda tiggarraf kollha" (LegM II,1). Meta temm isewwi l-knisja ta' San Damiano, Frangisku sewwa wkoll il-knisja ta' San Pietro, u mbaghad beda jirrestawra l-knisja tal-Porziuncola, li kienet mitluqa u hadd ma kien jiehu hsiebha. Imganqal minn devozzjoni mheggaa lejn Omm Kristu, is-Sultana tad-dinja u ta' l-Angli, u minhabba fil-qima li Frangisku kellu lejn l-Angli, huwa beda jghix hemm. Mis-smiegh ta' l-Evangelju fehem ahjar x'ried Alla minnu, kiteb ir-Regola u waqqaf l-Ordni tal-Patrijiet Minuri, li gie approvat oralment mill-Papa Innocent III fir-rebbiegha ta' l-1209.
Frangisku jinghata b'rigal il-Porziuncola Fil-kapitlu 55 ta' Speculum Perfectionis, li fih Frate Leone nizzel it-tifkiriet tieghu ta' l-istorja tal-bidu ta' l-Ordni, naqraw ir-rakkont helu ta' kif il-kappella tal-Porziuncola ghaddiet f'idejn Frangisku u shabu.
"Meta ra li kienu qed jizdiedu fin-numru, Frangisku talab lill-Isqof Guido ta' Assisi biex jaghtih knisja fejn l-ahwa jkunu jistghu jitolbu l-Liturgija tas-Sighat. Imma l-Isqof ma kellu ebda knisja x'joffrilu. Frangisku ghamel l-istess talba lill-Kanonici tal-Kattidral ta' San Rufino f'Assisi, u t-twegiba kienet l-istess. Frangisku ghalhekk irrikorra ghand l-Abati Benedittin ta' Monte Subasio u dan, wara li ikkonsulta lir-rhieb, laqa' t-talba ta' Frangisku u tah il-kappella ckjekna tal-Porziuncola u qallu: 'Jekk il-Mulej ikabbar il-kongregazzjoni tieghek, nixtiequ li dan il-post isir il-knisja principali tal-knejjes taghkom'.
Frangisku kien ferm kuntent li din il-knisja fqajra u ckejkna msejha sa mill-qedem Porziuncola (jigifieri porzjon ckejken) kellha xi darba ssir il-casa madre, u l-knisja patrijarkali ta' l-Ordni tal-Patrijiet Minuri. Ghalkemm l-Abati u r-rhieb Benedittini tawhielu b'xejn bhala rigal, Frangisku, li ried jibni l-Ordni tieghu fuq il-pedament sod tal-faqar assolut, b'sinjal ta' faqar u umiltà, darba fis-sena kien jibghat lill-Abati u irhieb Benedittini goffa mimlija hut zghir, u dawn kienu jwiegbu ghal dan il-gest billi jaghtu lill-ahwa flixkun zejt".
Benniena ta' l-Ordni tas-Sorijiet ta' Santa Klara Kien fil-Porziuncola wkoll li, fil-lejl ta' Hadd il-Palm tas-sena 1211, Frangisku u shabu laqghu lix-xbejba Klara, bint in-nobbli Favarone di Offreduccio, meta din harbet mid-dar biex thaddan il-hajja evangelika. Hawnhekk, quddiem l-altar ta' Santa Marija ta' l-Angli, halliet lill-patrijet jaqtghulha xahra dehbieni, nezghet darba ghal dejjem l-ilbies fin u jlellex li kellha fuqha, biex floku tilbes tonka goffa u fqajra, u hemm, f'idejn Frangisku, ghamlet il-weghdiet tal-konsagrazzjoni taghha lil Alla. B'hekk tat bidu ghall-Ordni tas-Sorijiet Klarissi, maghruf ukoll bhala t-Tieni Ordni Frangiskan. Fil-Leggenda ta' Santa Klara, 8, Fra Tommaso da Celano jirrimarka ferhan li "hekk deher car li kienet l-Omm tal-hniena li f'darha welldet iz-zewg Ordnijiet religjuzi".
L-Ewwel Ordni jikber b'mod ta' l-ghageb Mill-Porziuncola, Frangisku ra l-familja religjuza tieghu tikber bla heda u b'mod ta' l-ghageb. Minn hawn huwa baghat lil uliedu mad-dinja kollha jxandru l-Bxara t-Tajba u minn hawn sar jaf bil-martirju ta' Frate Bernardu u l-erba' patrijiet shabu li gara fil-Marokk fis-16 ta' Jannar 1220. Dawn il-protomartri saqqew b'demmhom il-hajja tal-bidu ta' l-Ordni Frangiskan.
Fl-1221, fil-Porziuncola ngabru madwar 5000 ahwa ghall-famuz Kapitlu tal-Hsajjar. Dawn gew minm kull parti ta' l-Ewropa biex jitolbu flimkien u jiddiskutu r-Regola l-gdida. Sejhulu Kapitlu tal-Hsajjar, ghax fin-nuqqas ta' djar u gharajjex, l-ahwa stkennew taht speci ta' soqfa maghmula mill-hsajjar.
Il-wirt ta' San Frangisk San Frangisk miet fil-hin ta' l-ghasar tat-3 ta' Ottubru 1226. Qabel miet, huwa ried li jehduh Santa Marija tal-Porziuncola, hdejn il-knisja ta' qalbu. U hemm, fil-prezenza tal-Vigarju tieghu, Fra Elia, Frangisku irrikmanda lil hutu l-Evangelju, il-faqar imqaddes u l-kappella tal-Porziuncola, l-unika rikkezza li kellu. Qalilhom: "Nixtieq inhalli u nafda l-post ta' Santa Marija ta' l-Angli b'wirt lil huti biex iharsuh bl-akbar qima u devozzjoni".
Il-Porziuncola ghalhekk hija c-centru, il-qalb, u certament il-benniena u l-knisja-omm ta' Frangisku u ta' kull Frangiskan. Fil-fatt, hi l-uniku wirt materjali mholli lis-segwaci tieghu mill-Fqajjar ta' Assisi. U b'tifkira xierqa ta' dawn il-grajjiet Frangiskani, fl-1909 il-Papa San Piju X, fil-Bulla tieghu Omnipotens ac misericors Deus, sejjah lill-Porziuncola caput et mater, it-"ras u l-omm" ta' l-Ordni tal-Patrijiet Minuri. (Isem li il-Papa Girgor IX kien digà ta' f'Gunju 1228 dak in-nhar li tbierket u tqieghdet l-ewwel gebla tal-Bazilka ta' San Frangisk fejn kellu jibqa mizmum il-fdal tal-Qaddis):
Il-kappella fqajra tal-Porziuncola ma ghandhiex sbuhijh li tolqot il-ghajn, imma sbuhija interna li ssibha bil-ghajnejn tar-ruh u tal-qalb meta tahseb f'dak li Frangisku wettaq u ghallem imdawwal mill-Ispirtu tal-Mulej. Dan l-istess Spirtu llum ghadu jheggeg il-qalb, idawwal il-mohh u jqawwi r-rieda ta' l-ulied spiritwali ta' San Frangisk.
Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, nru 65 Lulju - Settembru, 2002, 2-4. Assisi 13.7.2003 |
San Frangisk habb dan il-post aktar minn kull post iehor fid-dinja. |
|