Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
Beatu Rajmond Lull (1235-1316) 30 ta Gunju
Ramon Lull twieled Palma de Mallorca fil-Gzejjer Baljarici fis-sena 1235. Issieheb fit-Tielet Ordni Frangiskan, u mahkum minn hegga kbira ghall-erwieh, haseb biex iwaqqaf xi kulleggi ghat-taghlim u t-thejjija tal-missjunarji. Kiteb ghadd kbir ta’ opri importanti f’kull qasam tal-gherf u b’hekk qala’ t-titlu ta’ “Doctor Illuminatus” (Duttur Imdawwal). Kien l-ewwel lajk li qatt ha sehem f’Koncilju Ekumeniku - dak ta’ Vjenna. Meta mar bhala missjunarju fl-Afrika ta’ fuq kien ittrattat hazin u mitfugh il-habs. Imbaghad harguh mill-habs, haggruh u telquh nofsu mejjet f’xatt il-bahar minn fejn gabru bastiment li nzerta kien ghaddej minn dik in-naha. Imma hekk kif il-bastiment kien ghoddu wasal Mallorca, Rajmond radd ruhu ’l Alla. Kien id-29 ta’ Gunju 1316. Il-Papa Klement XIII wettaq il-qima tieghu bhala beatu martri fl-1763.
It-tifsir tal-fidi Mill-kitbiet tal-beatu
Mill-opra tal-beatu bit-titlu Liber de Acquisitione Terrae Sanctae (= Ktieb dwar il-Kisba ta’ l-Art Imqaddsa) ittiehdet din is-silta li fiha jinghad li t-tifsir tal-fidi bir-raguni jghin biex isiru l-konverzjonijiet.
Jinghad li, m’ilux hafna, wiehed religjuz Nisrani, li jaf sew l-istorja u l-ilsien Gharbi, mar Tunis biex ikellem lir-re, li jissejjah Miramolin. Dak ir-religjuz, li m’huwiex mghallem fil-logika u fix-xjenza naturali ghad li hu awtorita’ fil-morali, gab provi bil-Gharbi fil-qasam tal-morali u wera b’ezempji li l-fidi u l-ligi ta’ Muhammad huma hziena u foloz. Din haga hafifa biex tippruvaha.
Dan ir-re Saracin, li hu mharreg tajjeb fil-logika u fix-xjenza naturali gharaf li l-provi kienu tajbin; qabel ma’ dak li qallu r-religjuz u stqarr li ghandu mnejn jilqa’ l-fidi ta’ l-Insara. Ghalhekk qal: “Ma rridx nibqa’ Saracin; izda aghtini prova bir-raguni tal-Fidi taghkom u jien insir Nisrani flimkien man-nies kollha tas-saltna tieghi, u min ma jaghmilx hekk jiehu l-mewt.” Imbaghad ir-religjuz, li ma tantx hu intiz fil-filosofija u t-teologija, qal: “Il-fidi ta’ l-Insara toghla tant ’il fuq (= hi daqshekk traxxendentali), li ma tistax tkun ippruvata bir-raguni; trid temmen u xejn izjed. Dan hu s-Simbolu (= il-Kredu) miktub bil-Gharbi. Emmen f’dan u ssalva.” Ir-religjuz tkellem hekk ghax, ghalkemm huwa mghallem tal-morali, gab biss provi pozittivi u ma kien konvincenti xejn fir-ragunijiet li gab.
Imbaghad ir-re qallu bil-hjiena: “Din m’hi prova xejn, imma kollox pozittiv. Mela m’iniex sa nbiddel il-fidi tieghi ma’ ohra, izda nbiddilha bil-qalb jekk insib min ifissirli l-verita’. Ghalhekk int ma rragunajtx tajjeb ghax chadt il-ligi li nobdi jien u issa ma tistax tippruvali bir-raguni l-fatt li jien qieghed bla ligi, ghax la jien Nisrani, la Saracin, u la Lhudi.”
Imbaghad ir-re kasbru u b’ghajb kbir keccieh ’il barra mis-saltna tieghu flimkien ma’ shabu. Jiena ltqajt ma’ dan ir-religjuz u ma’ shabu u kellimthom.
Barra minn hekk, dak ir-religjuz jaf jithaddet bil-Lhudi u f’Barcellona sikwit ikollu diskussjonijiet fost l-ohrajn ma’ Lhudi gharef u mghallem tal-lingwa. Dak il-Lhudi mhux darba qalli li lir-religjuz sikwit jghidlu li jekk hu joqghod ifiehmu bir-raguni l-Fidi tieghu u fiex jemmen, hu jsir Nisrani. Imma r-religjuz iwiegeb li hu ma jistax jifhem ghala l-Lhudi ghadu jkasbar il-ligi tag]na u jghid li m’hijiex vera.
Din l-istorja rrakkontajtha ghal dawn ir-ragunijiet: kieku dak ir-religjuz kellu l-hila jaghti ragunijiet konvincenti u irrifjutabbli dwar il-fidi b’tali mod li r-re ma gharafx iwegibhom, ir-re kien isir Nisrani u mieghu hafna ohrajn, kif qal hu stess. Dawn ir-ragunijiet jinsabu fil-Kotba mqaddsa u ninsab cert li jinsabu wkoll fil-kotba tieghi, kif wiehed jista’ jara. Tabilhaqq, ir-re qaddis Lwigi ta’ Franza sadattant lahaq mar Tunis flimkien ma’ armata kbira, u kieku r-re Saracin kien jaqbel, il-pajjiz kollu kien ikun diga’ sar Nisrani u l-Art Imqaddsa kienet tintrebah. Mela ha tiggudikahom il-kuxjenza taghhom stess lil dawk li jistghu jaghmlu l-gid, u li ghal dil-hidma kienu maghzulin, izda ma jaghmlu xejn u fil-bicca l-kbira taghhom ma jaghmlux hekk.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
Beatu Rajmond Lull
|