Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

 


Santa Veronika Giuliani

(1660-1727)

10 ta’ Lulju


Veronika twieldet Mercatello qrib Urbino fil-Marche fis-sena 1660 u ta’ sbatax-il sena dahlet fil-monasteru tal-Klarissi Kapuccini ta’ Città di Castello qrib Perugia, l-Italja tan-nofs.  Ghaddiet hajjitha ta’ Klarissa fit-talb u l-kontemplazzjoni, waqt li thabtet kemm felhet biex dejjem issir tixbah lil Gesù msallab.  Bi hlas ghal din l-imhabba taghha lejn il-misteru tas-salib, Alla ghogbu jaghtiha d-don tal-Pjagi mqaddsa.  Kitbet l-esperjenzi mistici taghha fi “Djarju tal-Passjoni” li jghodd bosta u bosta pagni u li kitbitu biex tobdi lill-konfessur taghha.  Mietet fl-1727 u kien il-Papa Girgor XVI li stqarrha b’qaddisa vergni fl-1839.

 


Il-konverzjoni tal-midinbin

mill-kitbiet tal-qaddisa


 

F’din il-pagna mehuda mid-djarju taghha, il-qaddisa tistqarr li ghall-konverzjoni tal-midinbin kienet tinsab lesta li taghti hajjitha.

 

Il-lum ergajt hassejt l-ugigh f’idejja, f’saqajja u f’qalbi, u ghaddejt lejl shih mimli bl-ugigh u t-turmenti.  Ikun imfahhar il-Mulej!  Dalghodu qerrejt u nahseb li l-qrara sahhitni ghal aktar tbatija.  Waqt it-tqarbin kelli l-grazzja li nhoss f’qiegh qalbi l-prezenza ta’ Alla; ruhi hasset xi haga gdida tinbet go fiha.  Minn xi zmien ’il hawn qed inhoss f’qalbi certa qawwa gejja mill-Ispirtu, izda ma nafx nghid x’inhi sew.  Hawn sa nsemmi biss l-effetti li halliet fija.

 

L-ewwel haga: l-gharfien ta’ dnubieti u l-indiema minnhom; ix-xewqa li nxerred demmi u naghti hajti ghall-konverzjoni ta’ l-erwieh; tama qawwija fil-hniena ta’ Alla u fit-tjieba ta’ l-imqaddsa Vergni Marija.

        

It-tieni haga: ghalkemm inhoss ruhi wahdi nithabat f’bahar ta’ tigrib, dlonk inhoss fija qawwa misterjuza li ggib fuqi l-kalma u dak il-hin nimtela bi sliem li ma bhalu li jgaghalni nafda b’sahhti kollha fir-rieda ta’ Alla.


It-tielet
haga: meta x-xitan jghakkisni b’hafna tigrib gewwieni, u fl-istess hin, minhabba dmiri, ikun jehtiegli ndur bl-ohrajn u naqdi bosta qadjiet ’l hawn u ’l hinn, dik il-qawwa misterjuza tghinni nehles il-qadjiet li jkolli minghajr biss ma nintebah.  Fl-ahhar ninduna li dak li jkolli naghmel naghmlu minghajr ma nkun naf kif.  Dan jigri l-aktar f’hinijiet mill-aktar importanti, bhal meta nersaq ghas-sagramenti, naghmel il-meditazzjoni jew nibda xi tahdita spiritwali ma’ xi hadd.

 

Jigu waqtiet li fihom inhoss dwejjaq kbar u nibda nhossni fiergha minn kull sentiment.  Dak il-hin nibda nahseb li m’iniex sa nibqa’ hajja.  Meta nkun f’dil-burdata nibda nhoss li anki meta nqerr inkun qed nitlef iz-zmien.  Izda hekk kif f’qalbi nhoss tahrika mqar ckejkna ta’ dik il-qawwa misterjuza, nibda nhossni mibdula u mimlija bl-energija.  Imbaghad kollox jibda jigini hafif, anki l-aktar hwejjeg tqal.  Kif inkun f’riglejn il-konfessur nibda nhoss tikber fija l-kunfidenza ta’ bint; lehnu nibda nqisu lehen Alla diehel f’ruhi.  Nibda nhossni qisni qieghda quddiem mera li fiha nara ’l Alla u lili nnifsi flimkien ma’ dak kollu li ghamilt.  U nqerr b’indiema kbira.

 

Nahseb li dan gej minn dik il-qawwa misterjuza li nhoss f’qalbi.  Imma ma nafx u lanqas nista’ nfisser sewwa x’inhi, anki jekk fil-qrar imqaddes hassejt li ghandi nghid kollox lil min qieghed minflok Alla.  Ha jsir kollox ghall-glorja ta’ Alla!

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Santa Veronika Giuliani