Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

 


San Pietru Battista

(1542-1597)

6 ta' Frar


Pietru Battista twieled fi Spanja fis-sena 1542.  Dahal mal-Frangiskani Alkantarini u meta sar sacerdot intbaghat ixandar il-Vangelu lejn il-Lvant Imbieghed.  Hadem ghal bosta snin fil-Gzejjer Filippini.  Fl-1593 flimkien ma’ hames Frangiskani Alkantarini ohra: Frangisk, Martin, Frangisk Blanco, Filippu u Gonsalvo, ilkoll qaddisin ikkanonizzati, Pietru Battista ntbaghat lejn il-Gappun.  Hemmhekk dawn il-missjunarji ntefghu fix-xoghol ta’ l-evangelizzazzjoni u bnew knejjes u sptarijiet.  Imma kemm il-mexxejja religjuzi (Buddisti) kif ukoll dawk civili dehrilhom li ma kellhomx ihalluhom jahdmu izjed.  Ghalhekk dawn ir-religjuzi kollha flimkien ma’ tmintax-il Terzjarju Frangiskan inghataw il-martirju tat-tislib.  Dan sehh barra mill-belt ta’ Nagasaki fil-5 ta’ Frar 1597.  Flimkien ma’ dawn il-Frangiskani hadu l-martirju wkoll Pawlu Miki, Gakbu Kisai u Gwann Goto li kienu Gizwiti Gappunizi.  Dawn in-nies qalbiena huma l-Protomartri tal-Gappun, u kien il-Papa Piju IX li fl-1862 ghaddhom mal-qaddisin martri.

 


L-Ahhar Ittri

mill-kitbiet tal-Qaddis


 

Dawn li gejjin huma siltiet mill-ahhar zewg ittri li kiteb San Pietru Battista fl-4 ta’ Jannar u fit-2 ta’ Frar 1597 ftit granet biss qabel il-martirju.

 

Mill-patrijiet Frangiskani, li ninsabu hawn, inqbadna sitta u tefghuna fil-habs ghal bosta granet.  L-istess xorti taghna messet lil dsatax-il terzjarju Gappuniz minn taghna, u lil sacerdot Gizwita (P. Pawl Miki) flimkien ma’ zewg katekisti tieghu.

 

Bhalissa ninsabu nivvjaggaw f’dawn ix-xhur keshin tax-xitwa.  Immexuna biz-zwiemel u jghassuna b’mod tant strett li gie li sejhu mitejn suldat biex jaghmlu l-ghassa maghna.


Minkejja kollox, mimlijin bil-farag u bil-hena tal-Mulej, ahna nimxu b’wiccna minn quddiem.  Il-verdett li nqata’ kontrina jghid li ghandhom isallbuna: lilna ghax xandarna l-Vangelu mqaddes, lill-ohrajn ghax imxew wara l-Vangelu.  Ghal dawk li jixtiequ jmutu ghal Kristu din hi okkazjoni tajba.

 

Ninsab cert li l-fidili ta’ dawn l-inhawi jitfarrgu bis-shih jekk jigu hawn religjuzi mill-Ordni taghna; imma, min-naha l-ohra, nafu li sakemm fuq il-Gappun jibqa’ jsaltan dan ir-re, dawk li jigu hawn mhux sa jkunu jistghu jilbsu t-tonka Frangiskana, inkella malajr jikkundannahom ghall-mewt, bhalma ghamel lilna issa.  Is-sentenza tal-mewt li nqatghet kontrina tinsab miktuba fuq tabella li jgorruha quddiemna kull fejn immorru.

 

Nergghu ghalli konna qed nghidu: hin minnhom hallewna mill-irbit u tellghuna fuq xi karrijiet.  Imbaghad, wara li qatghulna bicca minn widnejna, gerrewna mat-toroq ta’ Meako; maghna kellna hafna nies u suldati ghassa.  L-ghada, b’idejna marbutin wara daharna u rekbin fuq iz-zwiemel, haduna lejn Osaka. Hemm ukoll tawna girja madwar il-belt.  Ma kienx jonqos dak tal-bandu jigri quddiemna kull fejn immorru.  Konna nafu li qatghulhielna ghall-mewt, imma kien biss f’Osaka li gharrfuna li kienu sa jehduna lejn Nagasaki biex hemmhekk isallbuna.

 

Ghall-im]habba li ggibulna, itolbu hafna lill-Mulej ghalina biex hu jilqa’ bil-qalb is-sagrificcju taghna.  Kif smajt, nahseb li sa jehduna ghall-martirju nhar il-Gimgha li gej.  Kien ukoll il-Gimgha meta qatghulna bicca minn widnejna f’Meako.  Din il-haga lqajnieha bhala rigal minn Alla.  Ghalhekk ahna lkoll nirrikmandaw irwiehna lilkom biex intom titolbu ghalina biex nibqghu nzommu shih.

 

Ahwa l-aktar gheziez, ghinuna bit-talb taghkom biex il-Mulej setghani joghgbu jilqa’ l-mewt taghna.  Mis-sema, fejn jekk Alla jrid nittamaw li naslu, ahna sa nahsbu fikom; imma anki sakemm qieghed hawn qatt ma nsejt l-imhabba taghkom. 

 

Jien habbejtkom b’qalbi kollha u ghadni nhobbkom.  Is-sliem u l-imhabba tal-Mulej taghna Gesu’ Kristu jkunu maghkom ilkoll.

 

Insellmilkom, ahwa l-aktar mahbubin.  Issa ma ghandniex aktar zmien biex nitkellmu.  Narakom fis-sema.  Ftakru fija u fina lkoll.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


San Pietru Battista