Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
Beatu Gwanni Duns Scotus (1265-1308) 8 ta’ Novembru
Gwanni twieled Duns fl-Iskozja fl-1265 u dahal fl-Ordni Frangiskan meta kien ghadu zaghzugh. Kien ordnat sacerdot fis-17 ta’ Marzu 1291. Wara li kiseb il-gradi akkademici fl-università ta’ Sorbonne, f’Parigi, lahaq professur fl-universitajiet ta’ Cambridge, Oxford, Parigi u Kolonja. Tul il-karriera tieghu stharreg bir-reqqa l-Kotba Mqaddsa u kiteb hafna opri filosofici u teologici. Xandar bil-qawwa l-misteru tal-Verb maghmul bniedem u kien difensur tad-duttrina dwar it-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija u l-awtorità tal-Papa. Fit-23 ta’ Gunju 1303, wara li cahad li jiffirma l-libell ta’ Filippu IV, Re ta’ Franza, kontra l-Papa Bonifazju VIII, kien eziljat minn Parigi. Miet hesrem f’Kolonja fit-8 ta’ Novembru 1308. Il-fama ta’ qdusija li kiseb dan it-teologu dehret fil-virtujiet Insara li hu ghex f’hajtu b’mod mill-aktar erojku. Huwa wiehed mill-akbar esponenti ta’ l-Iskola Filosofika u Teologika Frangiskana. Bit-taghlim tieghu Skotu wassal lill-Knisja biex fl-1854 taghraf u xxerred id-duttrina dwar l-Immakulata Kuncizzjoni bhala dogma tal-fidi. Fis-6 ta’ Lulju 1991 il-Papa Gann-Pawl II wettaq il-kult pubbliku li kien ilu jinghata lil Skotu ghal sekli shah fl-Ordni Frangiskan u fid-djocesijiet ta’ Kolonja, fil-Germanja, u ta’ Nola, fl-Italja ta’ isfel.
L-Immakulata hija l-isbah frott tal-fidwa mill-kitbiet tal-beatu
Mill-kitbiet tal-beatu ttiehdet din is-silta li fiha jinghad li l-Immakulata hija l-isbah frott tal-fidwa.
Hemm xi
qaddisin li qatt ma kienu ghedewwa
ta’ Alla bid-dnub attwali, ghad
li kienu hekk bid-dnub originali
qabel tghammdu.
Hemm imbaghad
hafna
qaddisin li kienu ghal
xi
zmien
ghedewwa
ta’ Alla kemm bid-dnub attwali u kemm bid-dnub originali.
Izda
hemm ukoll il-Vergni
mbierka, li qatt ma kienet ghadu
ta’ Alla la bid-dnub attwali u lanqas bid-dnub originali.
Kienet tkun ghadu ta’ Alla kieku hu stess ma helishiex minn qabel. Nistghu nghidu li hi ma ttifsitx bid-dnub originali bis-sahha ta’ l-eccellenza ta’ binha feddej, rikonciljatur u medjatur.
L-aktar medjatur perfett jista’ jaghmel l-aktar ghemil perfett ta’ medjazzjoni favur il-persuna li jidhol ghaliha. Ghalhekk Kristu jista’ jimmedja bl-aqwa mod favur dik il-persuna li jidhol ghaliha. Issa Kristu dan ma seta’ jaghmlu ghal hadd hlief ghal Marija; mela favur taghha hu ghamel din il-medjazzjoni bl-aktar mod perfett. Imma dan ma kienx isehh kieku Kristu ma applikax il-mertu tieghu biex jehles lilha mid-dnub originali.
Ma tezistix riparazzjoni perfetta ta’ offiza: jekk wiehed jasal biex jikkalma persuna mwegggha u jwassalha biex taghti l-mahfra, b’daqshekk wiehed ma jistax jitkellem minn riparazzjoni perfetta. Minn dan jigi li Kristu ma jistax joffri riparazzjoni perfetta lit-Trinita’ minhabba l-htija ta’ wlied Adam, jekk hu ma jwaqqafx minn qabel lil xi hadd milli jkun okkazjoni li bih tigi offiza t-Trinita’, billi jara li, ghallanqas ruh wahda fost ulied Adam tinheles mill-htija originali. Mela tezisti fost ulied Adam ruh wahda li hi mehlusa minn dil-htija, jew ghallanqas hu possibbli li din tezisti.
Il-medjatur l-aktar perfett jisthoqqlu li jitnehha kull kastig minn dak li favur tieghu hu gab ir-rikonciljazzjoni. Nafu li fost il-pwieni kollha d-dnub hu l-akbar wahda minhabba natura intellettwali. Mela jekk Kristu habbibna b’mod mill-aktar perfett ma’ Alla, hu kien jisthoqqlu li minn xi hadd jitnehha kastig daqshekk gravi. Imma dan ma setax isehh jekk mhux favur ommu stess; ghalhekk ghamel li dan isehh.
Lil min jghid li l-obbligu tal-persuna li jinhafer id-dnub hu l-istess bhal dak tal-persuna li tigi ppreservata mid-dnub, jiena nwiegbu li hu ta’ fejda akbar thares lil xi hadd mill-hazen milli tippermetti li dan jaqa’ fil-hazen u mbaghad tehilsu minnu. U jekk Kristu mmerita l-grazzja u l-glorja ghal bosta rwieh, li huma midjunin lejh bhala medjatur taghhom, ghaliex ma jistax ikun hemm ruh li tkun midjuna lejh minhabba d-don ta’ l-innocenza? U jekk l-angli qaddisa huma lkoll innocenti, ghaliex ma ghandux ikun hemm ruh wahda, barra dik ta’ Kristu, li tkun bla ebda htija?
Mela, billi hi ta’ gid akbar l-innocenza perfetta mill-mahfra ta’ htija wara l-waqgha, il-Vergni Marija rceviet gid akbar meta giet ippreservata mid-dnub originali minnu kieku giet imnaddfa minnu wara l-htija.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.
|
Beatu Gwanni Duns Scotus
|