Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Gwann ta' Capestrano (1386-1456) 23 ta’ Ottubru Gwanni twieled Capestrano qrib L’Aquila fl-Abruzzi, l-Italja tan-nofs, fl-1386. Studja Perugia u Napli u sar avukat mill-aqwa. Inqabad prigunier f’rewwixta u meta nheles b’mod mirakuluz, dahal fi krizi religjuza li wasslitu jaghti ismu fl-Ordni Frangiskan. Kien habib tal-qalb ta’ San Bernardin ta’ Siena u flimkien mieghu u ma’ San Gakbu tal-Marche hadem qatigh ghat-tixrid tar-Riforma ta’ l-Osservanza fi hdan l-Ordni. It-tliet qaddisin Gwanni, Bernardin u Gakbu huma meqjusin bhala t-tliet kolonni ta’ l-Osservanza fl-Ordni Frangiskan. Nistghu nghidu li Gwanni dar l-Ewropa kollha u kullimkien ipprietka kontra l-ereziji u heggeg kemm felah il-krucjata ghall-helsien ta’ l-Art Imqaddsa. Madankollu, minkejja x-xoghol appostoliku tieghu, kiteb bosta opri axxetici u guridici. San Gwann miet Ilok fil-Kroazja nhar it-23 ta’ Ottubru 1456. Il-Papa Alessandru VII kitbu mal-qaddisin fl-1690.
Il-Hajja tajba tal-membri tal-Kleru Mill-kitbiet tal-qaddis
Mit-trattat tieghu “Il-Mera tal-Kleru” hadna din is-silta li fiha San Gwann jghid li l-hajja tajba tal-membri tal-kleru ddawwal l-imhuh u ggib is-serhan tal-qlub.
Dawk li jhossu s-sejha li jaqdu fil-mejda tal-Mulej ghandhom ikunu jiddu bl-indafa ta’ hajja tajba, ta’ min ifahharha, bla ghajb, bla htija. Ghandhom ghalhekk iwarrbu minnhom kull hmieg u kull tebgha ta’ vizzju. Bil-hajja tajba taghhom ha jsiru melh ta’ l-art, kemm ghalihom infushom kif ukoll ghall-ohrajn. Bid-dawl jiddi tal-gherf taghhom ha jsiru dawl ghad-dinja biex idawlu lil kulhadd. Ha jitghallmu minn Gesu’ Kristu, l-Imghallem il-kbir taghhom. Dak li qal il-Mulej, qalu mhux lill-Appostli u lid-dixxipli biss, imma lis-sacerdoti u lill-membri tal-kleru li kellhom jigu warajhom ukoll: “Intom il-melh ta’ l-art. Imma jekk il-melh jaqta’, kif sa jerga’ jiehu t-toghma? Ghalxejn ma jibqa’ tajjeb hlief biex jintrema u jintrifes min-nies.” U veru jintrifes min-nies, hekk kif jintrifes il-hmieg li ma jiswa xejn, il-kjerku mimsus biz-zina, mahmug moralment, mghaddas sa ghonqu fil-hama tal-vizzju u marbut bil-ktajjen ta’ dnubietu. Sakemm idum f’dil-hasra, la jkun jiswa ghalih innifsu u lanqas ghal haddiehor, ghax kif jghid San Girgor: “In-nies imaqdru l-predikazzjoni ta’ dak li jharsu lejh b’wicc imqarras minhabba l-hajja li jkun qed jghix.”
Il-presbiteri li jafu jmexxu tajjeb haqqhom qima doppja, l-aktarnett dawk li jinghataw ghax-xoghol tal-predikazzjoni u ghat-tag]lim. Is-sacerdoti tajbin jaghmlu tabilhaqq hidma doppja: jaghmlu hidma li tidher u hidma li ma tidhirx, hidma temporali u hidma spiritwali, hidma li tintemm u hidma bla tmiem. Fis-sewwa, huma jghammru fl-art u ghandhom l-istess htigiet tan-natura bhalma ghandhom il-hlejjaq kollha li jmutu, imma fl-istess waqt huma jinsabu l-hin kollu maghqudin ma’ l-angli tas-sema u bhalhom jippruvaw joghgbu u jaqdu lis-Sultan. Ghalhekk, bhalma x-xemx titla’ fis-sema biex iddawwal lid-dinja, hekk il-kjerci ghandhom jiddu quddiem il-bnedmin, biex dawn jaraw l-ghemejjel tajba taghhom u jfahhru lill-Missier li jinsab fis-smewwiet.
“Intom id-dawl tad-dinja.” Id-dawl ma jdawwalx lilu nnifsu, imma jferrex id-dija tieghu u jdawwal kull haga li taqa’ fid-dwar tieghu. Hekk hi l-hajja tal-membri tal-kleru li jghixu hajja tajba u qaddisa. Bis-sbuhija tiddi tal-hajja qaddisa taghhom huma jaghtu d-dawl u s-serhan tal-qalb lil dawk li jharsu lejhom.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Gwann ta' Capestrano
|