![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Santa Klara Ghadha rilevanti ghad-dinja ta' llum? kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC Iz-Zminijiet ta' Klara u taghna Iz-zmien li fih ghexet Klara ta' Assisi kien jixbah hafna lil taghha. Kien zmien ta' tibdil kbir, zmien li fih il-klassi tal-merkanti sinjuri bdiet teghleb u tisfida l-klassi tan-nobbli li kienu qed ihossu l-poter jizloq minn idejhom. Fi zmienna hawn zewg movimenti socjali: il-kapitalizmu u s-socjalizmu, u la wiehed u lanqas l-iehor ma hu kapaci jaghti soluzzjoni gusta ghall-gid u ghall-problemi tal-poplu. Forsi hawn diga' nsibu dawl kif San Frangisk li kien mill-klassi tal-merkanti u Santa Klara li kienet mill-klassi tan-nobbli giebu ruhhom it-tnejn u ghelbu l-qasam li kien jifridhom, u kif ifaccjaw il-problema tal-gid u tal-flus, li hu rigal ta' Alla imma jista' wkoll ihassar il-qlub.
Il-Knisja taghna tinsab fiz-zmien ta' wara l-Koncilju Vatikan II; iz-zmien ta' San Frangisk u Santa Klara kien ukoll zmien li fih sar il-Koncilju Lateran IV. U wara Koncilju dejjem ikun hemm taqlib. Nistghu nharsu wkoll ghal darba ohra kif Frangisku u Klara wiegbu ghas-sejha ta' Kristu biex isewwu l-Knisja tieghu. Fi zmienhom qam moviment qawwi ta' radikalizmu ghall-Evangelju, imma dan il-moviment li fil-bidu deher tajjeb, kien immarkat minn hafna vjolenza u qilla. Frangisku deher f'din ix-xena ta' kaos. Fejn dawk ir-riformaturi kienu jattakkaw il-Knisja bil-goff u bl-ahrax, Frangisku deher b'dik il-hlewwa, bir-rispett lejn il-gerarkija, bit-trasparenza ta' hajtu, u flimkien ma' Klara, it-tnejn injettaw hajja gdida fil-qalbha tal-Knisja, fil-qighan ta' l-istrutturi taghha, minn gewwa, mhux mill-faccata ta' barra.
Id-dinja ta' llum qed tiskopri l-periklu li jezisti li tinqered in-natura. Frangisku u Klara, zewgt iqlub foqra u ghonja b'Alla u bil-grazzja tieghU ghandhom hafna x'jghallmuna kif nirrispettaw in-natura. Frangisku hallielna dak il-kantiku li hu l-ewwel poezija tal-lingwa Taljana, "Il Cantico di Frate Sole", u Klara minn naha taghha, b'hajjitha kollha, bil-persuna taghha, saret kollha kemm hi l-ahhar strofa biex tinkuruna dak il-kantiku. Frangisku beda: "Nirringrazzjak, Mulej, ghax-xemx, ghall-qamar u l-holqien kollu, ghall-kreaturi kollha tieghek". Klara kkomponiet l-ahhar strofa b'hajjitha: "Imbierek Int li hlaqtni! Lili!". Saret kollha kemm hi "Ewkaristija", radd ta' hajr u tifhir lil Alla li ghamilha dak li hi. Tifhir tal-glorja tieghU! U tigbed lilna maghha, biex kull wiehed u wahda minna nkunu ringrazzjament tad-don tal-hajja li hu moghti lilna u nsiru dak in-nota f'sinfonija universali tal-holqien li teghleb id-diskordi tad-dnub u tkanta lill-Mulej li hu Mhabba, Armonija u Sbuhija.
Fis-seklu taghna donnu qed jonqos il-ferh. Donnu s-seklu taghna jibza' mit-tfal, jibza' mill-hajja. Iz-zghazagh taghna qed jirrikorru ghall-eccessi tad-droga, tal-alkohol, ta' l-abbuzi tas-sess. Frangisku u Klara ghandhom messagg mill-isbah u jghallmuna fejn jinsab il-veru ferh, dak il-"perfetta letizia" li mmortalizza San Frangisk bl-accettazzjoni tas-salib, bl-accettazzjoni tat-tigrib tal-hajja, bas-sens li ahna mahluqin ghall-hajja ta' dejjem, tal-glorja. Hafna zghazagh qed jitilfu s-sens tal-hajja. Klara ta' tmintax-il sens sabet is-sens ta' hajjitha, qabdet triq, "itinerarju", qal il-Papa fl-Ittra li kiteb lill-Klarissi kollha fil-11 ta'Awissu, 1993, "li wassalha sad-dehra tas-Sultan tal-Glorja qabel ma mietet". F'din it-triq ruhha nfethet bhal warda fix-xemx. Klara hija dawl jiddi ghal dawk li qed ifittxu sens ghal hajjithom. "Gmiel ta' dawl tal-aaddisa Klara", jghid il-Papa Alessandru IV fil-Bulla tal-Kanonizzazzjoni, "fuq l-art kienet tiddi, fis-sema tghammex bid-dawl". Dak id-dawl li kien mohbi fil-klawsura, xtered barra u r-raggi tieghu jdawlu lid-dinja.
Kemm ghandu bzonn dan id-dawl is-seklu taghna! Kemm kemm bzonn fis-seklu taghna li z-zghazagh u dawk li ma ghadhomx jiskopru triqat ta' interjorità u ta' kontemplazzjoni biex isibu r-ruh taghhom, il-qalb taghhom, lilhom infushom, fl-identità vera taghhom fejn Alla jghammar fil-qalb taghna. Min isib is-santwarju ta' gewwa jsib ruhu fil-paci. Min ma jsibux jghaddi hajtu kollha mhawwda, mgerfxa. Il-hajja ta' gewwa u l-kontemplazzjoni huma vokazzjoni ta' kulhadd. Hafna nies ma jafux x'inhi l-hajja religjuza u wisq inqas x'inhi l-hajja kontemplattiva. F'socjetà ta' produttività bhalma hi taghna ta' llum, komunità li ma tipproduci xejn, iddedikata ghat-tfittxija ta' Alla fis-skiet, fil-hemda, hija mportanti ghax tfakkar li Alla jezisti u li Hu kollox, li ahna qeghdin f'idejH, li halaqna ghaliH, u li haga wahda biss hi tal-bzonn: il-kmandament il-kbir, li nhobbuH u li nhobbu l-proxxmu taghna ghax it-triq ta' l-imhabba hija t-triq li twassal fl-eternita'. L-imhabba hija l-hajja tar-ruh, l-imhabba ma tmut qatt u minn ihobb jghix ghal dejjem. Imhabba ta' din il-kwalità hi li taghti pis lir-ruh taghna u lill-hajjitna. Jehtieg li dan ic-Centinarju jservi biex id-dawl ta' Klara ta' Assisi jixghel izjed fil-Knisja u juri lill-Insara l-htiega li jaghtu lil Alla l-ewwel post. Ahna l-Klarissi, ulied Klara, ghandna d-dmir impenjattiv li niggeddu fil-vokazzjoni taghna ghaliex ahna writna l-karizma ta' Klara.
X'inhuma l-bzonnijiet ta' llum? Hafna huma. Il-Knisja fl-art hija maghmula minn midinbib li dejjem jissaffew fid-Demm ta' Kristu. Biex nirriformaw il-knisja jehtieg tibdil tal-qalb fl-essenzjal, dak li jissejjah konverzjoni. Nafu kif Frangisku wiegeb ghas-sejha biex isewwi l-Knisja. Beda hu. U nghaqdu mieghu zghazagh. Fassal hajtu billi ha l-Evangelju ta' Kristu fil-kelma. Klara mxiet fuq il-passi tieghu u magha nghaqdu hafna nisa. Kemm wiehed u kemm l-ohra jghidu: "Il-Mulej tani l-ahwa".
Dawk l-ahwa li tahom huma rigal ta' Aalla. hemm bdiet l-attwalita' ta' Frangisku u ta' Klara. Il-knisja llum qed issejji hilna biex naghtu ruhna lil Kristu. "Int imxi warajja". Il-vera riforma tas-socjetà ta' llum hija mixja lejn il-qdusija. "Igbidna, ahna nigru warajK". Meta l-qalb iddur lejn Kristu tigbed lejH, ghax il-qdusija, l-imhabba, il-verità, dik it-trasparenza tigbed lejH, hi qawwa rresistibbli. Ghal Klara, il-Papa Alessandru IV jghid fil-Bulla tal-Kanonizzazzjoni: "Lampa tiddi bhal dik ma setghetx tinheba: ma setghetx ma tiddix fid-Dar tal-Mulej. Vazett mimli bi fwieha bhal dik ma setghax ma jfewwahx l-ghamara tal-Mulej. Hija kisret l-alabastru ta' gisimha fis-solitudni taghha, u l-Knisja kollha mtliet bil-fwieha ta' gdusitha". Dak li kien ibaqbaq fil-qalb ta' Klara kien in-nar straordinarju ta' mhabba ghal Kristu. Kienet dik l-imhabba li kibret go qalbha minn tfulitha, li mliet dik il-qalb b'xewqat kbar ta' ghotja taghha nfisha. Hi skopriet x'kienet it-triq li kellha tghaddi minna meta rat u semghet lil Frangisku. U ghamlet pass radikali, halliet kollox warajha biex taghti ruhha lil Gesù biss. Kristu sar l-oggett tal-kontemplazzjoni taghha. Kristu kien il-"mera" li kienet thares lejH. Dik il-mera li tikkontempla. Fl-ittra lil Sant'Anjeze ta' Praga tiktbilha: "Qieghed ir-ruh tieghek quddiem il-mera ta' l-eternità, qieghed ruhek fid-dawl tal-glorja, qieghed qalbek f'Dak li hu l-Inkarnazzjoni ta' l-Essenza Divina. U f'din il-kontemplazzjoni, f'ghaqda tal-qalb tieghek ma' Qalbu tbiddel kollok kemm inti u sir trasfigurazzjoni ta' Kristu". Dak kien il-programm ta' Klara. U f'dik il-kontemplazzjoni hija saret trasfigurata. U lilna tridna nkunu bhala. Tistedinna biex insiru mirja ghal xulxin biex flimkien insiru mirja ghal hutna fid-dinja. Dan issimbolu tal-mera huwa sabih hafna. Huwa evangelizzazzjoni fih innifsu. NuruH b'hajjitna. Permezz ta' xbieha li uzat Klara, nilhqu l-ghan li trid il-Knisja bil-kelma tal-Papiet, Pawlu VI f'Evangeli Nuntiandi, (41), u Gwanni Pawlu II f'Redemptoris Missio, (42), fejn it-tnejn jinsistu fuq l-evangelizzazzjoni fid-dinja tal-lum.
Klara kienet mara libera Fir-rivista "Jesus" ta' Novembru 1993, f'harga specjali dwar Santa Klara nsibu "headline": "800 sena ilu twieldet f'Assisi, KLARA, mara hielsa". "Ottocento anni fa nasceva ad Assisi, CHIARA, una donna libera". X'kien dal-helsien? Klara gharfet tehles mir-rabtiet li kienu jghafsu fuq il-hajja tal-mara tas-socjetà ta' zmienha. Ghamlet ghazla radikali, ghazla li kienet xokk, li kienet skandaluza ghall-familja. Bieghet is-sehem taghha u qassmitu lill-foqra. Ghaliex imma? B'disprezz ghall-gid? Le. Anzi b'imhabba ghal Kristu fqir. Il-gid huwa don t'Alla. Imma ghazlet xi haga ahjar. Ghazlet Lilu biss. "Il-faqar ghal Klara", jghid il-Papa, "nezzaghha minn kollox hlief dik il-harsa twila li xehtet fuq Kristu".
Santa Klara ta' Assisi kienet mara li halliet l-imhabba ta' Alla tizviluppa r-rikkezzi kollha tan-natura femminili taghha. Kienet persuna mzejna b'hafna doni. Kienet sbejha, intelligenti, kienet minn familja nobbli u ghanja. Kellha l-gawwa tal-karattru. Kellha edukazzjoni u kultura li kienet tixraq lit-tfajliet tal-klassi nobbli taghha. Kienet taf tuza tajjeb il-Latin. Fl-ittri lil Anjeze ta' Praga, li ghaddew mill-kritika li taccertana kienu xoghol personali taghha, huma kapulavur ta' kitba letterarja bil-Latin, kif ukoll ta' spiritwalità sponsali mistika. Kellha karattru determinat. Kienet kapaci tmexxi, tkun 'leader'. Hekk kif gharfet il-vokazzjoni taghha, xejn ma seta' jzommha u l-ezempju taghha gibed hafna ohrajn. Kienu zewg hutha stess, ommha meta romlot, zewg kugini, hafna xebbiet mill-ahjar familji ta' Assisi nghaqdu maghha sakemm in-numru taghhom lahaq hamsin. U hafna komunitajiet ohra bdew jingibdu u ghazlu li jghixu dik il-Forma ta' Hajja li kienet qed tghix Klara f'San Damiano ma' shabha. Sa l-1228 kien hemm mill-inqas 28 komunita' jghixu fuq l-istess struttura.
X'inhu l-messagg ta Klara? X'ghandha xi tghid lid-dinja ta' llum, lill-Knisja u lis-socjetà? Din it-tfajla li twieldet 800 sena ilu u li din is-sena nistghu nixghelulha 800 xemgha. Din il-mara li l-Papa Piju XII fit-12 ta' Frar 1958 harigha mic-cpar tal-Medju Evo u qieghda fid-dwal jghammxu tat-television meta ddikjara Patruna ta' din l-invenzjoni. U minn dak iz-zmien il-kitba u t-tfittxija kritika zdiedet b'crescendo' tal-ghageb biex issir maghrufa ahjar. Min kienet? X'ghamlet? Ingibu quddiem ghajnejna tfajla li minn ckunitha fil-Belt zghira ta' Assisi diga' ghamlet esperjenza ta' gwerra civili. Kienet tara b'qalbha maqsuma d-differenzi li hemm bejn il-klassi u t-tbatija tal-fqar, u f'qalbha kienet thoss ghalihom taht il-formazzjoni sabiha ta' ommha, u kienet tara kif taghmel biex bil-mohbi tibghat l-ikel lill-fqar. Din it-tfajla li meta tfarfret, kibret go qalbha dik il-fjamma li hi kienet ghadha ma tafx x'inhi, u li ahna nafu li hi s-sejha ta' Gesù, dik il-vokazzjoni straordinarja li Gesù biha kien qed isejhilha biex timxi warajh. Padre Zavalloni fi ktieb stupend li kiteb fuqha, "La Persolità di Chiara", jghidilna li kellha "personalita' eccezzjonali" tassew! Minghajr San Frangisk ma kienx ikollna Santa Klara ghax kien hu li hareg ghad-dawl dik il-vampa tan-nar li kellha gewwa qalbha u taha d-direzzjoni. Imma kieku Klara ma kinitx maghmula minn dik l-istoffa li kellha go fiha, kieku San Frangisk ma kien jaghmel xejn, ghax trid tkun int li trid. Meta San Frangisk kien inqabad fi djalogu ma' Kristu Msallab, u Klara semghetu jitkellem, qalet bhal ma kien qal hu: "Dan hu dak li b'qalbi kellha rrid". U minkejja r-rizerva naturali taghha u d-diffikulta' mahluqa mid-differenza tal-klassi socjali, Klara marret issibu, marret tkellmu u haditu bhala gwida ta' hajjitha. U f'Hadd il-Palm ta' dik is-sena, 1211 jew 1212, Klara harbet minn dar missierha lejn il-knisja ta' Santa Marija ta' l-Angli u hemm beda dak l-itinerarju straordinarju. Hemm bdiet dik il-hajja ta' gherusija mistika ma' Kristu.
Klara tghid li l-mara ta' llum il-vokazzjoni taghha hija d-dinjità taghha, biex nuzaw ftit imdawwar it-titolu ta' dik l-encicklika sabiha tal-Papa "Mulieris dignitatem". Hija tghidilha: Inti li terfa' l-livell tas-socjetà jew tbaxxih. Jiddependi minnek. L-awto-deskrizzjoni ta' Klara hu: "Klara, qaddejja indenja ta' Kristu u tas-Sorijiet Foqra ta' San Damiano". Kollha kemm hi hija moghtija. Klara fil-hajja taghha turi l-aspetti kollha tal-femminilita': il-mara li hija oht universali, il-qaddejja, u fuq kollox l-omm li thobb, li tahseb, li bl-intwizzjoni taghha tinduna x'hemm bzonn, li taghder.
Klara tghaqqad fil-karattru taghha qawwa virili u tenerezza straordinarja kbira. Taraha tahsel ir-riglejn tas-sorijiet li gew minn barra wara li kienu ghamlu-l-qadi. Darba, jghid il-Process tal-Kanonizzazzjoni, meta kellha soru marida, qaltilha: "X'nista' naghmel biex naghtik l-aptit?" U din wegbitha: "Gibli trote minn Nocera". Klara haditha fil-kelma, nizlet rasha f'idejha u ghamlet talba. Xi ftit tal-hin wara jisimghu tahbita mal-bieb. Imorru jifthu u jsibu zghazugh li joffrilhom maktur marbut: "Dan ghalikom" U jitlaq jigri f'xita bil-gliel. U kien hemm ezatt dak li talbet dik is-soru. U kulhadd baqa' mistaghgeb ghax ghal daqqa t'ghajn superficjali qisha talent kapricc. Imma Klara haditha bis-serjetà! Tara l-hniena ta' l-omm. Fejn ahna naraw ezagerazzjoni, Klara rat bzonn. Imma ma din it-tenerezza, kien kemm qawwa straordinarja u kienet kapaci tirrezisti anke lill-Papa. Tista' tkun qaddisa u tirrezisti lill-Papa? Nafu Klara x'rispett kellha ghall-Papa. Fil-Forma tal-Hajja li tatna, l-ewwel u l-ahhar paragrafu gishom zewg holoq ta' katina li jinghalqu bi protesta ta' ubbidjenza u ta' rispett f'riglejn il-Papa u l-Knisja Kattolika ta' Ruma. Lil Agnese ta' Praga, il-habiba taghha, tghidilha: "Inqisek l-ghajnuna tal-Mule] ghall-membri dghajfa tal-Gisem Mistiku tieghU". Klara kellha devozzjoni kbira ghall-Knisja Mqaddsa, il-Gisem ta' Kristu. Nistghu nghidu li kienet avanzata ghaz-zminijiet taghha. Kienet mudell ta' rispett u ubbidjenza. Mela kif setghet tirrezisti? X'kienet dir-resistenza? Klara bhal Frangisku, jekk tirresisti kienet tirresisti ghal ubbidjenza iktar gholja, ghal umiltà aktar profonda, ghal principji u valuri evangelici aktar radikali. U l-Knisja li hi mghallma tal-verità taghtiha ragun, It-talent , il-vokazzjoni, li Alla afdalha f'idejha, riedet izzommu bil-fedeltà kollha. Klara tmil imma ma tinkisirx. Ghalhekk biex nifhmu r-resistenza taghha rridu nharsu lejha f'dik il-klima ta' rispett u fiducja li dejjem kellha lejn il-Vigarju ta' Kristu u l-Knisja. Klara digà kienet irceviet fl-1216 minghand il-Papa Innocenz III il-Privilegg tal-Faqar, privilegg li kien jikkonsisti filli hadd ma jista' jisfurzaha li jkollha privileggi bhalma kienu jaghmlu f'dak iz-zmien fewdali, meta kienu jaghtu doti lil dawk ghonja sabiex dawn meta jidhlu fil-kunvent izommu d-differenza fil-klassi. Klara ma riditx hekk. Klara kellha spirtu demokratiku u f'dan ukoll tghid xi haga ghal zminijietna. Izda fl-1228, is-sena tal-kanonizzazzjoni ta' San Frangisk, il-Papa Girgor IX mar San Damiano. Kien inkwetat minhabba l-prekarjeta' li fiha kien jinsab il-monasteru ta' San Damjan u offrilha xi propjeta' ghall-bzonnijiet tas-Sorijiet. Imma Klara li kienet diga' qalghet, kif ghedna, fuq talba hergana taghha minghand il-Papa Innocenz III il-Privilegg tal-Fagar, stenniet li l-Knisja ssahhilha dak il-Privilegg u mhux thollha minnu. U meta l-Papa Girgor IX qalilha: "Jien nista' nhollok mill-vot li ghamilt", hija wiegbet imnikkta: "Missier qaddis, qatt u qatt ma nitolbok li thollni mir-rabta li nimxi wara Kristu". Ghaliha, biex timxi wara Kristu, trid timxi wara Kristu fqir. Faqar sabih. Ghax hawn faqar u faqar. Il-faqar ta' Kristu hu faqar li jzejjen il-bniedem ghax jerfa' d-dinjità tieghu. Isir hieles. Imma hawn faqar li gej mill-mizerja li javvilih lil bniedem: Alla ma jridhiex dik il-mizerja. Dak li jaghtina Kristu huwa kollu ghad-dinjità umana. U dan hu l-faqar ta' San Frangisk u Santa Klara. Huwa sfida ghas-socjetà taghna bil-konsumizmu, bil-hala ta' zminijietna. Klara tfakkar, issahhah u tigbed ghall-fedeltà lejn il-Knisja, ghall-weghdiet mqaddsa, kemm fil-hajja religjuza u kemm fiz-zwieg. Kemm weghdiet ipprofanati, ittraduti. U hekk qalghet minghand il-Papa Innocenz IV l-approvazzjoni tar-Regola taghha jumejn qabel ma mietet. Regola li kitbet hi, fuq il-bazi tar-Regola ta' San Frangisk imma miktuba b'hafna ntelligenza, fejn kemm certi dettalji irqaq li meta tistudjhom bl-attenzjoni tarq t-tratti taghha, zghar u, fini, u tidher l-ispiritwalità, il-personalità ta' Klara. Klara ssejjah lilha nfisha "ix-xitla ta' San Frangisk". Klara hija x-xitla. San Frangisk huwa l-gardinar. Il-gardinar u x-xitla ma humiex l-istess, ma humiex kopja. Klara ghandha l-unur li tkun l-ewwel mara li kitbet Regola ghan-nisa, u dan wara dak id-digriet tal-Koncilju Lateran IV li pprojbixxa Regoli godda.
Dwar il-messagg ta' Klara ara wkoll: Il-Messagg ta' Klara fi tlett kelmiet: Povertà, Talb u Paci Dan L-artiklu li gie pprovdut mill-Klarissi f'Malta fis-7 ta' Gunju 2003 inkieteb fl-okkazjoni tat-800 sena mit-Twelid ta' Santa Klara fl-1993 Assisi 4.7.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |