![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Il-Privilegg tal-Faqar (1216) moghti mill-Papa Innocenz III
(Titlu: Privilegg tal-Faqar: Privilegg tas-sinjur Innocenz li bih is-sorijiet ta' Santa Klara ma jistghux jigu mgieghlin jaccettaw proprjetà).
1. Innocenz, isqof, qaddej tal-qaddejja ta' Alla, lill-mahbubin uliedna fi Kristu, Klara u l-qaddejja l-ohra ta' Kristu tal-knisja ta' San Damiano t'Assisi, kemm dawk prezenti kif ukoll dawk futuri, li ipprofessaw il-hajja regolari, b'tifkira ghal dejjem.
2. Bhalma digà deher, intom ghandkom ix-xewqa herqana li tinghataw lill-uniku Mulej, u chadtu ghal kull xewqa ta' hwejjeg ta' din id-dinja; 3. ghaldaqstant, intom ridtu tbieghu u tqassmu kollox lill-foqra (Lq 18,22), u twieghdu li ma jkollkom xejn taghkom, halli b'hekk tibqghu maghqudin u timxu fuq il-passi (1 Pt 2,21;2 Kor 8,9) ta' Dak li ghalina sar fqir, hu li hu Triq, Verità u Hajja (Gw 14,6); 4. u minn din il-weghda l-ebda nugqas ta' hwejjeg ma jreggaghkom lura; 5. l-id ix-xellugija ta' l-gharus tas-sema tinsab taht raskom (Ghan 2,6; 8,3.6) biex issostni d-dghufija ta' gisimkom. 6. Ibqghu zguri li dak li jitma l-ghasafar ta' l-ajruu u jlibbes il-gilji tar-raba' (Mt 6,26-28), mhux se jonqos li jipprovdilkom l-ikel u l-ilbies, sakemm jghaddi jaqdikom (Lq 12,37) hu nnifsu fl-eternità, jigifieri meta l-id il-leminija tieghu thaddankom fil-milja tal-vizjoni tieghu.
7. Ghaldaqstant, bhalma tlabtuna, nikkonfermaw il-proponiment taghkom ta' l-oghla faqar (2 Kor 8,2) bilfavur apostoliku, filwaqt li naghtukom id-dritt, bl-awtorità ta' din il-kitba, li ma tistghux tigu mgieghlin minn hadd li tircievu proprjetà.
8. U jekk xi mara ma tkunx trid jew ma tkunx tista' tosserva dan il-proponiment, ma ghandhiex tghix aktar maghkom, imma ghandha tigi trasferita f’post iehor.
9. Ghaldaqstant niddikjaraw li mhux lecitu ghal hadd bl-ebda mod li jhawwad b'mod temerarju jew li jitturmenta b'kull mezz ta' qawwa lilkom u l-knisja taghkom. 10. Jekk fil-gejjieni xi persuna ekklezjastika jew sekulari, li tkun taf b'dan id-dokument tal-konferma u l-kostituzzjoni taghna, tipprova li tmur kontrih b'mod temerarju, u jekk, wara li tigi mwissija t-tieni u t-tielet darba, hlief fil-kaz li tikkoregi l-izball taghha b'sodisfazzjoni xierqa, tigi mcahhda mid-dinjità tas-setgha u l-unur taghha, ghandha tkun taf li jkun jisthoqqilha l-gudizzju divin ghall-hazen li tkun wettqet, u ghandha tinzamm milli tircievi l-gisem u d-demm l-aktar qaddis ta' Alla u tal-Mulej Gesù Kristu, Feddej taghna, u li fil-gudizzju finali tkun ikkundannata bil-qawwa ghall-kastig.
11. Il-paci tal-Mulej taghna Gesù Kristu tkun maghkom ilkoll u ma' dawk li fl-istess post iharsu l-imhabba fi Kristu, halli wkoll hawn jircievu l-frott ta' l-ghemejjel tajba u quddiem limhallef iebes isibu l-premju tas-sliem bla tmiem. Amen. mehud minn: Klara ta' Assisi: Ghejun Medjevali dwar Hajjitha, traduzzjoni Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 28.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |