![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' San Frangisk lil Santa Klara u lil hutha s-Sorijiet Ghanja ta' Ezortazzjoni lil Santa Klara u lil hutha s-Sorijiet Fl-istess zmien li Frangisku kkompona l-Kantiku tal-Hlejjaq, kiteb ukoll din il-kitba jew kif inhi maghrufa "Ghanja ta' Theggig" lil Klara u lill-ahwa sorijiet fqar ta' San Damjan fl-1225.
1. Isimghu, foqra ckejkin, imsejha mill-Mulej, li gejtu flimkien minn hafna partijiet u provincji. 2. Ghix dejjem fil-Verità biex hekk tkun tistghu tmutu fl-ubbidjenza. 3. Tharsux lejn il-hajja ta’ barra ghax dik ta’ l-Ispirtu hija ahjar. 4. Nitlobkom bl-akbar inhabba biex tuzaw bir-reqqa il-karità li l-Mulej jipprovdilkom. 5. Dawk li huma mghakksin bil-mard u l-ohrajn li huma mtaqqlin minhabba fihom ilkoll kemm intom garrbu kollox bis-sliem. 6. Ghax ghad tbieghu din l-ghajja bi prezz gholi u kull wahda minnkom tkun ikkurunata sultana fis-sema mal-Vergni Marija.
L-Ghamla ta’ Hajja moghtija lil Santa Klara. F'din il-kitba Frangisku jwieghed lil Klara u lill-huta s-sorijiet kull ghajnuna.
1. Minhabba li mnebbhin minn Alla, intom ghamiltu lilkom infuskom wlied bniet u qaddejja ghas-Sultan l-Aktar Gholi, l-Missier tas-sema u tgharrastu ma’ l-Ispirtu s-Santu billi ghaziltu li tghixu skond il-perfezzjoni tal-Vangelu Mqaddes. 2. Irrid u nwieghed li, kemm f’ismi u kemm f’isem huti l-patrijiet, li nibqa’ dejjem niehu hsiebkom bil-qalb u nurikom l-istess herqa specjali li nuri lejn huti.
L-Ahhar rieda lil Santa Klara u lil hutha s-Sorijiet F'din il-kitba Frangisku jheggeg lil Klara u lill-ahwa ta' San Damjan biex jghixu l-faqar fuq l-ezmpju ta' Gesu' u ta' Ommu Marija
1. Jien, Fra Frangisk, l-izghar fostkom, nixtieq insegwi l-hajja u l-faqar tal-Mulej taghna Gesù Kristu l-Aktar Gholi u ta’ Ommu l-aktar qaddisa u li nibqa mixji fiha sat-tmiem. 2. U nitlobkom u nwissikom, sinjuri tieghi, li tghammru dejjem f’din il-hajja l-aktar qaddisa u fil-faqar. 3. U ghamlu ghassa sewwa fuqkom infuskom biex ma titbeghedu qatt minn dan, minhabba xi tghallem jew xi parir ta’ xi hadd.
Barka bil-miktub lil Santa Klara u lil hutha s-Sorijiet Fil-Legenda Perugina 109, insibu dwar meta Santa Klara kienet marid fl-ahhar gimghat tal-hajja ta' San Frangisk u dwar il-biza' li kellha li setghet tmut minghajr ma tara l-qaddis ghall-ahhar darba. Imqanqal mill-hniena ghal Klara u ghal hutha is-sorijiet, Frangisku ddetta din il-barka.
1. Biex ifarragha San Frangisk, baghitilha bil-miktub il-barka tieghu. 2. kif ukoll hafrilha kull nuqqas kemm-il darba setghet wettqet kontra l-ordnijiet, u x-xewqat tieghu u l-kmandamenti u x-xewqat ta' l-Iben ta' Alla.
Kitba lil Santa Klara dwar is-sawm Fit-tielet ittra ta' Klara lil Beata Anjeze issemmi l-ittra li kitbilha Frangisku dwar is-sawm.
1. Dwar il-mistoqsija li ghamiltli, nahseb li nista' nghidlek dan: Staqsitni dwar liema festi specjali l-Missier l-aktar glorjuz taghna San Frangisk heggigna biex niccelebraw b'mod specjali billi nbidlu xi haga fl-ikel, festa li dwarha, nemmen li int ga ghandek hjiel, madanakollu nipprova nwiegbek bl-imhabba. 2. Fil-prudenza tieghek ghandek tkun taf li, barra dawk li huma dghajfa u l-morda, li ghalihom San Frangisk tana l-parir u heggigna li nuruhom kull kura fejn jidhol l-ikel, hadd minnha li ahna qawwijin u f'sahhitna m'ghandna nieklu xejn aktar hlief l-ikel tar-Randan, kemm matul il-gimgha u kemm fil-festi. 3. Ghaldaqstant ahna imsejha li nsumu kull jum barra l-Hdud u fil-Milied tal-Mulej, li matulhom nistghu nieklu darbtejn. U kull nhar ta' Hamis kull wahda minnha tista' taghmel kif tixtieq, b'mod li dik li ma tkunx tixtieq issum tista' ma ssumx. 4. Madanakollu ahna li ahna f'sahhitna ghandna nsumu kuljum barra l-Hdud u fil-Milied. 5. Matul il-Gimgha kollha ta' l-Ghid il-Kbira, izda, kif tghidilna il-kitba ta' San Frangisk, u fil-festi ta' Imqaddsa Marija u l-qaddisin Appostli, ma ahniex obligati li nsumu, sakemm dawn il-festi ma jahbtux il-Gimgha. 6. U bhalma ghedt qabel, ahna li ahna qawwijin u f'sahhitna nieklu dejjem bhalma nieklu fir-Randan. maqlub ghal malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv. Assisi -3.4.2003
|
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |