Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►

Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi


Ittra lil Ermentrude


1. Lill-wisq mahbuba ohtha, Ermentrude: Klara ta' Assisi, qaddejja umli ta' Gesù Kristu, tixtieq sahha u sliem.

 

2. Sirt naf, mahbuba ohti, li bil-ghajnuna tal-grazzja ta' Alla, irnexxielek tahrab mit-thassir tad-dinja, 3. u dan lili jferrahni hafna u rrid nifrahlek minn qalbi; il-ferh tieghi jikber ghax naf li int, u l-ulied tieghek qed timxu bi qlubija fit-triq tal-virtù.

 

4. Ghalhekk zomm shih sal-mewt mahbuba tieghi, ma' Dak li ntrabatt mieghu ghal dejjem. Hu zgur ghad jaghtik il-kuruna tal-hajja (Gak 1,12).

 

5. Iz-zmien tal-hidma taghna hawn fl-art hu qasir, imma l-hlas hu ghal dejjem.

 

6. Thallix it-tlellix tad-dinja, li tghaddi bhad-dell, ighammixlek ghajnejk. Thallix il-pjaciri fiergha ta' din id-dinja jqarrqu bik. Aghlaq widnejk ghat-tfesfis ta' l-infern, u eghleb bil-qawwa l-hbit tieghu.

 

7. Ilqa' t-tigrib bil-qalb it-tajba, u thallix il-kburija timlielek qalbek meta kollox jimxi sewwa; ghaliex din teqridlek il-fidi tieghek, waqt li ta' l-ewwel jitlob li jkollok fidi waqqija.

 

8. Rodd mela bil-fedeltà kollha lil Alla l-weghdiet tieghek (Salm 75,12), u Hu jaghtik il-hlas tieghek.

 

9. O ghaziza tieghi, hares lejn is-sema li qed issejhilna, erfa' s­salib tieghek u imxi wara Kristu (Lq 9,23), li ghadda gabilna, 10. ghaliex wara hafna tbatijiet ta' kull xorta, Hu jdahhalna fil­glorja tieghu (Apok 14,21; Lq 24,26).

 

11. Hobb lil Alla b'qalbek kollha, u lil Gesù Ibnu, li kien imsal­lab ghalina midinbin, u thalli qatt it-tifkira tieghu tohrog minn mohhok.

 

12. Tghejja qatt tahseb fuq il-misteru tas-Salib, u d-duluri ta' Ommu, wieqfa hdejn is-salib (Gw 19,25).

 

13. Ishar u itlob bla waqfien (Mt 26,41).

 

14. Wassal ghat-tmiem il-gid li bdejt taghmel, u wettaq il-misteru li haddant fil-faqar imqaddes u l-umiltà sinciera (2 Tim 4,5.7).

 

15. La tibzax, binti: Alla hu ta' kelmtu fil-weghdiet tieghu kollha, u twajjeb f'dak kollu li ghamel (Salm 144,13), u jxerred kotrana il­barka tieghu fuqek u fuq uliedek.

 

16. Hu jkun il-ghajnuna tieghek, l-ahjar farag tieghek, ghaliex hu l-Feddej taghna, u Hu innifsu hu l-hlas taghna ta' dejjem.

 

17. Nitolbu lil Alla wahda ghall-ohra, biex hekk, waqt li nerfghu t-taghbija ta' xulxin (Gal 6,2), inharsu b'heffa l-ligi ta' Kristu (Gak 5,16). Amen.

◄◄|werrej|►►


mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993

Assisi - 27.3.2003 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali