![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi Ir-Raba' ittra lil Anjeze minn Praga 1. Lil dik li hija n-nofs l-iehor ta' ruhi, u l-maqdes ghaziz ta' limhabba wahdanija u specjali ta' qalbi, lill-maghrufa regina, gharusa talHaruf, Sultan ta' dejjem: lis-sinjura Anjeze, ommna l-mahbuba u, fost lohrajn kollha, binti l-aktar ghaziza: 2. Klara, serva ndenja ta' Kristu, u qaddejja Ii ma tiswa ghal xejn (Lq 17,40) tal-qaddejja tal-Mulej li jghixu fil-monasteru ta’ San Damjan ta’ Assisi, tibghatilha t-tislijiet taghha 3. u tixtiqilha li tkun tista' tghanni ghanja gdida (Apok 14,3-4) flimkien mal-vergni l-ohra l-aktar qaddisa quddiem it-tron ta' Alla u tal-Haruf, u li timxi wara l-Haruf kull fejn imur.
4. O omm u bint, gharusa tas-Sultan ta' dejjem (Mt 12,50): la tistaghgibx li ma ktibtlekx ta' spiss bhalma qalbek u qalbi jixtiequ, 5. u la tahsibx li l-hegga ta' l-imhabba tieghi ghalik birdet, jew li saret inqas helwa fil-qalb ta' ommok. 6. Le; l-uniku tfixkil fil-korrispondenza taghna gie minhabba n-nuqqas ta' messaggiera u t-tweghir tat-toroq. 7. Imma llum, li gietni l-okkazjoni li nikteb lill-imhabba tieghek, arani nithenna mieghek, u nifrah mieghek fil-ferh ta' l-Ispirtu s-Santu (1 Tess 1,6), o gharusa ta' Kristu (2 Kor 11,2), 8. ghaliex, bhall-qaddisa vergni l-ohra Anjeze, int hallejt ghal kollox il-frughat kollha tad-dinja biex tinghahad b'mod talghageb bhala gharusa mal-Haruf bla tebgha li jnehhi d-dnubiet tad-dinja (1 Pt 1,19,Gw 1,29).
9. Int tassew hienja! Lilek gie moghti li tiehu sehem f'din l-ikla mqaddsa biex tkun tista' tinghagad bil-qawwa kollha ta' qalbek ma' 10. Dak li l-qtajjiet tas-sema jixxenqu jharsu lejn gmielu. 11. L-imhabba tieghu thenni, il-kontemplazzjoni tieghu trodd is-sahha mill-gdid, u t-tjieba tieghu ix-xabba'. 12. Il-hlewwa tieghu tfawwar ir-ruh u t-tifkira tieghu ddawwal il-mohh. 13. Il-fwieha tieghu tqajjem il-mejtin, u d-dehra glorjuza tieghu timla bil-hena lic-cittadini kollha ta' Gerusalem tas-sema.
14. U ghax din id-dehra tieghu hija dija tal-glorja eterna (Lh 1,3), ragg tad-dawl ta’ dejjem (Gherf 7,26), u mera bla tebgha (2 Kor 11,2): 15. kuljum hares f'din il-mera, o regina, gharusa ta' Gesù Kristu, u hares sewwa lejn wiccek fiha l-hin kollu, 16. biex tkun tista' tizzejjen kollok kemm int, minn gewwa u minn barra, 17. imlibbsa l-isbah ilbies (Salm 44,10) u l-gawhar, u kun inzejna bil-fjuri ta' hafna xorta ta' kull virtù, u b'ilbies ilgmiel tieghu, kif jixraq fill-bint u l-gharusa ta' l-oghla Sultan. 18. F'din il-mera inti tara jirriflettu l-faqar hieni, l-umiltà qaddisa u l-imhabba li tisboq kull kliem; dan kollu int, bil-ghajnuna tal-grazzja ta' Alla, tista' tarah mifrux fuq il-wicc tal-mera kollha.
19. Hares in-naha ta' fuq ta' din il-mera, u ara l-faqar ta' Dak li kien imqieghed f'maxtura, u imfisqi fil-hriegi fqajrin (Lq 2,12). 20. O x'umiltà tal-ghageb, u x'faqar li jghaggeb! 21. Is-Sultan ta' l-Angli, is-Sid tas-sema u ta' l-art (Mt 11,25), imqieghed f'maxtura! 22. hares finnofs ta' din il-mera, u ara l-umiltà qaddisa u maghha l-faqar hieni, l-ghejja u s-sofferenzi bla ghadd li hu garrab biex jifdi l-gens tal-bnedmin. 23. U inti u thares lejn in-naha t'isfel tal-mera, sammar ghajnejk fuq l-imhabba li ma titfissirx bil-kliem, imhabba li wasslitu biex jaghiel li jbati fuq il-ghuda tas-salib, u jmut mewta l-izjed mistkerrha.
24. Ghalhekk hi l-istess mera li mill-gholi tal-ghuda tas-salib, tistieden lil dawk ghaddejjin mit-triq u tghidilhom jiegfu u jahsbu: 25. U intom ilkoll li ghaddejjin mit-triq hares sewwa u araw jekk hawnx hemm bhall-hemm tieghi (Lam 1,12). 26. Inwigbuh ilkoll, Lilu li qed isejjhiina u jitnieghed, b'lehen wiehed u qalb wahda: Tiftakar ruhi u tahseb, u tinfena gewwa fija (Lam 3,20). 27. Halli, ghalhekk, o regina, gharusa tas-Sultan tas-smewwiet, li inti titkebbes b'qawwa dejjem akbar mill-hegga ta' din l-imhabba.
28. Kompli kkontempla wkoll il-hena li ma jitfissirx, il-ghana u lgieh ta' dejjem, 29. u ghajjatlu bil-hegga u l-imhabba ta' qalbek:
30. O Gharus tas-sema, igbidni warajk! (Ghan 1,3). Ahna nigru warajk, migbudin mill-hlewwa tal-fwieha tieghek. 31. Jiena nigri bla ma nghejja qatt, sakemm iddahhalni fil-kantini tal-inbid (Ghan 2,4). 32. Imbaghad, drieghek tax-xellug ighaddi minn taht rasi, u l-leminija tieghek thaddanni bil-hlewwa, u tbusni bil-bewsa l-aktar hienja ta' fommok (Ghan 1,1).
33. U waqt li tkun qegheda f'din il-kontemplazzjoni, ftakar flomm fqajra tieghek, 34. u la tinsiex li jiena nqaxt it-tifkira helwa tieghek, b'mod li ma tithassarx, fil-qieghnett ta' qalbi (Prov 3,3;2 Kor 3,3); ghaliex ghalija int l-eghzez wahda minn uliedi kollha.
35. U x'nista' nghidlek izjed? Ikun ahjar li l-ilsien jiskot wawt li nipprova nfisser l-imhabba li ghandi ghalik; hi hiss ir-ruh tieghi, bil-kliem sieket taghha, li tasal biex iggeghelek thossha din l-imhabba. 36. U la darba, o bint imbierka tieghi ilsieni ma jistax ifissirlek l-imhabba li ghandi lejk; dan il-ftit li ktibtlek, b'mod imperfett hafna u li ma jghidx in-nofs ta' dak li hsibt li nghidlek, hu kull ma stajt inwassallek. 37. Nitolbok izda, li tilqa' lkliem tieghi bl-imhabba u l-qima, u tisma' fihom l-aktar l-imhabba ta' omm li biha hi mimlija qalbi, u l-hegga tal-karità li nhoss ghalik u ghal uliedek kuljum. 38. U nirrikmanda hafna fil-Mulej lili nnifsi u lil uliedi. Dawn listess uliedi imbaghad, imma b'mod partikulari l-vergni l-aktar ghaqlija, Anjeze, ohtna, jirrikmandaw ruhhom bil-qawwa kollha fil-Mulej lilek u lil uliedek.
39. Sahha binti l-aktar ghaziza, sahha lilek u lil uliedek sakemm niltagghu quddiem it-tron tal-glorja tas-Sultan il-Kbir, u itolbu ghalina.
40. Bil-hegga u l-imhabba kollha fl-ahharnett, nirrikmandalek li tilqa' bl-imhabba lill-messaggiera li wasslulek din l-ittra, il-ghaziz huna Fra Amato, ghaziz ghal Alla u ghall-bnedmin (Sir 45,1), u Fra Bonagura. Amen.
mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 27.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |