![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi It-Tielet ittra lil Anjeze minn Praga 1. Lis-sinjura wisq mahbuba fi Kristu, u oht mahbuba aktar minn kulhadd, Anjeze, oht is-sultan l-aktar maghruf tal-Boemja, imma issa oht u gharusa tas-Sultan l-Aktar Gholi tas-smewwiet (Mt 12,50; 2 Kor 11,2), 2. Klara, qaddejja l-aktar umli u ndenja ta' Kristu, u serva tax-xebbiet Foqra, tixtiqilha l-ferh tal-fidwa fl-Awtur tas-salvazzijoni (Lh 2,10), u l-gid kollu li tista' tixtieq.
3. L-ahbarijiet dwar is-sahha u l-hena tieghek, u l-progress talghageb li inti qed taghmel fil-mixja tieghek biex tirbah il-premju (Fil 3,14) tas-serva, jimlewni b'ferh kbir. 4. U nifrah fuq li nifrah fil-Mulej x'hin nara kif inti qed tpatti b'mod wisq sabih ghall-imperfezzjonijiet tieghi u ta' huti s-sorijiet fl-imitazzjoni ta' l-ezempju ta' Gesù Kristu fqir u umli.
5. Tassew, ghandi ghalfejn nifrah, u dan il-ferh tieghi hadd ma jista' jisraquli, 6. ghax nara li int ilhaqt fuq l-art dak li jiena tant kont imxenqa ghalih. Ghax nara lilek imzejna b'mod tal-ghageb u li ma jitwemminx, meghjuna b'mod specjali bid-don tal-gherf li hiereg minn fomm Alla nnifsu, u tirbah fuq il-hazen tas-serpent makakk (Gen 3,1), fuq is-suppervja li tgharraq in-natura, u fuq il-frugha li tbellah il-qlub tal-bnedmin. 7. U nammirak ukoll inti u tghannaq bl-umiltà, bil-qawwa tal-fidi u bid-dirghajn tal-faqar it-tezor li xejn ma jista' jitqabbel mieghu, mohbi fl-ghalqa (Mt 13,44) tad-dinja u fil-qlub tal-bnedmin, li bih takkwista 'l Dak li ghamel kollox mix-xejn (Gw 1,3). 8. U biex ninqeda bl-istess kliem ta' l-Appostlu, lilek nghoddok bhala haddiema ma' Alla stess (1 Kor 3,9; Rum 16,3); u ghajnuna tal-membri dghajfa u mhux tant sodi tal-Gisem Mistiku tieghu.
9. Min ghalhekk, jista' jfixkilni milli nifrah meta ghandi ragunijiet hekk kbar ghaliex nithenna? 10. Ghalhekk ifrah dejjem fil-Mulej (Fil 4,4). 11. Thallix li xi shaba ta' swied il-qalb tinzel fugek biex id-dalmek, sinjura l-aktar mahbuba fi Kristu, hena ta' l-Angli u kuruna ta' hutek (Fil 4,1). 12. Qieghed ghajnejk quddiem il-mera ta' l-eternità, qieghed ruhek fid-dawl tal-glorja (Lh 1,3), 13. u qalbek f'Dak li hu x-xbieha ta' l-essenza divina; permezz tal-kontemplazzjoni inbidel dejjem izjed fixxbieha tad-divinità tieghu. 14. Hekk inti wkoll thoss dak li jhossu l-hbieb tieghu, u dduq dik il-hlewwa mohbija (Salm 30,20) li Alla nnifsu hejja sa mill-bidu ghal dawk li jhobbuh. 15. U minghajr ma taghti lanqas harsa wahda lejn dawk il-hwejjeg li f'din id-dinja qarrieqa u mqallba jonsbu n-nases ghall-ghomja li jorbtu qalbhom maghhom, hobb b'qalbek kollha lil Dak li, ghax habbek, ta’ lilu nnifsu kollu kemm hu. 16. Ix-xemx u l-qamar jistaghgbu bi gmielu, u d-doni tieghu huma ta' kobor, ta' prezz u ta' gmiel bla tmiem (Salm 144,3). 17. Qed nifhem nghid ghall-Iben ta' l-Aktar Gholi, li wellditu l-Vergni, u baqghet dejjem Vergni wara twelidu. 18. Tghannaq b'qalbek kollha ma' l-Omm l-akbar helwa tieghu, li nisslet Iben tant kbir, hekk li lanqas is-smewwiet ma jesghuh (1 Sl 8,27; 2 Kor 2,5). 19. Izda hi laqghetu fil-kjostru zghir tal-guf imqaddes taghha, u refghebu fil-hdan verginali taghha.
20. Min ma jistmellx bil-qawwa kollha l-qerq ta' l-ghadu ta' lumanità, bit-tlellix tal-glorja li malajr tghaddi u tispicca, li jipprova jxejjen dak li hu akbar mis-smewwiet? 21. Iva, ghax hija haga cara li r-ruh tal-bniedem fidil, li hi l-akbar hlejqa denja fost il-hlejjaq kollha, il-grazzja ta' Alla taghmilha akbar mis-smewwiet. 22. Ghaliex waqt li s-smewwiet u l-hlejjaq kollha ma jistghux jesghu l-Hallieq taghhom, hi biss hija l-post fejn Hu jghammar u jghix, u dan isehh bil-qawwa ta' l-imhabba, u l-hziena din huma mcahhdin minnha. 23. Dan ighidulna l-istess Verità: Min ihobb lili, ihobbu wkoll il-Missier, u jien ukoll inhobbu; u ahna nigu u nghammu ghandu (Gw 14,21.23).
24. Hekk, mela, kif il-glorjuza Xebba tax-Xbejbiet garret fizikament fi hdanha lil Kristu, 25. inti wkoll, billi timxi fuq il-passi tieghu (1 Pt 2,21), u l-izjed l-umiltà u l-faqar tieghu, tista' dejjem, bla dubju ta' xejn, iggorru spiritwalment fil-gisem kast u verginali tieghek. 26. Hekk int thaddan fik lil Dak li int u l-hlejjaq kollha intom imhaddnin minnu (Gherf 1,7;1,17). U jkollok bhala haga tieghek il-gid li, meta tqabblu ma' kwalunkwe gid iehor li jintemm ta' din id-dinja, hu akbar zgur u jibqa'. 27. Kemm rejiet u rgejjen ta' did-dinja spiss jistqarru hafna dwar dan, li bissuppervja taghhom jixtiequ jilhqu sas-sema u b'rashom jilhqu s-shab, 28. imma fl-ahhar jintemmu fix-xejn, u jitwarrbu qishom knis.
29. Nigi issa ghall-mistogsija li ghamiltli, u nahseb li nista' nwiegbek hekk. 30. Staqsejtni dwar liema jiem ta' festa l-glorjuz Missier taghha San Frangisk theggigna biex niccelebraw b'solennità partikulari billi, jekk fhimtek sewwa, inzidu xi haga u nvarjaw xi ftit fl-ikel. 31. Fil-ghaqal tieghek int zgur taf li, hlief il-morda u dawk li ghandhom bzonn ta' kura specjali - li lejhom San Frangisk kien iheggigna biex naghtuhom bl-ikbar imhabba l-ikel kollu li jkollhom bzonn - 32. hadd minna li ahna qawwijin u f'sahhitna ma ghandu jiekol ghajr ikel tar-Randan, kemm matul il-granet tal-gimgha kif ukoll fil-jiem ta' festa. 33. Hekk ahna insumu kuljum hlief il-Hdud u nhar il-Milied tal-Mulej; f'dawn il-granet nistghu nieklu darbtejn. 34. U nhar ta' Hamis ukoll, fiz-zmien meta ma hemmx l-obbligu tas-sawm, kull wahda hija mhollija fil-liberta, tara hi ssumx jew le, imma mhix obbligata. 35. Izda ahna li ahna qawwijin u f'sahhitna, insumu kuljum hlief fil-Hdud u nhar il-Milied.
36. Izda m'ahniex obbligati ghas-sawm fiz-zmien tal-Ghid, kif hallielna bil-miktub San Frangisk, u fil-festi tal-Madonna u ta' l-Appostli, hlief meta dawn jigu l-Gimgha. 37. Imma kif digà ghidtlek, ahna li ninsabu qawwijin u f'sahhitna nieklu dejjem ikel bhal ma nieklu fi zmien ir-Randan.
38. Izda peress li l-gisem taghna mhux tal-bronz u anqas sahhitna m'hi taz-zonqor (Gob 6,12), 39. u ahna niddghajfu u nhossu t-toqol talmard, 40. ghalhekk nitolbok minn qiegh qalbi fil-Mulej, mahbuba tieghi, li tuza l-qjies bil-ghagal f'dik l-astinenza kwazi esagerata u mpossibbli li, kif smajt, int dhalt ghaliha, 41. biex, waqt li tghix, il-hajja tieghek tkun ta' tifhir lill-Mulej, u lill-Mulej toffrilu qima spiritwali (Is 39,19; Sir 17,27) u s-sagrificcju tieghek ikun dejjem imhawwar bil-melh tal-ghagal (Rum 12,1;Lev 2,13; Kol 4,6).
42. Zomm dejjem shiha fil-Mulej, u dan nixtiqulek bl-istess qawwa li kont nixtiequ biha ghalija stess. Ftakar fija u f'huti s-sorijiet fittalb imheggeg tieghek.
mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 27.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |