![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi It-Tieni ittra lil Anjeze minn Praga 1. Lill-bint is-Sultan tas-slaten (Apok 19,16) u lill-qaddejja tas-Sid tas-sidien (1 Tim 6,15), lill-gharusa li tixraq lil Gesł Kristu, u ghalhekk sultana tassew nobbli, is-Sinjura Anjeze. 2. Klara, qaddejja li ma tiswa ghal xejn (Lq 17,10) u ndenja tax-Xebbiet foqra, tibghat it-tislima taghha waqt li tixtiqilha tibqa' tghix hajja ta' l-oghla faqar.
3. Jiena nrodd hajr lil Dak li minghandu tigi kull haga tajba u kull don perfett (Gak 1,17), li ghogbu jzejnek b'tant gmiel ta' virtł, u riedek li tiddi b'sinjali l-aktar gholjin ta' perfezzjoni, 4. biex ladarba int sirt tixbah lill-Missier ta' kull perfezzjoni (Mt 5,48) min-naha tieghek ikun jixraqlek li ssir perfetta, hekk li ghajnejh ma jsibu xejn fik li fih xi hjiel ta' imperfezzjoni (Salm 138,16).
5. U din hija l-perfezzjoni li ghaliha s-Sultan ser ighaqqdek mieghu fil-ghamara tat-tieg tal-genna, fejn Hu qieghed glorjuz fuq tron talkwiekeb, 6. ghaliex int stmellejt il-kobor tas-saltna tad-dinja u qist bhala haga ta' bla siwi z-zwieg ma' l-lmperatur. 7 . Flok dan kollu, ghall-imhabba tal-faqar imqaddes, u fi spirtu ta' umilta kbira u ta' karita l-aktar imhegga, ghazilt li timxi b'rieda shiha fuq il-passi (1 Pt 2,21) ta' Dak li immeritajt li tkun l-gharusa tieghu.
8. Billi jien nafek mimlija b'kull virtł, ma rridx noqghod nitkellem fit-tul, u anqas irrid nghajjik b'hafna kliem, 9. ghad li int xejn ma tara zejjed f'dak il-kliem li minnu tista' tikseb xi farag. 10. U billi haga wahda biss hija mehtiega (Lq 10,42), nieqaf fuq din il-haga wahda, u nitolbok ghall-imhabba ta' Dak li lilu offrejt lilek innifsek bhala vittma qaddisa u li toghgbu (Rum 12,1), 11. li tibqa' tiftakar dejjem, bhal Rakele ohra (Gen 29,16), fir-rabta tieghek, u izzomm quddiem ghajnejk il-bidu tas-sejha tieghek.
Dak li ghandek f'idejk ibqa' zommu shih; dak li taghmel, aghmlu sewwa. 12. Tieqaf qatt, izda b'mixja mghaggla, b'pass hafif, b'riglejk fuq is-sod, hekk li lanqas it-trabijiet li jittajru ma jzommuk lura, 13. imxi 'l quddiem bla biza', ferhana fit-triq li gharaft taghzel b'ghagal kbir.
14. U temmen lil hadd, thalli 'l hadd jingannak billi jfittex ibeghedek mill-fehma tieghek jew li jfixklek f'din it-triq (Rum 14,13), u ma jhallikx trodd fill-Aktar Gholi il-weghdiet tieghek (Salm 49,14) b'dik ilperfezzjoni li ghaliha stiednek l-Ispirtu tal-Mulej.
15. F'dan kollu, biex timxi bla biza' fit-triq tal-kmandamenti talMilej (Salm 118,32), oqghod fuq ii-pariri tal-wisq meqjum missier taghna u huna Elija, il-Ministru General. 16. Ghozz dak li jghidlek hu aktar minn dak li jghidlek haddiehor, u zommu bhala eghzez minn kull don iehor.
17. U jekk haddiehor ighidlek xi haga ohra, jew jissuggerilek xi inizjattivi ohrajn li jfixkluk fit-triq tal-perfezzjoni li haddant, jew jidhirlek li jmorru kontra l-vokazzjoni divina, gib ruhek mieghu bir-rispett kollu, imma taghmilx dak li jghidlek. 18. Vergni fqira, tghannaq ma' Kristu fqir.
19. Qis li Hu sar oggett ta' disprezz, u ghalhekk int imxi warajh, u ghall-imhabba tieghu tarahiex bi kbira li ssir immaqdra f'din id-dinja. 20. O Regina l-aktar nobbli, hares lejn l-Gharus tieghek, l-isbah fost ulied il bnedmin (Salm 44,3), li biex isalvak sar l-ahhar wiehed fost il-bnedmin, immaqdar, imsawwat u midrub f'gismu kollu, u miet fost l-ehrex tbatijiet fuq is-salib. Ahseb fuqu u kkontemplah, u xtieq b'herga li ssir tixbhu.
21. Jekk tbati mieghu, ghad tifrah mieghu (Rum 8,17); jekk tmut mieghu fuq is-salib tan-niket, ghad tghammar mieghu fil-ghamajjar leqqiena tal-qaddisin (Salm 109,3), 22. u ismek ikun miktub fil-Ktieb tal-hajja, u jkun imsebbah fost il-bnedmin.
23. U ghalhekk inti ghad tiret ghall-eternitą u ghal dejjem ta' dejjem il-glorja tas-sema minflok l-unuri li jghaddu ta' din id-dinja; ikollok sehem mill-gid li ma jispicca qatt minflok il-gid li jisfa fix-xejn, u tghix ghal dejjem ta' dejjem.
24. Sahha lilek, mahbuba ohti, anzi minhabba l-Mulej l-Gharus tieghek, nghidlek is-sinjura tieghi. 25. Hu hsieb li tiftakarni quddiem ilMulej (Atti 14,22) lili u lil huti, fit-talb imheggeg tieghek, lilna li lkoll nifirhu ghall-gid li l-Mulej jahdem fik bil-grazzja tieghu. U bil-qawwa kollha nitolbok tghid lis-Sorijiet hutek jiftakru fin wkoll.
mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 27.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |