![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi L-Ewwel ittra lil Anjeze minn Praga 1. Lill-meqjuma u l-akbar qaddisa vergni, is-Sinjura Anjeze, bint l-aktar gholi u glorjuz Sultan tal-Boemja, 2. Klara, qaddejja indenja ta' Gesù Kristu u serva li ma tiswa ghal xejn (Lq 17,10) tas-Sorijiet maghluqin ghalihom fil-monasteru ta' San Damjan, qaddejja umli tieghek u li toqghod f'kollox ghalik, tirrikmanda ruhha b'kull mod u bl-akbar qima, waqt li tixtieqlek li tasal fil-glorja tal-hena ta' dejjem (Sir 50,5).
3. Kif smajt bil-fama tal-hajja religjuza qaddisa tieghek, fama maghrufa mhux biss minni, imma li hija maghrufa mad-dinja kollha b'mod tal-ghageb, inhossni nifrah b’ferh kbir fil-Mulej u nithenna (Hab 3,18). 4. U b’dan nifrah mhux biss jien, imma wkoll dawk kollha li jaqdu jew li jixtiequ jaqdu lil Gesù Kristu. 5. U r-raguni hija din: ghax inti, izjed minn haddiehor, stajt tgawdi l-gieh u l-unuri tad-dinja, u stajt tizzewweg lillImperatur, bi glorja li tixraq lilek u lill-majesta tieghu, 6. imma int warrabt dawn il-hwejjeg kollha u ghazilt b'qalbek u b'ruhek kollha li thaddan hajja ta' faqar l-akbar qaddis u c-cahdiet tal-gisem, 7. biex tinghata lil Gharus wisq akbar nobbli, il-Mulej Gesù Kristu, li jhares il-vergnità tieghek bla tebgha u jzommha bla mittiefsa.
8. L-imhabba tieghu taghmlek kasta, it-tghannieqa tieghu taghmlek akbar safja, u akbar ma tersaq lejh, akbar ssir safja; akbar ma taghmlu tieghek, akbar titwettaq fil-vergnità. 9. Ghaliex is-setgha tieghu tghaddi kull setgha ohra, il-generozità tieghu hija akbar minn kull gmiel iehor, l-imhabba tieghu tisboq kull hlewwa, u t-tjieba tieghu ma tistax titfisser bil-kliem.
10. Issa inti tinsab mahtufa fit-tghannieqa tieghu, u Huwa zejjinlek sidrek b'hagar prezzjuz u qeghedlek ma' widnejk gawhar li ma ghandux prezz. 11. Imliek kollok b'hagar prezzjuz gdid u jleqq, gisu ward li jfewwah fir-rebbiegha, u qeghedlek fuq rasek kuruna ta' deheb imnaqqxa bis-sigill tal-qdusija tieghu (Sir 45, 11).
12. Ghalhekk mahbuba ohti, jew nghidlek ahjar, Sinjura li jisthoqqlok kull qima, ghaliex inti l-omm, l-oht u l-gharusa tal-Mulej tieghi Gesù Kristu (2 Kor 11,2; Mt 12,50), 13. imzejna bil-marka tiddi tal-vergnità bla mittiefsa, u tal-faqar l-akbar imqaddes: issahhah fis-servizz li inti dhalt ghalih b'xewga mhegga ghall-Imsallab Fqir. 14. Hu qaghad ghas-salib (Lh 12,2), u helisna mill-Hakma tal-Princep tad-dlam (1 Kol 1,13), li tieghu konna sirna lsiera minhabba d-dizubbidjenza ta' l-ewwel genituri taghna, u hekk habbibna mill-gdid ma' Alla l-Missier (2 Kor 5,18).
15. O faqar hieni! Lil min ihobbok u jhaddnek int iizejnu bil-ghana ta' dejjem. 16. O faqar qaddis! Lil dawk li jiksbuk u jixtiequk, Alla jwieghed is-saltna tas-smewwiet (Mt 5,3) u joffri b'mod li ma jigix nieqes il-glorja ta' dejjem u l-hajja hienja. 17. O faqar qaddis! Lilek ghogbu jhaddan mieghu, qabel kull haga ohra, il-Mulej Gesù Kristu, li fis-setgha tieghu kienu u huma s-smewwiet u l-art ladarba kienet bizzejjed kelma wahda tieghu biex ikun mahluq kollox (Salm 32,9; 148.5).
18. Ghalhekk, hu qal: il-volpi ghandhom il-gherien, u l-ghasafar tal-ajru ghandhom il-bejtiet taghhom imma Bin il-Bniedem, jigifieri Gesù Kristu, m'ghandux fejn imidd rasu (Mt 8,20), u meta serrahha fuq sidru, serrahha biex jaghti l-ahhar nifs tieghu (Gw 19,30).
19. Issa, jekk Sinjur bhal dan u daqshekk kbir nizel fil-guf tal-Vergni, u ried jidher fid-dinja bhala bniedem imzeblah, fqir u fil-bzonn (2 Kor 8,9), 20. biex dawk il-bnedmin li kienu jghixu fl-akbar faqar u nieqsin minn kollox, u mgewha ghall-ikel tas-sema, jistaghnew fih billi jiksbu s-saltna tas-smewwiet; 21. int, mela, ifrah u thenna hafna, u mtela b'hena kbir u b'ferh spiritwali (Hab 3,18). 22. Ghax tabilhaqq, int ippreferejt iz-zeblieh ghall-unuri tad-dinja, u ghazilt il-faqar minflok il-ghana materjali, u hzint it-tezori tieghek fis-sema, u mhux fuq l-art, 23. fejn la s-sadid u lanqas il-kamla ma jmermruhom, u lanqas il-hallelin ma jinfdu u jisirqu (Mt 6,20); ghalhekk il-hlas tieghek huwa kbir fis-smewwiet (Mt 5,12), 24, u inti jisthoqqlok tassew tissejjah oht, gharusa u omm ta' l-Iben ta' Alia l-Aktar Gholi, u tal-Vergni glorjuza (2 Kor 11,2; Mt 12,50).
25. Int taf sewwa - jien zgura minn dan - li s-saltna tas-smewwiet, il-Mulej iweghedha u jaghtiha fill fqar biss (Mt 5,3), ghaliex min ihobb il-hwejjeg tad-dinja jitlef il-frott ta' l-imhabba. 26. U ma tistax taqdi 'l Alla u lil mammona, ghaliex trid jew thobb 'il wiehed u tobghod fill-iehor, jew taqdi lit-tieni u titlaq lil ta' l-ewwel (Mt 6,24). 27. Taf ukoll l-bniedem imlibbes il-hwejjeg ma jistax johodha ma' ghadu gheri, ghaliex malajr isib ruhu mixhut ma' l-art min fill-ghadu tieghu jaghtih mnejn jista jaqbdu; anqas ma jista' wiehed jixtieq ighix fil-hena tad-dinja u mbagha ikun irid isaltan ma' Kristu fis-sema. 28. U hu ehfef li gemel ighaddi min ghajn ta' labra, milli wiehed ghani jidhol fis-saltna tas-smewwiet (Mt 19,24). 29. Ghalhekk inti nehhejt minn fuqek l-ilbies zejjed, jigifieri l-gherf tad-dinja, biex ma tkunx mirbuha mill-ghadu, u hekk tkun tista' tidhol fi saltna tas-smewwiet mit-triq id-dejqa u mill-bieb id-dejjaq (Mk 7,13-14).
30. X'bidla sabiha u li jisthoqqilha kull tifhir: li thalli l-gid li jghaddi ghal dak li ma jispicca qatt; taghzel il-hwejjeg tas-sema minflok dawk ta' l-art; tircievi bil-mija fil-wiehed, u jkollok b'sehemek il-hajja tal-hena bla tmiem (Mt 19,29).
31. Ghahlekk jien hsibt li mill-ahjar li nista' nitlob lill-eccellenza u l-qdusija tieghek, bit-talb umli tieghi, fil-qalb ta' Kristu (Fil 1,8), biex tissahhah fis-servizz tieghu u timxi 'l quddiem, 32. mit-tajjeb ghall-ahjar, minn virtù ghal virtù (Salm 83,8), biex Dak li inti taqdi bl-imhabba kollha ta' qalbek joghgbu jaghtik il-hlas li inti mxennqa ghalih.
33. Nitolbok ukoll fil-Mulej, kif nista' b'qalbi kollha, biex iddahhal fit-talb l-aktar qaddis tieghek lili, ghad li jien qaddejja li ma niswa ghal xejn (Rum 15,30; Lq 17,10), u mieghi lis-Sorijiet kollha ta' dan il-monasteru li lilek tant iqimuk, 34. biex bil-ghajnuna tat-talb tieghek ikun jisthoqqilna naqilghu il-hniena ta' Gesù Kristu, u mieghek nithennew biddehra tieghu ghal dejjem.
Sahha fil-Mulej, u itlob ghalija (1 Tess 5,25).
mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 27.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |