![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi Barka ta' Santa Klara 1. FI-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen. 2. II-Mulej iberikkom u jhariskom. 3. Jurikom wiccu, u jkollu hniena minnkom. 4. Idawwar harstu lejkom, u jaghtikom is-sliem (Num 6,24-26).
5. Sliem lilkom, huti w uliedi, u 'l dawk kollha li jigu warajkom, u li ghad ighixu f'din il-komunità; sliem lill-ohrajn kollha li fl-Ordni kollu jibqghu jharsu sa l-ahhar il-faqar imqaddes.
6. Jiena, Klara, qaddejja ta' Kristu u xitla ckejkna tal-qaddis missier taghna Frangisku, oht u omm taghkom u tas-Sorijiet Foqra l-ohra, ghad li ma jisthoqqlix, 7. nitlob lill-Mulej taghna Gesù Kristu, ghall-hniena tieghu u ghall-intercessjoni ta' l-Omm l-aktar qaddisa tieghu, il-Vergni Marija, ta' San Mikiel Arkanglu u ta' l-Angli qaddisa kollha ta' Alla, tal-qaddis missier taghna Frangisku u tal-qaddisin kollha: 8. biex l-istess Missier tas-smewwiet jaghtikom u jsahhah fikom din il-barka l-aktar qaddisa tieghu fis-sema u fl-art (Gen 27,28); 9. fuq l-art, billi jkattarkom fil-ghadd bil-grazzja tieghu u bil-virtujiet tieghu fost il-qaddejja tieghu fil-Knisja Militanti; 10. fis-sema, billi jghollikom u jdahhalkom fil-glorja tal-Knisja Trijunfanti fost il-qaddisin tieghu.
11. Inberikkom kemm indum hajja, u wkoll wara mewti, kemm nista' u aktar milli nista', bil-barkiet kollha 12. li bihom l-istess Missier il-Hniena (2 Kor 1,3; Efes 1,3) bierek u ghad ibierek fis-smewwiet u fuq l-art lil uliedu spiritwali, 13. u li bihom kull missier u omm spiritwali jbierku u ghad ibierku lill-ulied spiritwali taghkom. Amen.
14. Hobbu dejjem lil Alla, hobbu 'l ruhkom, u lil hutkom kollha, 15. u kunu dejjem herqana li tharsu dak kollu li weghedtu lill-Mulej.
16. Il-Mulej ikun maghkom dejjem, u jaghmel li intom ukoll tkunu dejjem mieghu. Amen.
mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 26.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |