![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi It-Testment ta' Santa Klara 1. F’isem il-Mulej. Amen.
2. Fost il-grazzji kollha li rcevejna u li kuljum nircievu minghand il-Benefattur taghna, il-Missier tal-Hniena (2 Kor 1,3), u li ghalihom ahna fid-dmir li nroddulu hajr minn qalbna, 3. l-ikbar wahda hija dik tal-vokazzjoni taghna. U aktar m'hi kbira u perfetta, aktar ghandna nkunu obbligati lejh. 4. Hu ghalhekk li l-Appostlu jwissina: Aghrfu sewwa s-sejha taghkom (1 Kor 1,26). 5. L-Iben ta' Alla sar it-triq taghna (Gw 14,26) u din it-triq giet murija u mghallma lilna bil-kelma u bl-ezempju (1 Tim 4,12) mill-missier qaddis taghna Frangisku, li kien tant ihobbu u jimitah. 6. Ghalhekk, mahbubin huti, ghandna nzommu quddiem ghajnejna l-beneficcji kbar li l-Mulej fawwarna bihom. 7. l-aktar dawk li ghogbu jaghtina permezz tal-mahbub qaddej tieghu l-imqaddes missier taghna Frangisku, 8. u dan mhux biss wars l-konverzjoni taghna, imma sa minn mindu konna ghadna nghixu fost il-frughat tad-dinja. 9. Infatti, listess Qaddis, meta kien ghad ma kellu la ahwa u lanqas shab, ftit taz-zmien wara l-konverzjoni tieghu, 10. wagt li kien qed isewwi l-knisja ta' San Damjan fejn il-Mulej kien zaru u mlieh b'farag tas-sema, 11. misjuq minn ferh kbir u mdawwal mill-Ispirtu s-Santu, hass li ghandu jitlaq id-dinja ghal kollox, u ghamel din il-profezija fuqna, li imbaghad il-Mulej wettaqha izjed 'il quddiem. 12. Tela' fuq il-hajt ta' l-imsemmija knisja, u ghajjat b'lehen gholi, bl-ilsien franciz lill-bdiewa li kienu jinsabu f'dawk l-inhawi, u qalilhom: 13; "Ejjew u ghinuni nibni l-monasteru ta' San Damjan, 14. ghaliex ghad jigu joqoghdu fih nisa li bil-fama u l-hajja qaddisa taghhom ghad jaghtu glorja lill-Missier taghna tas-sema fil-Knisja mqaddsa kollha tieghu" (Mt 5,16).
15. Ghalhekk ghandna ragun nistaghgbu bit-tjieba kbira li Alla wera maghna; fil-kobor tal-hniena u tal-imhabba tieghu, 16. Hu ghogbu jnebbah dan il-kliem lill-Qaddis tieghu li habbar dan minn qabel dwar is sejha u l-ghazla taghna (2 Pt 1,10). 17. Izda mhux ghalina biss il-missier qaddis habbar dawn il-hwejjeg, imma wkoll ghal dawk li warajna kellhom jiehdu sehem minn din il-vokazzjoni qaddisa li ghalina sejhilna l-Mulej.
18. B'liema impenn ghalhekk, u b'liema hegga tar-ruh u tal-gisem, ghandna nharsu l-kmandamenti ta' Alla u tal-qaddis missier taghna Frangisku biex. bil-ghajnuna tal-grazzja divina, inkunu nistghu nroddulu lura imkattrin, it-talenti li fdalna (Mt 25,15-23). 19. Il-Mulej infatti, ghazilna biex inkunu mera u ezempju mhux hiss ghall-bnedmin l-ohra, imma wkoll ghal hutna s-Sorijiet li Hu sejjah ghall-istess vokazzjoni, 20. biex huma wkoll ikunu ghal dawk kollha li jghixu fid-dinja mera u ezempju. 21. Ladarba mela l-Mulej sejhilna ghal hwejjeg tant kbar, hekk li dawk li ghandhom ikunu mudelli u mirja ghall-ohrajn ikunu jistghu jaraw lilhom infushom fina, 22. ahna fid-dmir li dejjem inbierku u nfahhru fill-Mulej u li kuljum nikbru fl-eghmil it-tajjeb. 23. Ghalhekk, jekk nghixu fuq il-ghamla ta' hajja li semmejna, lill-ohrajn inhallulhom ezempju sabih, u bi prezz ta' hidma li tghaddi fi zmien qasir, niksbu l-hlas tal-hena bla tmiem (2 Mak 6,28.31, Fil 3,14).
24. Wara li l-Missier l-aktar gholi tas-smewwiet, fil-hniena u lgrazzja tieghu, ghogbu jdawwal lil qalbi biex nibda naghmel il-penitenza fuq l-ezempju u t-taghlim tal-missier taghna Frangisku, 25. ftit wara lkonverzjoni tieghu, jien flimkien ma' dawk il-ftit ahwa li l-Mulej kien tani wara ftit zmien mill-konverijoni tieghi, minn qalbi u bil-libertà kollha, weghedtu l-ubbidjenza, 26. fi qbil shih mat-tnebbih li l-Mulej kien tana permezz tal-hajja qaddisa li kien ighix, u t-taghlim tieghu. 27. Imma meta l-imqaddes Frangisku ra li minkejja d-dghufija u l-fragilità ta' gisimna, ahna ma bzajna minn ebda xorta ta' cahdiet, faqar, xoghol iebes u tweghir, jew ghajb u disprezz tad-dinja, 28. anzi, li fuq l-ezempju tal-qaddisin u tal-ahwa tieghu, konna nghoddu dan kollu bhala xi haga li tferrahna - u dan setghu jarawh b'ghajnejhom stess hu nnifsu u l-ahwa tieghu - il-missier qaddis imtela bil-ferh fil-Mulej. 29. Ghalhekk, imqanqal b'imhabba ta' missier ghalina, rabat lilu nnifsu u lill-Ordni tieghu li dejjem juri maghna l-istess imhabba u hegga hergana bhalma juri ma' hutu stess.
30. U bir-rieda tal-Mulej u tal-qaddis missier taghna Frangisku, jejna nghixu hdejn il-Knisja ta' San Damjan. 31. Hawn, fi ftit zmien, il-Mulej, bil-hniena u l-grazzja tieghu, kattar hafna il-ghadd taghna, biex jitwettaq dak li kien habbar minn qabel bil-fomm tal-qaddis tieghu. 32. Qabel dan, ghal ftit tat-zmien, ahna konna noqoghdu f'post iehor.
33. Aktar 'il quddiem kitbilna ghamla ta' hajja, u dan l-aktar biex nibqghu sal-ahhar fil-faqar imqaddes. 34. Ma kienx bizzejjed ghalih, matul hajtu, li jheggigna bil-kelma u bl-ezempju (Atti 20,2) biex inhobbu u nharsu dan il-faqar l-aktar qaddis, izda hallielna wkoll hafna kitbiet, biex wara mewtu qatt ma nitbeghedu minnu; 35. ghax l-Iben t'Alla wkoll qatt ma ried jitbieghed minn dan il-faqar qaddis matul il-hajja tieghu fuq l-art. 36. U l-missier l-aktar qaddis taghna Frangisku, li mexa fuq il-passi tieghu (1 Pt 2,21), ghazel ghalih u ghal hutu dan il-faqar imqaddes ta' l-Iben t'Alla, u sakemm dam haj b'ebda mod ma tbieghed minnu, la bil-kliem u lanqas bit-hajja li ghex.
37. U jiena, Klara, ghad li ma jisthoqqlix, qaddejja ta' Kristu u tas-Sorijiet foqra tal-monasteru ta' San Damjan, u xitla ckejkna tal-qaddis missier taghna, filwaqt li fiimkien ma' huti hsibt fit-tul fuq il-vokazzjoni gholja taghna u fuq ir-rieda ta' missier bhal dan, 38. kif ukoll fuq id-dghufija ta' l-ohrajn li kellhom jigu warajna, u li bzajna li se tigi anke fuqna wara l-mewt tal-qaddis missier taghna Frangisku - hu, li wara Alla kien ghalina il-kolonna u l-uniku farag u rfid taghna (1 Tim 3,15) - 39. ahna ghalhekk, bosta u bosta drabi, bil-libertà kollha geddidna r-rabta taghna mal-faqar l-aktar qaddis biex wara mewti, is-Sorijiet li huma maghna llum, u dawk li ghad jigu warajna, ikollhom il-qawwa halli b'ebda mod ma jitbeghedu qatt minnu.
40. U kif jiena kont dejjem inhabrek biex jien stess inhares bil-herga, u nara li jkun imhares ukoll mill-ohrajn, il-faqar imqaddes li ahna weghedna lill-Mulej u lill-missier taghna Frangisku, 41. hekk is-Sorijiet li jigu warajja f'dan l-ufficcju huma fid-dmir li jharsuh u li jghassu li jkun imhares mis-Sorijiet l-olra sal-ahhar.
42. U barra minn dan, biex inkun aktar fit-zgur, jien hsibt li nirrikorri ghand is-Sinjur Papa Innocent, li matul il-pontifikat tieghu beda l-Ordni taghna, u ghand is-successuri tieghu, biex jikkonfermawlna u jsahhulna bil-privileggi taghhom il-professjoni taghna tal-faqar l-aktar imqaddes, li ahna weghedna lill-Missier taghna, 43. u dan biex qatt, u f'ebda zmien, ma nitbeghedu minnu.
44. Ghalhekk, mixhuta gharkobtejja, u milwija sal-art fir-ruh u fil-gisem b'sinjal ta' rispett, nirrikmanda fil-harsien ta' l-imqaddsa Knisja Rumana, tal-Papa, u l-aktar tas-Sinjur Kardinal li jkun gie mahtur bhala harries ta' l-Ordni tal-Ahwa z-zghar u taghna,lil huti kollha ta' issa u dawk li ghad jigu warajna, 45. biex ghall-imhabba ta' dak il-Mulej li twieled fqir u kien imgieghed f'maxtura (Lq 2,12), li ghex fqir fuq l-art u baqa' sal-ahhar gheri fuq is-salib, 46. jiehu hsieb li din il-merhla zghira (Lq 12,32) - din il-merhla li l-Missier l-aktar Gholi, bil-kelma u bl-ezempju tal-missier taghna Frangisku welled fil-Knisja mqaddsa tieghu, propju bil-ghan li timita l-faqar u l-umilta ta' Ibnu l-ghaziz u tal-glorjuza Omm Vergni tieghu - 47. thares il-faqar imqaddes li weghedna 'l Alla u lill-missier taghna Frangisku, u jiehu hsieb li jkompli jheggigha u jghinha biex izzomm shih sal-ahhar fil-faqar li semmejna.
48. Kif il-Mulej ghogbu jaghtina 'l-qaddis missier taghna Frangisku bhala fundatur, gennien u ghajnuna taghna fil-qadi ta' Kristu u f'dak kollu li weghedna lil Alla u lilu stess, missier taghna, u 49. kif hu, sakemm dam haj, ha hsieb bil-kliem u bl-ezempju tieghu, biex jikkultivana u jkabbarna, lilna x-xitel ckejknin tieghu; 50. hekk ukoll issa, jiena nafda lil huti kollha, dawk li hawn illum u dawk li ghad iridu jigu 'l quddiem, lissuccessur ta' l-imqaddes missier taghna Frangisku u lill-ahwa kollha ta' l-Ordni tieghu, 51. biex ikunu dejjem ta' ghajnuna ghalina ha nimxu 'l quddiem fis-servizz ta' Alla, u fuq kollox biex dejjem inharsu ahjar il-fagar l-aktar qaddis.
52. U jekk f'xi zmien kellu jigri li s-Sorijiet ihallu dan il-monasteru ta' San Damjan u jmorru joqoghdu band'ohra, ha jibqghu dejjem fid-dmir, ikunu fejn ikunu wara mewti, li jharsu din l-istess xorta ta' faqar li ahna weghedna lil Alla u lill-missier taghna Frangisku.
53. B'danakollu, kemm dik li jkollha l-ufficcju ta' Badessa, kif ukoll is-Sorijiet l-ohra, jiehdu hsieb u jghassu sewwa li la jakkwistaw u lanqas jaccettaw artijiet madwar l-imsemmi monasteru, hlief biss kemm ikun strettament mehtieg ghal gnien ckejken biex fih ikabbru l-haxix ghall-ikel. 54. Kemm-il darba, imbaghad, f'xi zmien tinhass il-htiega, biex il-monasteru jkun aktar maqtugh ghalih wahdu, li tigi akkwistata xi bicca art zghira 'l kemm mill-hitan tal-gnien, jaraw li jkollhom biss skond il-bzonn; 55. u li dik il-bicca raba m'ghandha la tigi mahduma u anqas mizrugha, imma tibqa' xaghri, u ma tinharatx.
56. Inwissi u nheggeg fil-Mulej Gesù Kristu lil huti kollha, dawk ta' issa u dawk li ghad jigu, li jkollhom ghal qalbhom li dejjem jimxu fit-triq tas-semplicità qaddisa, ta' l-umiltà u tal-faqar, u ta' l-onestà ta' dik il-hajja qaddisa 57. li ghallimna l-missier taghna Frangisku sa mill-bidunett tal-konverzjoni taghna lejn Kristu. 58. Hu bis-sahha ta' dawk il-virtujiet, u mhux ghall-merti taghna, u biss bil-hniena u l-grazzja tal-Benefattur taghna, listess Missier il-Hniena (2 Kor 1,3;2,5), li huma jxerrdu dejjem ilfwieha tal-fama tajba taghhom kemm fuq huthom li jinsabu fil-boghod, kif ukoll fuq dawk li jinsabu fil-qrib. 59. U waqt li thobbu lil xulxin fl-imhabba ta' Kristu, uru dik l-imhabba li ghandkom f'qalbkom minn barra, bl-eghmejjel taghkom, 60. sabiex is-Sorijiet, misjuqin minn dan l-ezempju tajjeb, jikbru dejjem fl-mhabba ta' Alla u fil-karità lejn xulxin.
61. Nitlob ukoll lil dik li ghad ikollha t-tmexxija tas-Sorijiet, li tara li tkun qabel l-ohrajn aktar fil-virtujiet u fil-qdusija tal-hajja milli fiddinjità, 61. sabiex is-Sorijiet, imhegga mill-ezempju taghna, jobduha mhux tant minhabba l-ufficcju li ghandha, imma imqanqlin mill-imhabba. 63. Barra dan, jalla tkun mara qalbha f'idejha u ghaqlija, bhal omm ghal uliedha; 64. b'mod specjali tiehu hsieb, li bil-ghajnuna tal-karità li l-Mulej jibghat, kull wahda jkollha dak kollu li tehtieg. 65. U ghandha tkun tant helwa u taf tmur ma' kulhadd, hekk li s-Sorijiet ikunu jistghu jifthu qalbhom bil-fiducja kollha dwar dak kollu li jkollhom bzonn, 66. u bil-kunfidenza kollha jmorru ghandha kull hin, kif jidhrilhom l-ahhar, kemm ghalhom infushom kif ukoll ghas-Sorijiet huthom.
67. Izda min-naha taghhom is-Sorijiet li huma sudditi ghandhom jiftakru li minn jeddhom, ghall-imhabba tal-Mulej, huma cahdu r-rieda taghhom. 68. Ghalhekk irrid li huma jobdu lill-omm taghhom bhalma minn rajhom weghedu lill-Mulej, 69. biex hi, x'hin tara l-imhabba u l-ftehim isaltnu bejniethom, thoss il-piz ta' l-ufficcju taghna aktar hafif, 70. u dak li fih innifsu hu morr u tqil, bil-hajja qaddisa taghhom jinbidel ghaliha fi hlewwa.
71. Izda billi dejqa hija t-triq u l-moghdija, u dejjaq ukoll huwa lbieb li minnhom nghaddu u nidhlu fil-hajja, ftit huma dawk li jimxu minnhom, u jidhlu hemm; 72. u jekk kemm minn dawk li jimxu fiha ghal ftit, ftit aktar huma dawk li jibqghu miexjin fiha sal-ahhar. 73. Imma henjin dawk li lilhom hu moghti li jimxu f'din it-triq, u jzommu shih sal ahhar (Salm 118,1;Mt 10, 22).
74. Ahna ghalhekk, li dhalna fit-triq tal-Mulej, nghassu sewwa fugna nfusna biex ma nitbeghedu qatt minnha, la bi htija taghna, la bi traskuragni u lanqas minhabba l-injuranza taghna. 75. Jekk jigri dan, inkunu qed naghmlu tort lil Sinjur hekk kbir, lill-Omm Vergni tieghu, lillqaddis missier taghna Frangisku, lill-Knisja trijunfanti fis-smewwiet, u wkoll lill-Knisja hawn fl-art. 76. Ghaliex kif hemm miktub: Mishutin dawk li jitbeghedu mill-kmandamenti tieghek (Salm 118,21).
77. Ghalhekk, ninzel gharkobtejja quddiem il-Missier ta' Sidna Gesù Kristu, biex ghall –merti tal-glorjuza l-imqaddsa Vergni Marija Ommu, tal-qaddis missier taghna Frangisku u tal-qaddisin kollha, 78. l-istess Mulej li tana l-grazzja li nibdew tajjeb, jaghtina wkoll li nikbru fit-tajjeb (2 Kor 8,6.11;1 Kor 3,6.7), u li nzommu shih sal-ahhar. Amen.
79. Inhallilkom din il-kitba sabiex tkun imharsa tajjeb, huti l-aktar gheziez u mahbubin, ta' issa u dawk li jigu warajkorn, bhala sinjal tal-barka tal-Mulej, tal-qaddis missier taghna Frangisku, u tal-barka tieghi, l-omm u l-qaddejja taghhom. mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 25.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |