Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►

Kitbiet ta' Santa Klara ta' Assisi


Ir-Regola ta' Santa Klara


Bulla tal-Papa Innocenz IV

 

1. Innocenz Isqof, qaddej tal-qaddejja ta' Alla.

 

2. Lill-mahbubin uledu fi Kristu, Klara, Badessa, u s-Sorijiet tal-monasteru ta' San Damjan, sahha u barka apostolika.

 

3. Is-Sede Apostolka ghandha d-drawwa li tilqa' t-talbiet qaddisa u bil-qalb kollha taqta' x-xewqat tajba ta' dawk li jitolbuha. 4. Hawn ghandna quddiemna t-talba l umilment ghamiltulna biex bis-setgha apostolika taghna inwettqu 5. l-ghamla ta' hajja li takom San Frangisk, u li intom accettajtu minn qalbkom, 6. u din titlob minnkom li tghixu flimkien f'ghaqda tal-qlub u bil-professjoni ta' l-oghla faqar (1 Kor 8,2). 7. Il-Venerabbli huna, l-isqof ta' Ostja u Velletri, deherlu li ghandu jwettaq din l-ghamla ta' hajja, kif jidher car mill-ittri li kitbilkom hu stess. 8. Ahna ghalhekk, insahhu din bis-setgha apostolika taghna, nilqghu it-talbiet taghkom, napprovaw dak li ghamel l-isqof f'din il-materja, u nikkonfermawh bis-setgha ta' din il-kitba. 9. Ghaldaqstant,  se nnizzlu kelma b'kelma kull ma kitbilkom l-isqof: 10. Rinaldu, ghall-hniena ta' Alla isqof ta' Ostja u Velletri, lill-wisq ghaziza omm u bint fi Kristu, is-Sinjura Klara, Badessa ta' San Damjan f'Assisi, 11. u lis-Sorijiet taghna, dawk tallum u dawk li ghad jigu warajhom, sahha u barka ta' missier.

 

12. Ladarba intom, uliedi mahbubin fi Kristu, beghidtu minnkom il-frughat u l-pjaciri tad-dinja 13. biex timxu fuq il passi ta' l­istess Kristu (1 Pt 2,21) u ta' l-Omm imqaddsa tieghu, u ghaziltu li tghixu maghluqa fil-klawsura u tinghataw lill-Mulej fl-oghla faqar biex tkunu tistghu taqduh b'qalb hielsa, 14. Ahna nfahhru fil-Mulej din l­ghamla ta' hajja qaddisa, u b'imhabba ta' missier napprovaw bil-qalb ix­xewqat u t-talbiet qaddisa taghkom.

 

15. Ghalhekk, waqt li nilqghu t-talbiet qaddisa taghkom, imqanqlin mit-talb li ghamiltulna, bis-sahha ta' din l-ittra u bl-awtorità tal-Papa u taghna, inwettqu ghalikom ilkoll u ghal dawk li ghad jigu warajkom fil-monasteru taghkom, ghal dejjem, 16. din l-ghamla ta' hajja li tghixu f'ghaqda qaddisa u fl-oghla faqar (1 Kor 8,2) li l-qaddis missier Frangisku takom bil-kelma u bil-kitba biex tharsuha, u li ssibuha f'din il­kitba taghna, 17. li hi din:

 

L-Ewwel Kapitlu

F'Isem il-Mulej tibda l-ghamla ta' hajja

tas-Sorijiet Foqra

 

1. L-ghamla ta' hajja tal-Ordni tas-Sorijiet Foqra li waqqaf l-imqaddes Frangisku hija din: 2. Li jharsu l-Vangelu Mqaddes ta' Sidna Gesù Kristu, billi jghixu fl-ubbidjenza, bla xejn taghhom u fil-kastità.

 

3. Klara, qaddejja ta' Kristu u xitla ckejkna tal-qaddis l-aktar kbir Frangisku, twieghed ubbidjenza u qima lis-Sinjur Papa Innocenz u lil dawk li jigu warajh, maghzula skond il-ligi kanonika, u lill-Knisja Rumana. 4. U kif fil-bidu tal-konverzjoni taghha, flimkien mas-Sorijiet taghha, hija weghdet ubbidjenza lill-imqaddes Frangisku, hekk ukoll hija twieghed ubbidjenza shiha u bla mittiefsa lil dawk li jigu warajh. 5. Is-Sorijiet l-ohra ghandhom dejjem jobdu lil dawk li jigu wara l-imqaddes Frangisku u lil Swor Klara, kif ukoll lill-Badessi l-ohra li jigu warajha, maghzula skond il-ligi kanonika.

 

It-Tieni Kapitlu

Dwar dawk li jixtiequ jhaddnu din il-hajja

u kif ghandhom jigu milqugha

 

1. Jekk xi persuna, imnebbha minn Alla, tigi ghandha u turi x­xewqa li thaddan din il-hajja, il-Badessa hi fid-dmir li titlob il-kunsens tas-Sorijiet l-ohra kollha, 2. u jekk il-bicca l-kbira jaghtu l-kunsens taghhom, tista' iddahhalha bil-permess tal-Kardinal Protettur. 3. Jekk il-Badessa jidhrilha li dil-persuna hi denja li tigi accettata, qabel iddahhalha tezaminaha bir-reqqa kollha, hi stess jew tqabbad lil haddiehor, dwar il-fidi kattolika u s-sagramenti tal-Knisja. 4. U jekk hi temmen dan kollu, u ghandha rieda shiha li tistqarru, u trid bil-fedeltà kollha tharsu ghal matul hajjitha kollha sal-ahhar; 5. u ma tkunx mizzewga, jew jekk mizzewga r-ragel taghha jkun ga haddan il-hajja religjuza bil-permess ta' l-isqof tad-djocesi u jkun ga ghamel il-vot tal-kastità; 6. u fl-ahharnett, kemm-il darba ma tkunx imfixkla minhabba l-età avanzata hafna taghha, jew minn xi mard tal-gisem jew tal-mohh, biex tkun tista' tghix sewwa l-hajja taghna; 7. imbaghad ifissrulha bir-reqqa kollha fhiex tikkonsisti u x'titlob minnha l-hajja taghna.

 

8. Jekk tinstab li tkun tajba, ha jghidulha l-kliem tal-Vangelu mqaddes: li tmur u tbiegh kull ma ghandha u tfittex li tqassmu lill- fogra (Mt 19,21). 9. Jekk dan ma tkunx tista' taghmlu, bizzejjed li jkollha rieda tajba. 10. Joqghodu attenti l-Badessa u s-Sorijiet li ma jimlewx rashom huma dwar il-hwejjeg temporali taghha, biex hi tithalla fil-libertà taghmel dak li l-Mulej inebbahha. 11. B'danakollu, jekk hija titlob parir, ha jibghatuha ghand nies ghaqlija u li ghandhom il-biza' ta' Alla, biex hija tkun tista' tqassam gidha skond il-parir li jaghtuha (Atti 13,16). 12. Imbaghad, wara li jaghqtlulha xaghrha tond u tkun nehhiet il-libsa tad­-dinja, jaghtuha tliet tonok u mantell. 13. Wara dan ma tkunx tista' tohrog barra l-monasteru, jekk mhux meta jkun hemm raguni ta' htiega vera li tidher, u dir-raguni tkun approvata. 14. Meta tintemm is-sena tal-prova, hija ghandha tigi milqugha ghall-ubbidjenza, u twieghed li thares ghal dejjem din l-ghamla ta' hajja u faqar taghna.

 

15. L-ebda wahda ma tista' tilbes il-velu matul is-sena tal-prova. 16. Is-Sorijiet jista' jkollhom ukoll imnatar qosra ghall-kumdità u l-heffa fil-qadi u x-xoghol. 17. Barra dan, il-Badessa ghandha wkoll tiehu hsieb li bil-ghaqal kollu tipprovdilhom il-hwejjeg li jkollhom bzonn, skond il-qaghda ta' kull wahda, skond il-postijiet u z-zminijiet, u l-kesha ta' l­artijiet, dejjem kif, skond il-bzonn, jidhrilha li jaqbel l-ahjar. 18. It-tfajliet li jidhlu fil-monasteru meta jkun ghadhom taht l-età, jaqtghulhom ukoll xaghrhom tond, 19. inehnu l-ilbies tad-dinja, u jilbsu libsa religjuza, kif jidher lill-Badessa li jaqbel l-ahjar. 20. Meta imbaghad jilhqu l-età mitluba mil-ligi, jilbsu bhall-ohrajn u jaghmlu l-professjoni taghhom. 21. Il­Badessa ghandha tiehu hsieb li, lilhom u lin-novizzi l-ohra, tatihom ghalliema minn fost is-Sorijiet l-aktar ghaqlin u ta' hila fil-monasteru, 22. biex b'ghaqal kbir tghallimhom kif ighixu hajja religjuza qaddisa u kif izommu d-drawwiet tajba bhalma titlob il-forma tal-professjoni taghna.

 

23. Dwar l-ezami u l-accettazzjoni tas-Sorijiet li jaqdu s-servizz taghhom barra l-monasteru, ghandhom jigu osservati l-istess ligijiet, izda huma jistghu jilbsu z-zraben. 24. Ebda mara ma tista' tghix maghna fil-monasteru jekk ma tkunx giet milqugha skond il-forma tal-professjoni taghna.

 

25. U ghall-imhabba tal-Bambin l-aktar qaddis, li kien imfisqi fi hrieqi fqar u mqieghed fil-maxtura (Lq 2,7.12), u ta' l-Omm l-aktar qaddisa tieghu, inwissi, nitlob bil-herqa u nheggeg lil huti s-Sorijiet, biex jilbsu dejjem ilbies fqir.

 

It-Tielet Kapitlu

Dwar l-ufficcju divin u s-sawm;

dwar l-qrar u t-tqarbin

 

1. Is-Sorijiet li jafu jaqraw ighidu l-Ufficcju Divin kif ighiduh l­Ahwa z-Zghar, u ghalhekk jista' jkollhom il-brevjarji; u l-Ufficcju jghiduh, imma bla kant. 2. Jekk xi wahda minnhom, ghal raguni gusta, ma tkunx tista' tghid l-Ufficcju ghandha l-permess li tghid il-Missierna, bhas-Sorijiet l-ohra. 3. Izda dawk li ma jafux jaqraw ighidu erbgha u ghoxrin Missierna ghall-Matutin, hamsa ghal-Lawdi; 4. ghal kull wahda mis-sighat, Prima, Terza, Sesta u Nona, sebgha; ghall-Ghasar tnax; ghall-Kumpieta sebgha. 5. Barra dan, ghall-Ufficcju tal-mejtin ighidu seba' darbiet il-Missierna u jzidu maghha t-talba, Aghtihom il-mistrieh ghall-Ghasar, u tnax-il darba ghall-Matutin, 6. meta s-Sorijiet li jafu jaqraw huma obbligati li jghidu l-Ufficcju tal-mejtin. 7. Meta tmut xi soru tal-monasteru taghna, ighidu hamsin Missierna ghal ruhha.

 

8. Is-Sorijiet ghandhom isumu s-sena kollha. 9. Izda nhar il­Milied jistghu jaghmlu zewgt ikliet. 10. Il-Badessa, mesa tara l-htiega, tista' tiddispensa bi hniena liz-zghazagh, lid-dghajfa, u 'l dawk is-Sorijiet li jaqdu barra l-monasteru. 11. Izda mesa jkun hemm htiega bid-dieher, is-­Sorijiet m'humiex marbuta ghas-sawm tal-gisem.

 

12. Ghandhom iqerru, bil-permess tal-Badessa, mill-inqas tnax-il darba fis-sena, 13. u joqoghdu attenti li ma jdahhlux kliem li m'ghandux x'jaqsam mal-qrar u s-salvazzjoni ta' ruhhom. 14. Jitqarbnu seba' darbiet fis-sena f'dawn il-festi: il-Milied, Hamis ix-Xirka, l-Ghid il-Kbir, Ghid il-Hamsin, it-Tlugh is-sema tal-Vergni imbierka, il-festa ta' San Frangisk u tal-Qaddisin kollha. 15. Il-kappillan jista' jqaddes fil-monasteru biex ikun jista' jqarben kemm lill-morda, kif ukoll lil dawk f'sahhithom.

 

Ir-Raba’ Kapitlu

Dwar l-ghazla u l-ufficcju tal-Badessa,

u dwar il-Kapitlu, ir-responsabbli ta' l-ufficcji

u d-diskrieti.

 

1. Fl-elezzjoni tal-Badessa s-Sorijiet ghandhom iharsu l-forma kanonika. 2. Ifittxu wkoll li jkollhom maghhom il-ministru general jew provincjal ta' l-Ordni tal-Ahwa Zghar, 3. li bil-ghajnuna tal-Kelma ta' Alla jiddisponihom ha jkunu qalb wahda u ruh wahda, u biex fil-ghazla li se jaghmlu jfittxu biss il-gid komuni. 4. L-ebda wahda ma tista' tigi maghzula jekk ma tkunx digà ghamlet il-professjoni. 5. Jekk tigi maghzula soru li ma tkunx ghamlet il-professjoni, jew tkun moghtija lilhom Badessa b'xi mod iehor, is-Sorijiet m'ghandhomx jobduha qabel ma tkun ghamlet il-professjoni skond il-forma tal-faqar taghna. 6. Meta tmut hi, is-Sorijiet ghandhom jaghmlu Badessa ohra minn flokha.

 

7. Jekk f'xi zmien jigri li s-Sorijiet kollha jkun jidhrilhom li l­Badessa mhix izjed tajba biex tkompli sservihom ilkoll bil-qadi taghna, 8. huma ghandhom jaghmlu ohra mill-aktar fis biex tkun Badessa u omm taghhom, bil-mod kif semmejna qabel.

 

9. Dik li tigi maghzula imbaghad, ghandha toqghod tahseb sewwa fuq il-piz li hadet fuq spallejha, u fuq lil Min hi ghad trid taghti kont tal-merhla afdata lilha (Mt 12,36;Lh 13,17). 10. Ghandha ghalhekk tfittex li tkun qabel l-ohrajn fil-virtù u l-qdusija ta' hajjitha, aktar milli fl-­ufficcju taghha; hekk is-Sorijiet, imheggin mill-ezempju taghha, jobduha imqanqlin mill-imhabba aktar milli mill-biza'. 11. Tahrab kull hbiberija partikulari biex ma jigrix li billi thobb lil xi whud aktar minn ohrajn, tkun ta' skandlu ghalihom ilkoll. 12. Ha tfarrag lill-imnikktin, u tkun l-ahhar kenn ghal dawk li huma mhabbtin (Salm 31,7), biex ma jigrix li jekk jonqsu li jsibu fiha l-medicina tas-sahha, il-morda tad-disperazzjoni teghleb lil dawk li huma morda.

 

13. Ghandha tfittex li tkun bhas-Sorijiet f'kollox, imma l-aktar fil-knisja, id-dormitorju, fl-infermerija u fl-ilbies li tilbes; 14. il-Vigarja taghha wkoll ghandha taghmel l-istess.

 

15. Ta' l-ingas darba fil-gimgha l-Badessa ghandha tigbor is­-Sorijiet ghall-kapitlu. 16. Hemm, kemm hi u kemm is-Sorijiet jistqarru bl­umiltà n-nuqqasijiet komuni, u li jidhru, li jkunu ghamlu, u t-traskuragni li jkunu hatja taghhom. 17. Hemm ukoll titkellem ma' hutha dwar dak kollu li ghandu jsir ghall-gid u ghall-mixi 'l quddiem tal-monasteru. 18. Ghax spiss jigri li l-Mulej, dak li hu l-ahjar igharrfu lill-izghar wahda. 19. M'ghandu jsir ebda dejn kbir, jekk mhux bil-kunsens tas-Sorijiet kollha, u dan biss meta jkun hemm htiega kbira li tidher; id-dejn isir permezz tal­-prokuratur. 20. Il-Badessa u s-Sorijiet joqoghdu attenti li ma jahznu xejn fil-monasteru, 21. ghaliex minhabba f'hekk spiss jinqalghu inkwiet u skandli.

 

22. Biex tigi mharsa l-ghaqda tal-karità lejn xulxin u tal-paci, dawk kollha li huma responsabbli ta' xi ufficcju fil-monasteru ghandhom jintaghzllu bil-kunsens tas-Sorijiet kollha. 23 U bl-istess mod jintaghzlu tmien Sorijiet fost l-aktar ghaqlin, u l-Badessa ghandha tiehu l-parir taghhom f'dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' l-ghamla ta' hajja taghha. 24. Barra dan, meta xi darba jkun ahjar u aktar jaqbel, is-Sorijiet jistglzu ukoll, u ghandhom inehhu, 'l dawk li huma responsabbli ta' xi ufficcju u lid­-diskrieti, u jaghzlu ohrajn flokhom.

 

Il-Hames Kapitlu

Dwar is-silenzju, il-parlatorju u l-grada

 

1. Minn wara l-hin tal-Kumpieta sat-Terza, is-Sorijiet ghandhom izommu s-skiet, hlief dawk li jaqdu Barra mill-rnonasteru. 2. Ghandhom ukoll izommu dejjem is-skiet fil-knisja, fid-dormitorju u fir-refettorju huma u jieklu biss. 3. Fl-infermerija, izda, is-Sorijiet jistghu jitkellmu bil-qjies, biex ifarrgu u jaqdu lill-morda. 4. Huma jistghu jitkellmu dejjem ma' xulxin u kullimkien, biex jikkomunikaw bejniethom dak li hu ta' htiega, imma bi ftit kliem u b'lehen baxx.

 

5. Is-Sorijiet ma jistghux imorru jitkellmu fil-parlatorju jew fil­grada minghajr il-permess tal-Badessa jew tal-Vigarja taghha. 6. Dawk li jkollhom il-permess m'ghandhomx imorru jitkellmu fil-parlatorju jekk ma jkunx hemm maghhom prezenti zewg sorijiet li jisimghuhom. 7. M'ghandhomx imorru fil-grada jekk ma jkollhomx maghhom tliet sorijiet mahturin mill-Badessa jew mill-Vigarja minn fost dawk it-tmienja maghzula mis-Sorijiet kollha bhala kunsillieri tal-Badessa. 8. Il-Badessa. u l­Vigarja wkoll ghandhem iharsu din l-istess regola meta jmorru jitkellmu huma. 9. Fil-grada ghandhom imorru mill-inqas, u qatt ma ghandhom imorru jitkellmu fil-bieb.

 

10. Fil-grada, min-naha ta' gewwa, ghandu jkun hemm bicca drapp li titnehha biss waqt li tkun qed tigi mxandra l-Kelma ta' Alla, jew meta xi Soru tkun trid titkellem ma' xi hadd. 11. Ikun hemm ukoll bieba ta' l-injam li tissakkar b'zewg serraturi tal-hadd, firrolli u staneg, 12. l-aktar biex tinghalaq sewwa matul il-lejl; tkun tinqafel b'zewgt imfietah, li wiehed minnhom jinzamm mill-Badessa u l-iehor mis-sagristana; 13. u ghandha tibqa' dejjem maghluqa hlief waqt ic-celebrazzjoni ta' l-Ufficcju Divin, u ghar-ragunijiet li semmejna gabel.

 

14. Ebda wahda, ghall-ebda raguni, ma tista' tmur titkellem fil­grada gabel tlugh ix-xemx jew wara li tinzel.

 

15. Fil-parlatorju imbaghad, fuq in-naha ta' gewwa ghandu jkun hemm bicca drapp li m'ghandha titnehha ghall-ebda raguni. 16. Matul ir-­randan ta' San Martin u r-Randan il-Kbir, hadd ma jista' jmur jitkellmm fil-­parlatorju 17. hlief ghall-qrar ma' sacerdot jew ghal xi htiega ohra li tidher, u f'dan il-kaz imiss lill-Badessa, jew lill-Vigarja taghha, li taghmel gudizzju ghaqli dwar dak li ghandu jsir.

 

Is-Sitt Kapitlu

Dwar il-weghdiet ta' l-imqaddes Frangisku,

u dwar li m'ghandu jkollna xejn taghna.

 

1. Wara li l-Missier l-aktar gholi tas-smewwiet ghogbu jdawwalli 'l qalbi bil-grazzja tieghu, biex fuq l-ezempju u t-taghlim ta' l-imqaddes missier taghha Frangisku nibda naghmel il-penitenza, ftit taz-zmien wara l-­konverzjoni tieghu, jiena flimkien mas-Sorijiet tieghi, weghedtu l-ubbid­jenza.

 

2. Il-missier qaddis imbaghad, x'hin ra li ahna ma konna nibzghula mill-faqar, la mix-xoghol iebes, la mit-tbatija u la mill-umiljazzjoni jew tmaqdir tad-dinja, anzi li f'dan kollu konna nsibu hena kbir, imqanqal minn imhabba kbira ta' missier ghalina, kitbilna ghamla ta' hajja b'dawn il­kelmiet: 3. "Ghaliex intom, imnebbhin minn Alla, ghamiltu lilkom infuskom ulied u qaddejja tas-Sultan l-aktar gholi, il-Missier tas-sema, u tgharrastu ma' l-lspirtu s-Santu billi ghaiiltu li tghixu skond ma titlob il­-perfezzjoni tal-Vangelu Mqaddes, 4, jien irid u nwieghed li, kemm jien personalment, kif ukoll permezz ta' huti, nibqa' dejjem niehu hsiebkom kif imiss, u nuri lejhom, bhalma nuri lejhom stess, herga specjali". 5. Huwa zamm bir-reqqa kollha sakemm dam haj il-kelma li tana, u ried li hutu l­patrijiet jaghmlu bhalu wkoll.

 

6. U biex ma nitbeghedu qatt mill-faqar imqaddes li haddanna, la ahna u lanqas dawk li kellhom jigu warajna, ftit taz-zmien qabel ma miet rega' kitbilna mill-gdid l-ahhar rieda tieghu f'dawn il-kelmiet: 7. "Jiena, hukom ic-ckejken Frangisku; irrid nimxi fuq il-hajja u l-faqar ta' l-Aktar Gholi, il-Mulej taghna Gesu Kristu, u ta' l-Omm l-aktar qaddisa tieghu, u nibqa' miexi fiha sal-ahhar (Mt 10,22). S. U nitlob lilkom, sinjuri tieghi, u naghtikom ukoll dan il-parir: li tibqghu tghixu f'din il-hajja l-aktar qaddisa u fil-faqar. 9. U ghassu sewwa fuqkom infuskom, li minhabba t­taghlim u l-pariri ta' xi hadd, kien min kien, ma jiftlilkomx titbeghedu minn dan l-idejal".

 

10. U kif jiena, flimkien ma' huti, dejjem kont hergana li nhares dan il-faqar imqaddes li weghedna lill-Mulej Alla u lill-imqaddes Frangisku, 11. hekk ukoll il-Badessi li jigu warajja u s-Sorijiet l-ohra kollha ghandhom ihossuhom marbuta li jzommuh bla mittiefes sa l-ahhar. 12. Ghalhekk m'ghandhomx jaccettaw u anqas ikollhom bhala taghhom xi gid jew possedimenti jew propjeta, la f'isimhom u anqas f'isem xi hadd iehor, 13. u anqas ebda haga ohra li b'mod ragjonevoli tista' tissejjah propjeta, 14. hlief biss bicca art li tkun mehtiega ghall-uzu, u biex il-monasteru jkun maqtugh ghalih wahdu; 15. imma dik il-bicca art ghandha tinhadem biss bhala gnien ghat-tkabbir tal-hxejjex ta' l-ikel li jkollhom bionn.

 

Is-Seba’ Kapitlu

Dwar kif ghandhom jahdmu

 

1. Is-Sorijiet li l-Mulej tahom il-grazzja li jahdmu, ha jahdmu wara s-siegha tat-Terza, u japplikaw ruhhom f'xoghlijiet xierqa u li jservu ghall-gid ta' kulhadd, u jahdmu bil-qalb it-tajba u d-devozzjoni kollha, u biex hekk, waqt li jbeghedu minnhom il-ghazz, ghadu tar-ruh, ma jitfu fihom l-lspirtu tat-talb (1 Tess 5,19) imqaddes u tad-devozzjoni, lejhom kull haga mahluqa ghandha tressaq.

 

3. U l-Badessa jew il-Vigarja taghha ghandha tqassam lis-Sorijiet, fil-kapitlu quddiem il-komunita kollha, ix-xoghol li kull wahda minnhom ghandha taghmel b'idejha. 4. Ghandu jsir l-istess meta xi hadd jibghat il-karita, biex ilkoll jitolbu flimkien ghal min ikun baghatha. 5. Kollox jitqassam skond il-htiega mill-Badessa jew mill-Vigarja taghha bil-parir tad-diskrieti ghall-gid ta' kulhadd.

 

It-Tmien Kapitlu

Dwar li s-Sorijiet

m'ghandhom ikollhom xejn taghhom,

u dwar li jittalbu l-karità, u s-sorijiet morda

 

1. Is-Sorijiet m'ghandhom ikollhom xejn taghhom, la dar, la post u anqas ebda haga ohra, 2. izda bhala barranin u ghorba (Salm 38,13; 1 Pt 2,11) f'din id-dinja, jaqdu lill-Mulej fil-faqar u l-umiltà, u jibghatu jittalbu l-karità bil-fiducja. 3. U m'ghandhomx ghax jisthu, ghaliex il-Mulej sar fqir ghalina fuq din l-art. 4. Din hija l-quccata ta' l-oghla fagar, li ghamel minnkom huti l-aktar gheziez, werrieta u slaten tas-Saltna tas­Smewwiet; faqqarkom fil-hwejjeg li jghaddu, imma ghaniekom fil-virtù (2 Kor 8,9; 8,2; Mt 5,3;Lq 6,20). 5. Jalla dan ikun is-sehem tal-wirt taghhom li jwassalkom fl-art tal-hajjin (Salm 141,6). 6. Marbutin bis-shih mieghu, huti l-aktar gheziez, m'ghandkom tixtiequ li jkollkom xejn aktar fuq din l-art, ghall-imhabba tal-Mulej taghha Gesù Kristu, u ta' l-Omm l-aktar qaddisa tieghu.

 

7. Ebda soru ma tista' tibghat jew tircievi ittri, jew tibghat xi haga barra l-monasteru, tkun xi tkun, minghajr il-permess tal-Badessa. 8. U lanqas ma tista' izomm xejn jekk ma jkunx moghti lilha mill-Badessa jew bil-permess taghha. Jekk xi hadd minn tal-famiija jew ohrajn jibghatu xi haga lil xi soru, il-Badessa ghandha taghtihielha. 10. Kemm-il darba s-soru jkollha bzonnha hi, tista' tuzaha; jekk le, taghtiha bil-karità kollha lil xi soru li jkollha bzonnha hi. 11. Izda jekk jintbaghtulha flus, il-Badessa bil-parir tad-diskrieti ghandha tixtrilha dak li jkollha bzonn.

 

12. Dwar is-Sorijiet morda, il-Badessa hi fid-dmir li tara bil­herga kollha, hi stess jew permezz ta' Sorijiet ohrajn, x'jehtiequ waqt il­mard taghhom, kemm ghal dawk li huma pariri, kif ukoll dwar l-ikel u l-htigijiet l-ohra, 13. u tahseb tipprovdilhom bil-karità u b'qalb kbira, skond l-possibiltajiet tal-post. 14. Ghaliex ilkoll ghandhom jipprovdu u jaqdu lis-Sorijiet morda, bhalma jkunu jridu li jigu moqdija huma li kieku kellhom jimirdu huma stess. 15. Halli juru lil xulxin bil-fiducja l-bzonnijiet taghhom, 16. ghax jekk omm thobb u tmantni 'l bintha naturali, kemm u kemm aktar soru ghandha thobb u tmantni lil ohtha spiritwali!

 

17. Dawk li huma morda jistghu joqoghdu fuq saqqijiet tat-tiben u jkollhom imhaded tar-rix taht rashom; 18. u dawk li ghandhom bzonn kalzetti u saqqijiet tas-suf, jistghu juzawhom. 19. Meta s-Sorijiet morda jkollhom zjajjar minn dawk li jidhlu fil-monasteru, jistghu jwiegbu bi ftit kliem ta' edifikazzjoni lil dawk li jkunu jkellmuhom.

 

20. Izda s-Sorijiet l-ohra, ghad li jkollhom il-permess, m'ghandhomx jiehdu l-libertà li jitkellmu ma' dawk li jidhlu fil-monasteru jekk mhux fil-prezenza ta' zewg diskrieti li jkunu jisimghuhom, mahturin mill-Badessa jew mill-Vigarja taghha: 21. Il-Badessa u l-Vigarja wkoll ghandhom iharsu din id-drawwa meta jkollhom ghax jitkellmu ma' xi hadd.

 

Id-Disa’ Kapitlu

Dwar il-penitenza li tinghata

lis-Sorijiet li jidinbu,

u s-Sorijiet li jaghtu s-servizz taghhom

barra l-monasteru

 

1. Jekk xi soru, imxewxa mill-ghadu, tidneb bi dnub mejjet kontra l-forma tal-professjoni taghna, u wara li tkun giet imwissija ghal darbtejn jew tliet darbiet mill-Badessa jew minn Sorijiet ohra, 2. tibqa' ma tbiddilx hajjitha, hija ghandha tiekol hobz u ilma fl-art, fir-refettorju, quddiem is-Sorijiet kollha, ghal tant granet daqskemm tkun damet twebbes rasha. 3. U jekk il-Badessa jidhrilha li jkun hemm il-htiega, tista' tatiha piena ehrex. 4. Sadanittant, sakemm din is-soru ddum f'dan l-istat ta' ebusija ta' qalb, l-ohrajn ghandhom jitolbu ghaliha biex il-Mulej idawrilha qalbha ghall-penitenza.

 

5. Izda l-Badessa u s-Sorijiet ghandhom ibeghedu minnhom kull ghadab, u m'ghandhomx jithawdu minhabba n-nuqqas ta' xi wahda minnhom, 6. ghax l-ghadab u t-tahwid ifixklu l-karità fihom infushom u fl­ohrajn.

 

7. Jekk, allaharesqatt jigri li bejn soru u ohra, minhabba l-kliem jew xi ghemil, tinqala' okkazjoni ta' tahwid jew skandlu, 8. dik li kienet il-kawza ta' dan kollu, ghandha tmur bla telf ta' zmien, qabel ma toffri lill-Mulej il-qima tat-talb taghha (Mt 5,23), tinxtehet bl-umiltà gharkobbtejha quddiem l-ohra, titlobha mahfra, 9. u bis-semplicità kollha titlobha tidhol ghaliha quddiem il-Mulej biex jahfrilha. 10. L-ohra, imbaghad, tiftakar fil-Kelma tal-Mulej : "Jekk ma tahfrux lill-bnedmin il-htijiet taghhom, anqas Missierkom tas-sema ma jahfer lilkom il-htijiet taghkom" (Mt 6,15;18,35), 11. u tahfer b'qalb kbira lil ohtha l-offizi kollha li tkun irceviet minn ghandha.

 

12. Is-Sorijiet li jaqdu barra l-monasteru m'ghandhomx jiddawru hafna barra, jekk mhux ghax imgeghelin minn xi htiega li tidher. 13. Meta jkunu fit-triq ghandhom igibu ruhhom sewwa u jitkellmu ftit, biex ikunu dejjem ta' edifikazzjoni ghal dawk li jarawhom. 14. Ghandhom dejjem jaharbu kull relazzjoni jew laqghat ma' nies, li jistghu jqajjmu suspetti. 15. Lanqas ma jistghu jaghmluha ta' parrinijiet, la ta' rgiel u lanqas ta' nisa, biex minhabba okkazjonijiet bhal dawn ma jinqalax tgergir jew tahwid. 16. Lanqas ma ghandhom idahhlu fil-monasteru l-kliem fieragh tad-dinja, I7, u m'ghandhomx imorru jghidu barra dak li jinghad jew isir fil­-monasteru, li jista' jkun ta' skandlu. 18. Jekk xi soru, fis-semplicità taghha kellha tonqos f'dawn iz-zewg affarijiet, imiss lill-Badessa li bil-prudenza kollha tatiha l-penitenza bil-hniena. 19. lmma jekk tonqos bi drawwa hazina, il-Badessa, wara li tkun hadet il-parir tad-diskrieti, tatiha penitenza skond il-gravità tal-htija taghha.

 

L-Ghaxar Kapitlu

Dwar it-twissija u l-korrezzjoni tas-Sorijiet

 

1. Il-Badessa ghandha twissi u zzur lis-Sorijiet taghha, u tikkoregihom bl-umiltà u bil-karità, u m'ghandha qatt tqabbadhom jaghmlu xi haga li tmur kontra l-kuxjenza taghhom u l-forma tal-professjoni taghna. 2. Is-Sorijiet li huma sidditi imbaghad, ghandhom jiftakru li ghall-imhabba ta' Alla huma cahdu r-rieda taghhom. 3. Ghalhekk huma fid-dmir li jobdu lill-Badessa taghhom f'dak kollu li weghedu lill-Mulej li jobdu, u li ma jmurx kontra l-kuxjenza u l-forma tal­professjoni taghna. 4. Il-Badessa, min-naha taghha, ghandha tkun taf tmur tant tajjeb maghhom, hekk li huma jkunu jistghu jitkellmu u jgibu ruhhom maghha bhal sidien mal-qaddejja taghhom, 5. ghax hekk ghandu jkun, li l-­Badessa tkun il-qaddejja tas-Sorijiet kollha.

 

6. Inwissi imbaghad, u nheggeg lis-Sorijiet fil-Mulej Gesù Kristu, li jzommu ruhhom 'il boghod minn kull kburija, ftahir fieragh, ghira, xehha, hsibijiet u mhabba zejda lejn il-hwejjeg ta' din id-dinja (Lq 12,15;Mt 13,22;Lq 31, 34), tqassis u tgemgim, nuqqas ta' ftehim u firda. 7. Izda, ha jkunu dejjem hergana li jzommu bejniethom il-ghaqda tal-­imhabba lejn xulxin, li hija l-qofol tal-perfezzjoni (Kol. 3,14).

 

8. Dawk li ma jafux jaqraw u jiktbu m'ghandhomx ifittxu li jitghallmu, 9. izda ghandhom jixtiequ li jkollhom fuq kollox l-Ispirtu tal-Mulej u l-hidma qaddisa tieghu, 10. jitolbu dejjem b'qalb safja u jkollhom l-umiltà u s-sabar fit-tigrib u fil-mard; 11. ihobbu lil dawk li johduha kontra taghna, icanfruna u jixluna, 12. ghax il-Mulej ighid: henjin dawk li huma ippersegwitati minhabba s-sewwa, ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet (Mt 5,10), 13. u Min jibqa' jzomm shih sal-ahhar, dan isalva (Mt 10,22).

 

Il-Hdax-il Kapitlu

Dwar il-harsien tal-klawsura

 

1. Is-soru li tkun ghassa mal-bieb ghandha ikun mara matura fl­imgieba taghna u prudenti, u jkollha certa età. Matul il-jum hi toqghox hemm f'cella miftuha, bla bieb. 2. ghandha tinghatalha soru ohra maghha wahda li tkun tista' tiehu postha meta jkun mehtieg.

 

3. Il-bieb ghandu jkun maghluq tajjeb, b'zewg serraturi differenti tal-hadid, staneg u firrolli, biex, l-aktar bil-lejl, ikun jista' jissakkar tajjeb b'zewgt imfietah: 4. wiehed izzommu l-Badessa u l-iehor is-soru tal-bieb. 5. Il-bieb m'ghandu jithalla qatt minghajr ghassa matul il-jum, u jkun dejjem maghluq b'muftieh wiehed.

 

6. Jiehdu hsieb imbaghad, u jaraw bil-ghagal kollu li l-bieb ma jithalla qatt miftuh, hlief ghall-ftit hin tal-bzonn. 7. U m'ghandhomx jifthuh biex idahhlu 'l kull min ikun irid jidhol, imma biss lil dawk li jkollhom il-permess moghti lilhom mill-Papa u l-Kardinal protettur taghna. 8. Hadd ma jithalla jidhol fil-monasteru qabel tlugh ix-xemx, u lanqas jibqa' gewwa wara nzulha, hlief meta dan ikun mitlub minn bzonn bid-dieher u ragjonevoli, u ma jkunx jista' jsir mod iehor.

 

9. Jekk xi isqof ikollu l-permess iqaddes gewwa l-monasteru biex jaghti l-barka lill-Badessa jew biex jikkonsagra lil xi wahda mill-ahwa bhala soru, jew ghal xi raguni ohra, jikkuntenta li jdahhal mieghu nies u ministri mill-inqas, u dawn ikunu ta' fama tajba. 10. Jekk imbaghad ikun hemm bzonn li jidhlu fil-monasteru xi haddiema ghal xi bicca xoghol, il-Badessa tiehu hsieb li taghzel soru adattata ghal mal-bieb biex tiftah biss lill­haddiema, u 'l hadd izjed, 11, u ddahhal lil dawk li huma mqabbdin ghax-xoghol. I2. Is-sorijiet l-ohra ghandhom ifittxu b'ghaqal kbir li ma joqoghdux fejn jidhru minn dawk li jidhlu.

 

It-Tnax-il Kapitlu

Dwar il-Vizitatur, il-Kappillan u l-Kardinal Protettur

 

1. Il-Vizitatur taghna ghandu jkun religjuz ta' l-Ordni tal-Ahwa z-Zghar, skond ir-rieda u l-kmand tal-Kardinal taghna. 2. Ikun bniedem maghruf tajjeb ghall-hajja qaddisa tieghu. 3. Id-dmir tieghu jkun li jikkoregi, kemm fir-ras u kemm fil-membri, in-nuqqasijiet li jsiru kontra l­forma tal-professjoni taghna. 4. Hu joqghod f'post pubbliku, fejn jarah kulhadd, u jista' jitkellem ma' xi whud mis-Sorijiet flimkien, jew maghhom wahda wahda, kif jidhirlu li jaqbel l-ahjar, dwar il-hwejjeg li ghandhom x'jaqsmu ma' l-ufficcju tieghu ta' vizitatur.

 

5. Ghall-imhabba ta' Alla u tal-imqaddes Frangisku, nitolbu lill­istess Ordni l-pjacir li jaghtina kappillan u socju tieghu, it-tnejn ta' fama tajba, ghaqlija u prudenti, u zewgt ahwa lajci, li jhobbu l-hajja qaddisa u tajba, 6. biex ighinuna fil-faqar taghna, 7. kif l-imsemmi Ordni tal-Ahwa z-Zghar dejjem haseb jaghtina b'qalb mimlija mhabba ghalina. 8. Il­kappillan ma jistax jidhol wahdu fil-monasteru minghajr is-socju tieghu. 9. U meta jkunu gewwa ghandhom joqoghdu f'post pubbliku fejn jaraw lil xulxin, u fejn ikun jista' jarahom kulhadd. 10. Jistghu jidhlu ghall-qrar tal-morda li ma jifilhux imorru l-parlatorju, u biex iqarbnuhom, biex jaghtuhom id-Dlik tal-Morda, u jassistu maghhom fil-pont tal-mewt. 11. Ghall-funerali imbaghad, u ghall-quddiesa solenni tal-mejtin, kif ukoll ghat-thaffir u l-ftuh tal-qabar, jew it-thejjijiet ghad-difna, il-Badessa, skond il-gudizzju prudenti taghna, tista' taghti l-permess li jidhlu nies tas-sengha li jaghmlu dan ix-xoghol.

 

12. Barra dan, is-Sorijiet huma fid-dmir li jkollhom bhala gvernatur, protettur u dak li jikkoregihom lill-istess kardinal tal-Knisja Mqaddsa Rumana li l-Papa jkun hatar ghall-Ordni tal-Ahwa z-Zghar, 13. biex hekk, dejjem sudditi u taht ir-riglejn ta' l-istess Knisja mqaddsa, u shah fil-fidi (Kol 1,23) kattolika, inharsu ghal dejjem il-faqar u l-umiltà tal­Mulej taghna Gesù Kristu, u ta' l-Omm l-aktar qaddisa tieghu, u l-Vangelu Mqaddes, kif ahna bil-qawwa kollha weghedna. Amen.

 

Eghluq

 

14. Moghti f'Perugia, nhar is-16 ta' Settembru, l-ghaxar sena tal­Pontifikat tas-sinjur Papa Innocenz.

 

15. Hadd, ghalhekk, ma jista' jgib fix-xejn din il-kitba taghna ta' twettieq, jew bi hsieb hazin imur kontriha. 16. Jekk xi hadd ikollu l-hila jipprova jaghmel dan, ha jkun jaf li jaqa' taht il-qilla ta' Alla li jista' kollox u tal-qaddisin Appostli tieghu Pietru u Pawlu.

 

17. Moghti f'Assisi, nhar id-9 ta' Awissu, il-hdax-il sena tal­Pontifikat taghna.

◄◄|werrej|►►


mehud minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993

Assisi - 30.3.2003 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali