![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Il-Hajja ta' Santa Kjara 1193-1253 kitba ta' Sr Rose Therese Ellis OSC
Santa Klara twieldet fl-1193 gewwa l-belt ta' Assisi. Flimkien mal-kompatrijott taghha, Ssn Frangisk, kienet strument tajjeb f idejn Alla sabiex iggedded il-Knisja tieghu. Frangisku kellu hdax-il sena meta twieldet Santa Klara gewwa familja nobbli, bint il-kavallier Favarone di Offreduccio. Ommha is-Sinjura Ortolana kienet ukoll ta' demm nobbli, izda kienet iktar nobbli fil-grazzja; mara ta' fidi kbira li nisslet fl-ewwel bint taghha Klara, hniena lejn il-foqra u mhabba ghat-talb.
Dawn iz-zewg virtujiet ghamlu minnha nisranija vera u tefghu l-ewwel zerriegha ta' sigra kbira li kellha tikber iktar 'l quddiem u tifrex il-frieghi taghha ma' kullimkien bil-familja gdida ta' Sorijiet Klarissi li llum ilahhqu mal-20,000 imxerdin mad-dinja. Kibret u meta kellha 18-il sena, missierha u ommha 'riedu jzewguha lil xi kavallier kif kien jixraq in-nobbiltà taghha. Izda hija rriffutata. Klara kienet mathtufa mihn imhabba ohra. Sa minn kmieni inghatat lil Alla minn gewwa u kienet titlob sabiex juriha kif tista' tinghata lilu kollha kemm hi.
Tikkonsagra ruhha lil Alla
Minn xi zmien kienet semghet bi Frangisku dwar il-hajja gdida ta' faqar li beda jhaddan. Xi zghazagh marru jinghaqdu mieghu, fosthom il-kugin ta' Klara, Rufino. Hi wkoll bdiet tingibed lejn din il-forma ta' hajja evangelika. Bdiet tiltaqa' ma' San Frangisk flimkien mal-habiba talfamilja, Bona di Guelfuccio. F'dawn il-laqghat, San Frangisk kien juriha l-gmiel tal-vergnità u kemm hi haga sabiha li wiehed jikkonsagra lilu nnifsu lil Alla. Ghall-kliem herqan tieghu li ta' kull darba kien jimliha b'ferh kbir, iddecidiet li bhal San Frangisk tqassam gidha lill-foqra, tinza' minn kollox sabiex tilbes lii Kristu u tghix il-Vangelu.
Fuq il-parir tieghu, Klara tahrab mid-dar f'Hadd il-Palm tas-sena 1211 sabiex tmur fil-knisja tal-Porzjunkola fejn Frangisku u shabu kienu jistennewha bit-torci f'idejhom. Hemm f’riglejn l-altar tal-Madonna tikkonsagra ruhha lil Alla u wara li Frangisku jaqtaghilha xagharha, ilibbisha coqqa bhal tieghu forma ta' salib. Issa, Klara hija kollha kemm hi t'Alla u ghandha 'l Dak li dejjem xtaqet - l-Uniku u l-Oghla Gid.
Billi San Frangisk kien jaf bit-tempesta li kellha tqum millfamilja taghha meta jsiru jafu bil-harba ta' Klara, hadha ghand is-Sarijiet-Benedittini f'Bastia-hdejn Assisi. Fil-fatt meta saru jafu fejn qieghda, grew fejn dan il-monasteru biex ireggghuha lura. Izda Klara kienet taf xi trid, dejjem soda fid-decizjonijiet taghha. X'ghamlet? Qabdet ma' l-altar, nehhiet il-velu u wriethom xagharha maqtugh; sinjal tal-konsagrazzjoni u l-offerta lil Alla. Raw li kollox kien ta' xejn u ttallewha.
Fil-Monasteru ta’ San Damjan
Ghal xi raguni jew ohra; Klara ma setghetx iddum wisq f'dan il-monasteru ta' Sorijiet Benedittini, u San Frangisk sabilha monasteru iehor ta' Sant'Angelo di Panzo fis-Subasio. Hawn giet tinghaqad maghha ohtha, Katerina hi wara San Frangisk taha l-isem ta' Anjeze minhabba fil-kumbatt li kellha mal-familja taghha u li bhall-qaddisa Rurmana harget rebbieha. Fl-ahhar, San Frangisk seta' jiehu liz-zewg ahwa fil-post li hhu stess hejja ghalihom, il-monasteru ta' San Damjan. Tfajiiet ohra malajr gew jinghaqdu maghhom li ffurmaw l-ewwel nukleu tasSorijiet Fogra li iktar 'il quddiem bdew jissejhu "Sorijiet Klarissi” mill-isem ta' Klara.
F'dan il-monasteru ta' San Damjan, il-Kurcifiss kien kellem lil San Frangisk meta qallu: "Mur Frangisku, sewwi l-Knisja tieghi ghax kif tara qed tiggarraf. "Klara u s-Sorijiet taghha kellhom sehem minn din il-missjoni evangelika u billi jirriparaw id-dar tal-Mulej li hi l-Knisja, b'hajja ta' talb u tifhir lil Alla. Hekk twettqet dik il-profezija li San Frangisk kien ghamel fuq Klara u shabha meta kollu ferhan kien qed isewwi l-imsemmi monasteru u tela' fuq il-hajt u ghajjat b'lehen gholi: "Ejjew ghinuni nibni l-monasteru ta' San Damjan, ghaliex ghad jigu joqghodu fih nisa li bil-fama u l-hajja qaddisa taghhom ghad jaghtu glorja lill-Missier taghna tas-sema fil-knisja mqaddsa kollha tieghu (Testment 13-14).
Qalb wahda u ruh wahda
San Frangisk hieles bhal ghasfur kien jghix hajja itineranti fil-waqt li Klara ghazlet ghaliha hajja mohbija, 'il boghod mill-hsejjes tad-dinja sabiex tkun tista' toghdos fit-talb u l-kontemplazzjoni u twassal quddiem il-Missier permezz ta' l-Iben il-bzonnijiet tad-dinja. Din il-hajja kontemplattiva f'talb li qatt ma' jaqta' kienet tferrah lil San Frangisk. Xejn ma kien ibezzaghhom lil Klara u 'l shabha fil-mixja erojka li ghazlu ghalihom. Kien jarahom jghixu bhall-ewwel insara fejn kollox; kien ta' kulhadd, jaqsmu kollox bejniethom qalb wahda u ruh wahda. Kienu jahdmu b'idejhom u jerhu lilhom infushom fil-hsieb tal-Providenza t'Alla.
Meta ma kienx jista' jzurhom personalment, San frangisk kien jiktbilhom biljetti zghar fejn kien jinkuraggihom biex jibqghu jghixu l-hajja ta' faqar li ghazlu u jweghedhom li jibqa' jiehu hsiebhom. Santa Klara baqghet dejjem id-dixxipla fidila ta' San Frangisk u wara mewtu kienet hi li zammet fis-safa kollu taghha l-ispirazzjoni evangelika li rceviet minghandu.
Ghal Santa Klara li tghix bla xejn taghha kien bzonn kbir sabiex thossha solidarja ma' l-umanitù fqira tal-Iben t'Alla imnezza' min kollox fuq is-salib. Sabiex tiggarantixxi l-osservanza tal-faqar, titlob u takkwista mill-Papa Innocent III, il-"Privilegg tal-faqar" fis-sena 1216, li kien jiddistingwi l-Ordni tas-Sorijet Foqra mill-monakizmu tradizzjonali. II-Papa Girgor IX ried ihollha minn din it-rabta izda bl-akbar rispett u dejjem soda fil-ghazla taghha ghal Kristu, wegbitu: "Santità, ma nixtieq qatt li nkun mehlusa milli nimxi wara Kristu"
B'qalb fqira, Santa Klara ghamlet esperjenza ta' Kristu, dak li kien kollox ghaliha - l-Uniku Gid, l-Oghla Gid. Ghaliha HU kien, bizzejjed; anzi iktar minn bizzejjed, il-Kollox.
Bit-talb naffret it-truppi Misilim
Fis-skiet ta' San Damjan, il-ferh kien jimla l-granet taghha u b'dawk il-ghajnejn safja kienet tara f'kollox u f'kulhadd il-mahbub taghha Gesù Kristu. Kollox kien ikellimha fuqu. Kienet taqdih fis-sorijiet hutha billi tghinhom fil-bzonnijiet kollha taghhom u thobbhom b'imhabba ta' omm. Bin-nhar u bil-lejl kienet titlob quddiem it-Tabernaklu, tikkontempla - lil Gesù fl-Ewkaristija, timmedita fuq il-faqar u c-cokon tat-tarbija ta' Betlem imgezwer fi ftit hriegi u kienet ukoll devota tal-passjoni ta' Kristuu ta' l-Omm qaddisa tieghu, Hi li ghamlitu huna.
Fil-bzonnijiet materjali kienet tirrikorri ghand Alla u tfejjaq lis-sorijiet u lil kull min kien jigi ghandha bis-sinjal tas-Salib imqaddes. Fil-hajja taghha kollha talb u kontemplazzjoni, Santa Klara kienet kollaboratrici t'Alla stess u ghajnuna tal-membri dghajfa tal-Gisem ta' Kristu li hi l-Knisja. Ghalkemm maqtugha minn kulhadd fizikament, daqstant iehor kienet qrib ta' hutha bnedmin spiritwalment, tintercedi ghalihom u tfahhar lil Alla f’ isimhom u ghalihom.
Il-qawwa tat-talb taghha tidher l-iktar meta t-truppi Misilmin mikrija mill-Imperatur Federiku II akkakkaw il-kunvent ta' San Damjari. Klara daret lejn Gesù fl- Ewkaristija sabiex issib harsien u tablet: "Mulej, hares il-qaddejja tieghek li Int fdejt bid-Demm ghaziz tieghek” U semghet lehen bhal ta' tfajjel li qalilha: "Jien dejjem niehu hsiebkom:'-"Hares Mulej, ukoll din il-belt", kompliet titlob Klara. It-talba taghha dlonk instemghet ghax it-truppi slavag sfaxxew mirbuha bil-qawwa tal-fidi u l-imhabba ta' din il-mara qaddisa.
Dawl li baqa’ jiddi
Mit-tnejn u erbghin sena li Santa Klara ghexet; f'San Damjan, disgha u ghoxriri sena minnhom qattghethom marida fost il-provi kollha li kollha tghaddi minnhom, fosthom il-kumbatt tenaci sabiex tiddefendi r-Regola taghha li giet ikkonfermata biss lejlet il-mewt taghha.
Filghaxija tax-xahar ta' Awwissu taI-1253, fid-dormitorju fqir ta' San Damjan nisimghu l-lehen helu taghha: "Mur bla biza' ta' xejn, ruh tieghi, ghax ghandek gwida tajba ghat-triq. Dak li halqek, qaddsek ukoll. Huwa dejjem harsek u habbek bhalma omm thobb lic-ckejken taghha." U l-ahhar kelmiet taghha kienu: "'Tkun imbierek, Int Mulej, li hlaqtni."
Hekk fil-11 ta' Awwissu, S. Klara ghaddiet minn din id-dinja bhala dawl tassew li kellu jibqa' jiddi wara mewtha.
Sa minn znien Klara in-numru tas-Sorijiet Klarissi kien dejjem jikber u jixtered, Sahansitra waslu Malta wkoll. F'San Giljan, f’Regional Road; hemm grupp ta' nisa, li nhatfu mill-ideal ta' S. Klara li qeghdin jghixu hajja semplici u ta' tifhir lil Alla u ta' intercessjoni ghall- bzonnijiet ta' l-umanità kollha. Anki waqt ix-xoghol, xejn. m'ghandu jtellef jew jitfi l-ispirtu tat-talb li huwa l-ewwel apostolat taghna.
Hekk f'din it-talba kontinwa li hi hajjitna nlaqqghu l-umanità, kollha ma' Alla. Kull bniedem ghandu sehem mill-kant ta' tithir u talb ta' intercessjoni ta' kull soru Klarissa ghax ahna ninqatghu mid-dinja biex insiru iktar taghha billi nidhlu fil-qalbqta' Kristu minn fejn nilhqu kull membru tal-Gisem Mistiku tieghu.
Jalla tfajliet ohra jilqghu.l-grazzja ta' din is-sejha ghax kif tghidilna S. Klara:
"Fost il-grazzji kollha li rcevejna u li kuljum nircievu minghand il-benefattur taghna, il-Missier tal-hniena, u li ghalihom ahna fid-dmir li nroddulu hajr minn qalbna, l-ikbar wahda hija dik tal-vokazzoni taghna" (Testment, 2).
mehud minn artilku li deher fil-Lehen is-Sewwa, tas-Sibt, 7 ta' Awissu, 1993. Assisi - 25.3.2003
|
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |