![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Mumenti principali tal-Hajja ta' Santa Klara
1193 Klara bint Favarrone di Offreduccio di Bernardino u Ortolana twieldet fil-belt ta' Assisi. Frangisku kellu madwar hdax-il sena.
1198 In-nies ta' Assisi qamu u habtu ghar-Rocca Maggiore li kienet is-simbolu tal-qawwa ta' l-Imperatur.
1198-1205 Il-familja ta' Klara thalli Assisi biex issib kenn f'Coccorano f'Perugia.
1205 Il-Familja ta' Klara terga' lura Assisi.
1211 * 28 ta' Marzu, Hadd il-Palm filghodu Klara hadet sehem fil-celebrazzjoni liturgika fil-Kattidral ta' Assisi. Matul il-lejl Klara harbet mid-dar u marret fil-Knisja ckejkna tal-Porziuncola fejn kienu qed jistennewha Frangisku u l-Patrijiet. Hemm Klara nghatat kompletament lil Alla u Frangisku qatghalha xagharha bhala sinjal ta' konsagrazzjoni.
* nota: Dwar id-data tal-harba ta' Klara mid-dar nhar Hadd il-Palm m'hemm qbil. Skond l-atti tal-Process u l-Leggenda ta' Santa Klara kien il-Lejl tat-28 ta' Marzu 1211. Xi studjuzi ohra jzommu li d-data kienet dik tat-18 ta' Marzu 1212.
Klara tghix ghal ftit zmien fil-monasteru ta' San Paolo delle Abbadesse qrib Bastia u wara f'dak ta' Sant'Angelo di Panzo. Hawn inghaqdet maghha ohta Carterina li mbaghad hadet l-isem ta' Anjeze.
Frangisk irranga ma' l-isqof ta' Assisi biex Klara u l-ewwel sorijiet jingabru fil-Kunvent ta' San Damjan. Frangisku ta lil Klara u lis-sorijiet l-ewwel Ghamla ta' Hajja. In-numru ta' sorijiet beda jizdied u bdew jissejhu "is-Sorijiet Foqra ta' San Damjan".
1215 Klara mahtura Bedessa.
1216 Il-Papa Innocenz III jaghti il-Privilegg tal-Faqar lis-Sorijiet Foqra ta' San Damjan.
1218-1219 Klara u s-sorijiet jinghataw ir-Regola tal-Kardinal Ugolino. Il-Monasteru ta' San Damjan ezentat mill-gurisdizzjoni ta' l-isqof ta' Assisi.
1219 Anjeze, ohta Klara mahtura bhala Badessa f'Monticelli qrib Firenze. Waqt li Fra Filippo Longo jinhatar vizitatur tas-Sorijiet Foqra.
1224 Bidu ta' marda twila u qalila ta' Klara. F'Settembru dik is-sena Frangisku jircieva l-Pjagi.
1225 Frangisku tilef id-Dawl ta' ghajnejh, qatta' xi zmien f'San Damjan, fejn kkompona l-Ghanja tal-Hlejjaq.
1226 Omm Klara, Ortolana tinghaqad ma' uliedha u s-sorijiet ta' San Damjan. Frangisku jaghti l-ahhar twissijiet tieghu lil Klara u lill-hutha s-sorijiet.
3 ta' Ottubru, Frangisku jmut fil-Knisja ta' Santa Marija ta' l-Angli.
4 ta' Ottubru, Il-gisem ta' Frangisku jingieb San Damjan qabel id-difna fil-Knisja ta' San Gorg. Klara tara l-gisem mejjet ta' Frangisku ghall-ahhar darba.
1227 19 ta' Marzu, l-Kardinal Ugolino jinhatar Papa Girgor IX. Il-Papa Girgor jafda il-kura tas-Sorijiet Foqra taht il-harsien tal-Ministru General ta' l-ordni Frangiskan.
1228 Infetah monasteru f'Pamplona fi Spanja dan kien l-ewwel monasteru barra l-Italja. Fra Filippo jinhatar mill-gdid vizitatur tas-Sorijiet (1228-1246)
16 ta' Lulju, San Frangisk iddikjarat qaddis milll-Papa Girgor IX, l-ghada sar it-tqieghid u t-tberik ta' l-ewwel gebla tal-Bazilka ta' San Frangisk.
17 ta' Settembru, Il-Papa Girgor IX igedded il-Privilegg tal-Faqar.
1229 Oht Klara, Beatrice tidhol mas-sorijiet ta' San Damjan.
1230 Il-Gisem ta' San Frangisk mehud fil-Knisja gdida ddedikata ghalih mibnija minn Frate Elija.
1234 Qabel il-11 ta' Gunju, Klara tikteb l-ewwel ittra lil Anjeze ta' Praga.
1235 Klara tikteb it-tieni ittra lil Anjeze ta' Praga. Jinbaghatu l-ewwel sorijiet ta' Klara fil-Germanja u l-Boemja.
1238 Klara tikteb it-tielet ittra lil Anjeze ta' Praga.
1240 F'Settembru, t-truppi Saracini jahbtu ghall-monasteru. Klara tohrog quddiemhom bl-Gesù Ewkaristija f'idejha u t-truppi harbu.
1243 Wara il-mewt ta' Girgor IX jinhatar Papa Innocenz IV (1243-1254).
1247 6 ta' Awissu, Innocenz IV jaghti regola lis-Sorijiet Foqra. Klara bdiet tikteb ir-regola taghha msawwra fuq dik ta' San Frangisk.
1250 Il-marda ta' Klara tiggrava.
1252 8 ta' Settembru, il-Kardinal Rinaldo, Protettur jzur lil Klara f'San Damjan. Klara titolbu l-approvazzjoni tar-Regola taghha.
24-25 ta' Dicembru, Klara b'mod mirakoluz tassisiti minn San Damjan il-Quddiesa tal-lejl tal-Milied li kienet qed issir fil-Bazilka ta' San Frangisk fit-tarf l-iehor ta' Assisi.
1253 Anjeze, oht Klara terga' lura f'San Damjan. Klara tikteb ir-raba' ittra lil Anjeze ta' Praga.
27 ta' April, il-Papa Innocenz IV izur lil Klara f'San Damjan. Klara titolbu jipprovalha ir-Regola.
Klara tikteb it-Testment taghha. Klara kienet waslet qrib il-mewt.
Ghal bidu ta' Awissu il-Papa jerga' jzur lil Klara.
8 ta' Awissu, Klara kellha vizzjoni li fiha rat lis-Sultan tal-Glorja. Dak in-nhar filghaxija Swor Benvenuta kellha vizzjoni li fiha rat lill-Omm ta' Alla bil-qjattja ta' Angli magenb is-sodda tal-mewt ta' Klara.
9 ta' Awissu, Il-Papa Innocenz IV japprova r-Regola ta' Klara bil-Bulla Solet Annuere.
10 ta' Awissu, Wiehed mill-patrijiet iwassal il-Bulla tal-Papa u jaghtiha lil Klara li kienet waslet fil-punt tal-mewt. Klara tiehu ir-Regola f'idejha u tbusha. Ix-xewqa taghha kienet giet maqtugha.
11 ta' Awissu, Klara tmut fil-Monasteru ta' San Damjan u ruhha ttajret lejn is-sema.
12 ta' Awissu, il-Papa Innocenz mexxa il-quddiesa tal-funera. Klara indifnet fil-Knisja ta' San Gorg, fejn qabel kien midfun San Frangisk.
18 ta' Ottubru, l-Papa Innocenz IV hatar lil Bartolomeo, isqof ta' Spoleto, biex jigbor ix-xhieda dwar il-hajja u l-mirakli ta' Klara.
24-29 ta' Novembru, sar il-Process tal-Kanonizzazzjoni fil-monasteru ta' San Damjan u fil-knisja ta' San Paolo f'Assisi.
1254 Wara il-mewt ta' Innocenz IV inhatar Papa Alessandru IV (1254-1261)
1255 15 ta' Awissu, saret il-kanonizzazzjoni u Klara kient proklamata qaddis mill-Papa Alessandru IV fil-Kattidral ta' Anagni.
1260 Sar it-translazzjoni tal-gisem ta' Santa Klara ghall-knisja l-gdida mibnija f-qieh il-Qaddisa. Is-sorijiet Klarissi hallew san Damjan u bdew jghixu qrib il-gisem ta' Klara fil-Protmonasteru f'Assisi. migbur minn Fr Thomas Calleja ofmconv Assisi 31.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |