![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Il-Privilegg tal-Faqar (1228) moghti mill-Papa Girgor IX
1. Girgor, isqof, qaddej tal-qaddejja ta' Alla, lill-mahbubin uliedna fi Kristu, Klara u l-qaddejja l-ohra ta' Kristu migburin fil-knisja ta' San Damjan ta' l-episkopat ta' Assisi, sahha u barka apostolika.
2. Bhalma digà deher, intom ghandkom ix-xewqa herqana li tinghataw lill-uniku Mulej, u chadtu ghal kull xewqa ta' il-hwejjeg ta' din id-dinja; 3. ghaldaqstant, intom ridtu tbieghu u tqassmu kollox lill-foqra (Lq 18,22), u twieghdu li ma jkollkom xejn taghkom, halli b'hekk tibqghu maghqudin u timxu fuq il-passi (1 Pt 2,21;2 Kor 8,9) ta' dak li ghalina sar fqir, hu li hu Triq, Verità u Hajja (Gw 14,6); 4. u minn din il-weghda l-ebda nuqqas ta' hwejjeg ma jreggaghkom lura; 5. l-id ix-xellugija ta' l-gharus tas-sema tinsab tabt raskom (Ghan 2,6; 8,3.6) biex isostni d-dghufija ta' gisimkom, li intom qieghdtu taht il-ligi ta' l-ispirtu b'karità meqjusa. 6. Ibqghu zguri li Dak li jitma l-ghasafar ta' l-ajru u jlibbes il-gilji tar-raba' (Mt 6,26-28), mhux se jonqos li jipprovdilkom l-ikel u l-ilbies, sakemm jghaddi jaqdikom (Lq 12,37) hu innifsu fl-eternità, jigifieri meta l-id il-leminija tieghu thaddankom fil-milja tal-vizjoni tieghu. 7. Ghaldaqstant, bhalma tlabtuna, nikkonfermaw il-proponiment taghkom ta' l-oghla faqar (2 Kor 8,2) bil-favur apostoliku, filwaqt li naghtukom id-dritt, bl-awtorita ta' din il-kitba, li ma tistghux tigu mgieghlin minn hadd li tircievu proprjetà.
8. Ghaldaqstant mhu lecitu ghal hadd li jmur kontra dan id-dokument tal-koncessjoni taghna jew li jiksruh b'mod temerarju. 9. Jekk xi hadd ifettillu jaghmel hekk, ghandu jkun jaf li jaqa’ taht il-korla ta' Alla li jista' kollox u ta' l-appostli qaddisa tieghu Pietru u Pawlu.
10. Moghti f’Perugia, fil-hmistax tal-kalende ta' Ottubru, fit-tieni sena tal-Pontifikat taghna (=Id-data hi s-17 ta' Settembru 1228).
mehud minn: Klara ta' Assisi: Ghejun Medjevali dwar Hajjitha, traduzzjoni Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 29.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |