![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Process ta' Kanonizzazzjoni ta' Santa Klara (1253) Il-Papa Innocenz baghat Ittra Appostolika lill-Isqof ta' Spoleto, u riedu jistharreg bil-ghaqal kollu u jaghmel it-tiftix mehtieg dwar il-hajja, il-konverijoni u l-imgieba ta' Santa Klara, u wkoll dwar il-mirakli li ghamlet, kif jidher f’din il-Bolla:
L-Atti tal-Process tal-Kanonizzazzjoni ta' S. Klara jifthu bil-bulla Gloriosus Deus ta' Innocenz IV (18 ta' Ottubru 1253), miktuba lill-Isqof Bartolomeo Accorombani ta' Spoleto (1236-1271). Permezz ta' din il-bulla l-Papa jordna lill-Isqof biex jibda l-Process kanoniku ta' Klara t'Assisi, bis-smiegh tax-xhieda skond formularju prestabilit. Ilbulla Gloriosus Deus ghadha konservata fl-original latin fl-arkivju tal-Protomonasteru ta' S. Klara f Assisi. L-Atti tal-Process waslu ghandna fid-djalett antik ta' l-Umbria.
F'Isem il-Mulej Gesù Kristu. Amen.
Jien, Bartolomeo, Isqof ta' Spoleto, ircevejt minghand il-Qdusija Tieghu, missierna, is-Sinjur Papa Innocenz IV, b'dan il-kliem, jigifieri:
Il-Bolla tal-Papa Innocenz IV lil Bartolomeo, Isqof ta' Spoleto
Innocenz, Isqof, Qaddej tal-qaddejja ta' Alla, lilt-meqjum Huna Bartolomeo, Isqof ta' Spoleto, sahha u barka appostolika.
Glorjuz hu Alla fil-qaddisin tieghu, Hu li wahdu jaghmel u jwettaq hwejjeg kbar u tal-ghageb. Wara li jkunu temmew il-girja tagnhom u ghaddew minn din il-hajja, lill-fidili tieghu jaghmilhom maghrufa b'hafna modi u sinjali tal-ghageb, u jaghzilhom biex jiehdu bhala hlas l-oghla glorja u l-premju tal-hena tal-genna. Dan jaghmlu biex meta jsiru maghrufa s-sinjali, l-ghegubijiet u x-xhieda ta' tant u tant grajjiet meraviljuzi - dawn huma possibli li jsiru biss bil-qawwa ta' Alla, Wiehed fit-Trinità u Tlieta fl-Unita - tkun tidher il-qawwa ta' l-Aktar Gholi u Ismu kbir u tal-ghageb, ikun adurat hawn fl-art bl-akbar qima, il-hakma tieghu tibqa' ghat dejjem, u l-maestà tal-ghageb tieghu tkun proklamata fil-gholi.
Imxennqa ghal dawn il-premjijiet li huma ta' min jixtieqhom, Klara, ta' tifkira hienja, li kienet badessa tas-Sorijiet Klawstrali ta' San Damiano, tat widen ghall-kliem il-Profeta: "Isma', binti, hares u aghti widen; insa lil gensek u 'l dar missierek, ghax is-Sultan hu mxennaq ghal sbuhitek" (Salm 45,11-12). Hija tefghet wara spallejha l-hwejjeg li jidbielu u jghaddu, u harset 'il quddiem; waqt li nsiet ghal kollox il-hwejjeg ta' wara, bil-hena u lqalb it-tajba, tat widen ghall-konversazzjoni qaddisa.
Ma hallietx wisq zmien jghaddi u lanqas ma tnikkret filli tgieghed malajr fil-prattika l-kliem li hadet gost tisma', izda minnufih cahdet lilha nnifisha, lill-genituri u lil qrabatha, u dak kollu li kellha, Digà tfajla zaghzugha u matura fis-Saltna ta' Alla, hija ghazlet u hadet b'Gharus taghha lil Gesù Kristu, il-Fqir, is-Sultan tas-slaten. Inghatat Lilu kollha kemm hi, b'ruhha u gisimha, fi spirtu ta' umiltà, u wieghditu, bhallikieku dawn kienu d-dota taghha, dawn iz-zewg affarijiet partikulari: it-rigal tal-faqar u l-vot tal-kastità verginali.
Hekk, il-gharusa pura nghaqdet fit-tghannieqa mixtieqa ta' l-Gharus Vergni taghha. Mis-sodda tal-verginità bla mittiefsa hareg nisel pur u fertili, li jghaggeb lil kulhadd. Dan in-nisel, taht il-fwieha tat-tahrig qaddis taghha u ghall-imhabba, ghall-professjoni li taghti s-sahha, qed jinfirex ma' kull parti tad-dinja, bhal sigra tas-sema li taghti frott kotran ghal Alla.
Din hi dik il-gharusa li meta kienet ghadha tghix, kienet mejta ghad-dinja, Hija ghogbot lil Alla l-Aktar Gholi bix-xewqat u l-ghemejjel tajba u lvirtujiet taghha; kienet dejjem tara kif taghmel biex tehda fit-twettieq ta' hwejjeg qaddisa. Sa minn dakinhar li mietet ferhana, anzi wkoll qabel ma halliet din il-hajja li tintemm bil-mewt, fil-hniena kbira tieghu, Alla li jista' kollox, li fil-kotra ta' tjubitu jippremja l-gid kollu li jsir: din it-tjubija tghaddi bil-bosta l-merti u x-xewqat ta' dawk li jitolbuh. Hu, biex Ismu l-qaddis jitgholla ghal dejjem, u ghall-intercessjoni tal-merti kbar tal-vergni Klara, jinghad li qed jaghmel hafna beneficcji ma' dawk li jitolbuh, u li fuq l-art ukoll qed jaghmel hafna mirakli ta' kull xorta permezz taghha u ghat-talb taghha.
Jixraq, ghalhekk, u tkun haga flokha li fil-Knisja militanti tkun meqjuma dik li, ghall-hniena ta' Alla, jinghad li ghamilha meqjuma mill-fidili tieghu ghad-doni tal-grazzja ta' din ix-xorta, u l-mirakli li saru permezz taghha. Ghaldaqstant, nordnawlek, ghaziz Huna, permezz ta' din l-Ittra Appostolika taghna, li taghmel it-tiftix mehtieg dwar il-hajja, il-konverzjoni u l-imgieba taghha; tindaga sewwa u bil-ghagal kollu dwar il-mirakli li jinghad geghdin isiru, u c-cirkustanzi taghhom biex issir maghrufa l-verità taghhom. Imxi fuq dawn il-mistogsijiet li qed nibghatulek flimkien ma' din il-Bolla. Dak kollu li jirnexxilek issib dwar dawn l-affarijiet, hu hsieb li tibghathomlna bis-sigill tieghek, u kollox ikun miktub minn idejn inNutar biex it-ruh ta' dik li hafna jemmnu li digà qieghda tithenna fis-sema, imzejna bl-istola ta' l-immortalità, f’din id-dinja wkoll tkompli tinghata ittifhir xieraq mill-kotra ta' l-erwieh gusti.
Moghtija f’San Gwann tal-Lateran, fit-tmintax ta' Ottubru, elf mitejn u tlieta u hamsin, il-hdax-il sena tal-pontifikat taghna.
Ghalhekk jien, 'il fuq imsemmi Bartolomeo, mort personalment fil-monasteru ta' San Damiano u hadt ix-xhieda dwar il-hajja, il-konverzjoni, l-imgieba u l-mirakli tat-tifkira qaddisa tas-Sinjura Klara, li qabel kienet ilbadessa tal-monasteru ta' San Damjan. L-ismijiet u d-dettalji ta' dawk li taw ix-xhieda taghhom huma miktubin hawn taht:
Xhud - 1: Is-Sinjura Pacifica, bint Guelfuccio di Assisi. Xhud - 2: Is-Sinjura Benvenuta da Perugia. Xhud - 3: Is-Sinjura Filippa, bint Messere Leonardo de Gislerio. Xhud - 4: Is-Sinjura Amata, bint Messer Martino de Corozano. Xhud - 5: Is-Sinjura Cristiana, bint Messere Cristiano de Parisse. Xhud - 6: Is-Sinjura Cristiana,bint Bernardo da Suppo. Xhud - 7: Is-Sinjura Benvenuta, bint Oportulo de Alessandro. Xhud - 8: Is-Sinjura Francesca, bint Messere Capitaneo de Coldimezzo. Xhud - 9: Is-Sinjura Beatrice, bint Messere Faverone de Assisi, oht Santa Klara. Xhud -10: Is-Sinjura Cecilia da Spello. Xhud -11: Is-Sinjura Balvina, bint Messere Martino da Corozano. Xhud -12: Is-Sinjura Agnese, bint Messere de Oportulo. Xhud -13: Is-Sinjura Lucia da Roma.
Dawn kollha kemm huma sorijiet tal-Monasteru ta' San Damjan, u hadu l-gurament li jghidu l-verità dwar il-hajja, il-konverzjoni, l-imgieba u lmirakli ta' Santa Klara. Kienu prezenti wkoll dawn ix-xhieda:
Leonardo, Arcidjaknu ta' Spoleto Jacobo, Arcipriet ta' Tervi Leo, Angelo u Marco, Patrijiet Minuri u n-Nutar, is-sinjur Martino.
Fil-prezenza tal-meqjum Missier, is-Sinjur Bartolomeo, Isqof ta' Spoleto. mehud minn: Klara ta' Assisi: Ghejun Medjevali dwar Hajjitha, traduzzjoni Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1993 Assisi - 29.3.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |