Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Bulla tal-Kanonizzazzjoni ta' Santa Klara (1255)


 

Alessandru, Isqof, qaddej tal-qaddejja ta’ Alla,

lil-meqjuma hutu, arcisqfijiet u isqfijiet,

sahha u barka Apostolika.

 

1. Klara, kollha dawl bil-merti jiddu taghha, fis-sema tiddi bid-dija ta’ l-ghageb tal-glorja, u fuq l-art bid-dija ta’ mirakli tassew kbar. Hawn fuq l-art l-Ordni awstier u gholi mwaqqaf minn din Klara jxerred ma’ kullimkien dawl mill-isbah, u hemm fuq fis-sema l-kobor tal-premju etern taghha jxerred raggi ta' dawl li jghaxxqek; is-setgha tieghu tghammex lill-bnedmin li jmutu b'mirakli tassew eccezzjonali.

 

Lil din Klara hawn fl-art gie moghti l-Privilegg ta' l-oghla faqar, u fis-se­ma lilha wkoll inghatat bi hlas kotra ta' tezori li m'hawnx prezzhom. Lil din Klara l-kattolici jaghtuha qima kullimkien, u juruha l-ikbar gieh. Lil din Klara l-ghemejjel tassew ta' l-ghageb li ghamlet zejnuha hawn fuq hawn fuq, waqt li l-milja tad-dawl divin jaghmilha leqqiena fis-sema, u l-mirakli li hija ghamlet juruha bhala li hi tassew ta' l-ghageb f’ghajnejn il-popli nsara.

 

2. O Klara moghnija b'titli kotrana ta' safa! Qabel il-konverijoni tieghek int kont tabilhaqq safja, sirt aktar safja meta biddilt hajtek, u bil-hajja ­li ghext fil-monasteru terga' sirt aktar maghrufa ghas-safa tieghek; fi tmiem il-girja tal-hajja ta' issa dehirt leqqiena b'safa tassew ta' l-ghageb!

 

Minn din Klara lehhet fuq id-dinja l-mera safja ta' l-ezempju; fil-hena tas-sema hija ziedet il-gilju jfewwah tal-verginità taghha, u hawn fuq l-art tinhass il-ghajnuna tal-harsien taghha.

 

3. O safa ta' l-ghageb ta' Klara l-hienja li, aktar ma wiehed jgharbel bir-reqqa wahda, wahda l-grajjiet taghha, aktar isibha leqqiena f’kull wahda minnhom! Kienet tilma b'dija mill-isbah meta kien ghadha fid-dinja, imma meta haddnet il-hajja religjuza saret bil-wisq aktar leqqiena. F’dar missierha iddiet bhal ragg ta' dawl, imma fil-monasteru xeghlet bhal berqa. Matul hajjitha tefghet dawl sabih, izda issa li mietet ixxerred ma' kullimkien dawl ta' l-ghageb. Hawn fuq l-art kienet dawl safi, mis-sema tarmi dija meraviljuza.

 

4. O kemm hi qawwija s-sahha ta' dan id-dawl, u x'qawwa li tghammex ghandha din il-ghajn hekk safja! Tabilhaqq, dan id-dawl kien maghluq bejn il-hitan ta' monasteru, u b'danakollu xerred barra minnhom raggi jghammxuk bid-dawl taghhom. Kien migbur fid-djuq ta' monasteru, u xorta wahda xxerred ma' kullimkien fid-dinja. Inzamm gewwa, u l-lehha tieghu griet barra ma' kullimkien. Klara kienet izzomm is-skiet, imma l-fama taghha kienet tghajjat. Inhbiet fil-kenn ta' cella, izda xxandret fl­-ibliet.

 

5 Xejn m'ghandna ghax nistaghgbu b'dan! Kif seta' dawl ihaggeg bhal dan, dawl hekk leqqien, jinheba bla ma jxerred id-dija tieghu u jarmi dawl sabih f’dar il-Mulej (Mt 5,14.15). U lanqas ma setghet tinzamm mohbija garra mimlija b'kull xorta ta' fwejjah bla ma timla bir-riha taghha li tghaxxqek dar il-Mulej. Fil-fatt gara li fid-djuq tas-solitudini fejn kienet maghluqa, Klara tathnet b'mod ahrax l-alabastru ta' gisimha, u l-bini kollu tal-Knisja mtela' bil-fwieha ta' qdusitha (Gw 12,3;Mt 26,7).

 

6. Tabilhaqq, meta kien ghadha daqsxejn ta' tfajla, sa minn zoghritha rat kif ghamlet biex titwarrab b'heffa minn din id-dinja fragli w impura, u tghaddi mill-moghdija tas-safa. Klara harset dejjem bla mittiefes it-tezor ghaziz tal-verginità taghha, u iddedikat rurha ghall-ghemejjel ta’ karità u ta' tjieba. Hekk il-fama taghha, fama li tassew toghgob u ta' min ifahhruha, saru jafu biha kemm dawk tal-qrib kif ukoll dawk tal-boghod. L-imqaddes Frangisku wkoll sama' it-tifhir tal-fama taghha, u dlonk beda jheggigha u jhajjarha biex taqdi lil Kristu b'mod perfett.

 

 

7. Klara, min-naha taghha, laqghet bil-qalb it-twissijiet tieghu u  filwaqt li xtaqet b'herqa li tichiad ghal kollox id-dinja u l-gid ta' l-art  biex tkun tista' taqdi lill-Mulej waadu fil-faqar li ghazlet minn rajha, kif appena setghet, ghamlet minn kollox biex xewqitha ssehh. Fl-ahhar, ggalhekk biex tqieghed lilha nnifisha u kull ma kollha ghas-servizz ta' Kristu, bieghet gidha kollu, u qassmitu karità biex tghin lill-foqra (Lq 12,33).

 

8.  Biex tahrab mill-frattarija tad-dinja, erhitilha fejn daqsxejn ta’ knisja fil-kampanja, fejn kien qed jistenniha biex jilqaghha l-istess imqaddes Frangisku, u hadet minn idejh it-tonsura; minn hemm, imbaghad, marret fi knisja ohra. Niesha ghamlu minn kollox biex johduha lura maghhom, imma kien kollu ghal xejn. Klara qabdet ma' l-artal, u filwagt li ggranfat mat-triehi ­ta' fuqu, kixfet rasha u wriethom xagharha maqtugh. Lil niesha waqfitilhom bil-qawwa kollha, imma fehmitha ma biddlithiex. Ghax issa li b'qalbha kollha kienet inghaqdet ma' Alla, ma riedet thalli lil hadd jahtafha u jwarrabha mis-servizz tieghu.

 

9. Fl-ahhar, imbaghad, meta l-istess Frangisku hadha fil-knisja ta' San Damjan barra l-belt ta' Assisi, il-belt fejn kienet twieldet, il-Mulej baghatilha hafna shab ohra biex flimkien juru mhabba fejn Ismu, u bla heda jaghtuh il-qima li tixraqlu. Kien minn hawn li l-maghruf u qaddis Ordni ta’ San Damjan, illum imxerred ma' kullimkien fid-dinja, ha l-bidu qaddis tieghu. Kien hawn li Klara, imhegga mill-imqaddes Frangisku nnifsu, tat bidu ghal din l-osservanza gdida u qaddisa. Kienet hi s-sies ewlieni u sod ta’ dan l-Ordni kbir, u l-gebla tax-xewka li fuqha nbena dan il-bini gholi.

 

10.  Nobbli minn nisilha, imma bil-wisq aktar nobbli bil-hajja li ghexet taht il-harsien ta' din ir-Regola ta' qdusija, Klara zammet boghod minn kull tahsir il-verginità taghha li hija gharfet tghasses tajjeb sa mill-bidu. Aktar ‘l quddiem Ortolana, ommha, mara moghtija ghall-ghemejjel ta' tjieba, imxiet fuq il-passi ta' bintha, u hija wkoll thaddnet dan l-Ordni. Kien fih ukoll li din il-"gardinara" tabilhaqq tas-sengha, nisslet fi gnien il-Mulej pjanta bhal din, u hienja temmet jiemha. Wara xi ftit tas-snin, Klara qaghdet ghal dak li nsista fuqu b'sahha Frangisku, u hadet f’idejha t-tmexxija tal-monasteru u ta' hutha.

 

11.  Kienet din tabilhaqq is-sigra gholja u mill-aqwa, bil-frieghi taghha mifruxin fil-wisgha (Dan 4,8) li fil-ghalqa tal-Knisja tat il-frott bnin tar-­religjon, u li ghad-dell li jhennik taqtiha grew minn kullimkien hafna wlied tal-fidi biex iduqu dan il-frott (Ghan 2,3) u ghadhom jigru llum ukoll. Din kienet il-vina l-gdida fil-Wied ta' Spoleto li minnha target ghajn gdida ta' ilma mehtieg qatigh (Est 10,6) ilma li jaghti l-hajja u jaghmel il-gid lill-erwieh (Gherf 3,13). Din il-ghajn, issa, infirxet f’ghadd gmielu ta' nixxighat fl-inhawi kollha tal-Knisja, u qed isaqqu l-imxietel tar-religjon (Est 11,10).

 

12.  Klara kienet il-kandelabru gholi (Ez 25,31;26,1) tal-qdusija li dawwal b'dawl qawwi t-tinda tal-Mulej (Lhud 9,2), u li ghad-dija ta' l-­ghageb tieghu haffu u ghadhom jghagglu qtajja bla ghadd biex minnu jixeghlu l-imsiebah taghhom (Mt 25,7). Iva, kienet hi li fil-ghalqa tal­-fidi hawwlet u kkultivat il-ghalqa tad-dwieli tal-faqar li minnha jingabar il­-frott kotran u ghani tas-salvazzjoni. Fl-artijiet tal-Knisja Klara hadet hsieb tikkultiva l-gnien ta' l-umiltà, u thawwel fih hafna pjanti li kienu nieqsa; fih, issa, hemm kotra kbira ta' virtujiet. Fid-distretti tar-religjon hija bniet il-­fortizza ta' l-astinenza rigoruza, u minnha jitqassam kotran l-ikel li jghajjex il-hajja spiritwali.

 

13.  Klara kienet l-ewwel wahda fost il-foqra, il-gwida ta' l-umli, il­ghalliema tas-safja u l-badessa tal-penitenti. Hija mexxiet il-monasteru u l-­familja li kienet tghix fih, afdata fi hsiebha, Mexxiet b'herqa u b'ghaqal kbir fil-biza' tal-Mulej u s-servizz tieghu, u harset b'mod shih l-osservanza ta' l-­Ordni. Kienet tghasses b'attenzjoni kbira, kollha herqa fil-qadi ta' dmirha; minn ta' quddiem filli turi moghdrija, turi wkoll dehen fiz-zamma tas-skiet u maturità meta jkollha ghax titkellem; prudenti ghall-ahhar f’kull ma ghandu x'jaqsam mat-tmexxija perfetta. Kienet aktar xewqana li taqdi milli tikkmanda, u tqim hi lill-ohrajn aktar milli tfittex li tkun meqjuma minnhom hi.

 

14.  Hajjitha kienet skola ta' gherf u taghlim. Kien minn dan il-ktieb tal-hajja (Apk 21,27) li l-ohrajn tghallmu kif ghandhom jghixu, u f’ din il-mera tal-hajja l-ohrajn kollha raw il-moghdijiet tal-hajja. B'gisimha kienet pellegrina hawn fuq l-art, imma bl-ispirtu taghha kienet tghammar fis-sema. Klara kienet il-garra ta' l-umiltà, l-armarju tal-kastità, il-hlewwa tat-tjubija, il-fortizza tas-sabar, il-medjatrici tal-paci u l-holqa li tghaqqad fl-imhabba lil hutha: gwejda fi kliemha, helwa f’ghemilha, ta' min ihobbha u jiehu gost biha f’ kollox.

 

15.  Biex hija u tghakkes lil gisimha tissahhah fl-ispirtu - ghax isir aktar qawwi dak li l-ghadu tieghu jiddghajjef - il-qiegha ta' l-art kienet is-sodda taghha, u xi drabi ftit zkuk; rasha kienet isserrahha fuq bicca ghuda iebsa. Kienet tikkuntenta b'tonka wahda u mantell maghmul minn drapp irhis, rozz u jxewwek. B'lbies umli bhal dan kienet tghatti 'h gisimha, u xi drabi kienet tilbes tahtu, imiss mal-laham, cilizju jniggez, minsug mix-xaghar taz-ziemel. Ikel u xorb kienet tiehu kemm, kemm titrejjaq, u s-sawm taghha kien hekk ahrax li, ghal zmien twil, tlett ijiem fil-gimgha, jigifieri, it-Tnejn, l­-Erbgha u l-Gimgha, l-ikel lanqas biss kienet tmissu ma' halqha. Fil-granet l-­ohra wkoll, l-ikel li kienet idduq kien hekk ftit, li l-ohrajn kienu jistaghgbu kif kienet iziomm hajja b'dik it-teftiefa li kienet tiehu.

 

16.  Kienet ukoll tishar u titlob bla waqfien (2 Kor 11,27); hekk kien tghaddi l-bicca l-kbira tal-jum u l-lejl. Fl-ahhar, imbaghad, imfarrka mill-mard fit-tul li garrbet, lanqas biss kienet tista' tqum wahidha biex taghmel xi xoghol. Hutha kienu jghinuha tqum, u jqieghdulha rfid wara daharha biex tkun tista' taghmel xi xoghol b'idejha (1 Kor 4,12); lanqas wagt il-mard ma riedet toqghod ma taghmel xejn! Mid-drapp li b'sengha kienet tinseg, imbaghad, kienet trid li jsiru hafna korporali ghas-sagrificcju ta' l-altar, u jitqassmu fil-knejjes kemm tal-pjanura kif ukoll ta' l-gholjiet ta' Assisi.

 

17.  Izda fuq kollox, Klara kienet il-habiba li b'imhabba kbira kienet tikkultiva l-faqar: tant rabtet qalbha mieghu b'herqa li tghixu, li waqt li ssahhet fl-imhabba lejh u haddnitu b'hegga akbar, ghall-ebda raguni ma riedet tinfired mit-tghanniqa marsusa u helwa tieghu. B'ebda mod hadd ma seta' jipperswadiha u jqieghelha taccetta li l-monasteru taghha jkollu l-­proprjeta, minkejja li l-Papa ta' qabilna, Girgor IX, ta' tifkira hienja, bil­-qalb tajba tieghu, ried jahseb ghall-bzonnijiet ta' dak il-monasteru, u xtaq jaghnih bi proprjetà li tkun bizzejjed u xierqa ghall-ghixien tas-Sorijiet.

 

18.  Issa, billi ebda dawl kbir u li jiddi ma jista' jinzamm mohbi bla ma jferrex il-lehha tieghu, hekk ukoll meta kienet ghadha hajja, il-qawwa ta' Klara dehret tleqq bil-hafna mirakli ta' kull xorta li ghamlet. Hekk lil wahda mis-sorijiet ta' l-istess monasteru radditilha l-vuci li ghal zmien twil kienet ghoddha tilfet ghal kollox. Lil Soru ohra, li lsienha kien zamm ghal kollox, tatha lura l-kelma. Lil wahda ohra fethitilha widnejha biex tisma' mill-gdid. Bis-sinjal tas-salib li raddet fuqhom, Klara helset lil Soru mahkuma mid­-deni, fejqet ohra li kienet minfuha bil-marda ta' l-ilma, u ohrajn ukoll li kienu maghfusa minn fistli jew mard iehor. Lil wiehed patri ta' l-Ordni tal­Minuri fejqitu mill-mard tal-genn li kien isofri.

 

19.  Darba minnhom fil-monasteru z-zejt kien spicca ghal kollox, u ghalhekk baghtet issejjah lill-fra li kien inkarigat li jigbor l-elomozina ghall­monasteru. Sadanittant hija hadet il-flixkun u haslitu, u qieghditu vojt barra l-bieb tal-monasteru biex x'hin jigri, jiehdu u jmur jittallab iz-zejt. Izda meta gie, il-fra sab li t-tjubija divina kienet digà mlietu biz-zejt!

 

20.  Gara wkoll, darb'ohra, li ghas-Sorijiet kollha kien fadal biss nofs hobia x'jieklu, u Klara ordnat li dik il-kisra hobz titqatta' u titqassam bejn kulhadd. Waqt li s-Soru kienet qieghda tqatta', Dak li hu l-Hobz Haj u li jaghti l-ikel lill-imgewwha (Gw 6,41.51;Salm 145, 7), tant kattar il-hobz, li hargu hamsin porzjon u nghataw lis-Sorijiet li kienu digà ntasbu madwar il-mejda (Lq 9,14).

 

21.  Dawn is-sinjali, u ohrajn maghhom, urew bic-car, waqt li kien ghadha hajja, kemm kienu tassew kbar il-merti ta' Klara. Meta kienet ghoddha waslet fl-ahhar, qtajja kbar ta' vergni liebsin l-abjad, imzejnin b'kuruni mill-isbah, dehru dehlin fejn kienet mixhuta l-qaddejja ta' Kristu; fosthom deher li kien hemm wahda li kienet ta' maesta u sbuhija li tghaddi 'l dik ta' l-ohrajn kollha. Resqu lkoll qrib id-daqsxejn ta' sodda li fuqha kienet mixhuta, daru maghha, u wrew li gew hdejha bhala hbieb, biex izuruha u jfarrguha.

 

22.  Wara mewtha, imbaghad, gabu fuq il-qabar taghha ragel li kien marid b'tal-qamar, u billi kellu siequ migbuda, lanqas biss seta' jimxi. Waqt li kien hemm, siequ ghamlet hoss li jcaqcaq, u safa mfejjaq miz-zewg mardiet li kellu. Ohrajn ukoll gew imfejqa: minn kellu s-sinsla ta' dehru mghawwga, minn xi membru ta' gismu migbud, min marid bil-mard tal-mohh u mitluf f’daghdigha ta' genn: fuq qabarha kollha kemm huma kisbu l-fejgan.

 

Wiehed ragel, minhabba daqqa kbira li kien qala', tilef ghal kollox s-sahha ta’ idu l-leminija; ebda xoghol ma seta' jaghmel biha. Ghall-merti tal-Qaddisa kiseb il-fejqan, u idu hadet is-sahha li kollha qabel. Ragel iehor kien ilu zmien twil li tilef id-dawl ta' ghajnejh, u fuq il-qabar tal-Qaddisa twassal bil-gha­jnuna ta' haddiehor. Hemm huwa rega' ha d-dawl mill-gdid, u d-dar mar lura bla ma hadd mar mieghu.

 

23.  B'dawn il-grajjiet ta' l-ghageb li semmejna u bil-hafna mirakli li ghamlet, din il-Vergni qaddisa xerrdet dawl kbir, hekk li deher li sehhet fiha l-profezija li semghet ommha, kif jinghad, meta kienet tqila biha. Hija u titlob semghet x'jghidilha li kienet se twelled dawl li jdawwal b'qawwa d-din­ja kollha.

 

24.  Ha tifrah, ghalhekk, il-Knisja Omm li welldet u rabbiet bint bhal din li, bhal omm li minnha jitnisslu l­virtujiet kollha, bl-ezempji taghha nisslet hafna dixxipli fir-religjon, u bit-­taghlim shih li tathom, iffurmathom fis-servizz perfett ta' Kristu.

 

Tifrah ukoll il-gemgha devota tal-fidili, ghax is-Sultan u s-Sinjur tas­smewwiet dahhal bil-glorja fil-palazz kbir u sabih tieghu lill-oht u s-siehba taghhom, li Hu ghazel b'gharusa tieghu.

 

Jifirhu wkoll il-qtajja tal-Qaddisin, ghax fil-patrija taghhom tas-sema qed jigi iccelebrat it-tieg gdid tal-gharusa tas-Sultan (Mt 22,2; 25,10).

 

Mill-bqija, ghax hu xieraq li lil dik li l-Mulej gholla fis-sema, il-Knisja kattolika tqimha fuq l-art; u ghaliex ukoll, wara li saret tfittxija ghaqlija u bir-reqqa, u ezami rigoruz u mieghu diskussjoni solenni, m'hemmx dubji dwar il-qdusija ta' hajjitha u l-mirakli li ghamlet: ghad li huma maghrufa bizzejjed, fil-qrib u fil-boghod, l-ghemejjel glorjuiz taghha, Ahna, bil-parir u l-qbil ta' hutna u tal-Prelati kollha li bhalissa jinsabu hawn fis-Sede Apostolika, b'fiducja fil-qawwa divina li tista' kollox, bl-awtorità ta' l-­Appostli San Pietru u San Pawl u taghha iddecidejna li lil Klara niktubha fil­-lista tal-Qaddisin vergni.

 

25.  Ghaldaqstant, inwissukom ilkoll u nheggukom, waqt li nordnaw­lkom dan b'din il-kitba aposotlika li qed nibghatulkom, biex ticcelebraw b'qima u solennità l-festa ta' din il-Vergni fit-12 ta' Awissu. Araw li l-fidili taghkom jiccelebrawha biex hekk ikun jisthoqqilkom li quddiem Alla Klara tkun ghalikom protettrici twajba u herqana.

 

U biex il-poplu nisrani jigi fi qtajjiet kbar iqim il-qabar taghha b'hegga kbira u f’ghadd li dejjem jizdied, u hekk il-festa taghha tkun iccelebrata minn gemghat kbar ta' nies: Ahna, ghall-hniena t'Alla li jista' kollox, u mimlijin fiducja fl-awtorità tal-Qaddisin Pietru u Pawlu, Appostli, naghtu l-Indulgenza ta' sena u erbghin jum, kull sena, lil dawk li, tabilhaqq niedma u mqarra, imorru b'devozzjoni w umiltà jzuru l-qabar ta' din il-vergni f jum il-festa taghha, jew ukoll matul l-ottava, biex jitolbu l-harsien taghha.

 

Moghtija f'Anagni, nhar is-26 ta' Settembru, fl-ewwel sena tal-pontifikat taghna.

 

◄◄|werrej|►►


mehud minn: Klara ta' Assisi: Ghejun Medjevali dwar Hajjitha, traduzzjoni Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1993

Assisi - 31.3.2003 


 

Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali