Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Quddiesa tal-Festa

ta' Santa Klara ta' Assisi -Vergni

11 ta' Awissu


Antifona tad-Dhul

Dehret kewkba tiddi f'dan il jum

illum Santa Klara, il-qaddejja fqira tal-Mulej,

bdiet tiddi fis-smewwiet.

 

Talba tal-Bidu

NITOLBU.

Fil-hniena tieghek, Mulej,

inti mlejt lil Santa Klara

bl-imhabba ghall-fagar;

bit-talb taghha, aghtina

li nimxu wara Kristu fl-ispirtu tal-faaar,

biex narawk wicc imb'wicc

fis-saltna tas-sema.

b’Ibnek Gesù Kristu Sidna li hu Alla

u mieghek jghix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu

s-Santu

ghal dejjem ta’ dejjem.

Amen.

 

L-Ewwel Qari

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Hosegha

2 14b,15b.19-20

Dan ighid il-Mulej:

Arawni, jiena lill-gharusa tieghi

nehodha fid-dezert, lil qalbha nkellem.

Hemmhekk hi twiegeb bhal fi zmien zoghzitha, bhal fi zmien hrugha minn go art l-Egittu.

U ghal dejjem ngharrsek mieghi,

ngharrsek mieghi fis-sewwa,

fil-hagq u t-tjieba u l-hniena,

b'rabta fidila jiena ngharrsek mieghi,

u taghraf lill-Mulej.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Salm Responsorjali

44.11-12,14-17

R. Ara l-Gharus: ohorgu ilqghu lil Kristu l-Mulej.

Isma', binti, hares u aghti widen,

insa 'l gensek, u 'l dar missierek.

Jitghaxxaq is-Sultan bi gmielek,

u int, ghax hu sidek, aghtih qima.     R,

 

Kollha gmiel bint is-sultan bil-gawhar,

minsug bid-deheb ilbiesha.

Ghand is-sultan jehduha bix-xbejbiet warajha,

it-tfajliet li jinghatawlha bi shaba.     R,

 

Jittiehdu b'aghjat ta' ferh u hena.

jidhlu fil-palazz tas-sultan.                R,

 

It-Tieni Qari

Qari mit-Tieni Ittra ta' San Pawl Appostlu fill-Korintin.

4, 6-10, 16-18

Huti:

Alla jiddi fi qlubna

biex jaghtina d-dawl tat-taghrif tas-sebh ta' Alla,

li jidher fil-wicc ta' Kristu.

Dan it-tenor

gieghed ghandna f'garar tal-fuhhar,

halli b'hekk jidher sewwa

li l-kobor ta' din il-qawwa gej minn Alla

u mhux minna.

Ahna minn kullimkien ninsabu maghfusin,

izda m'ahniex imghattnin;

imhassbin,

izda m'ghandniex qalbna maqtugha;

ippersegwitati,

izda m'ahniex abbandunati;

mixhutin ma' l-art,

izda m'ahniex meqrudin.

F'gisimna qeghdin dejjem ingorru l-mewt ta' Gesù,

biex f'gisimna tidher ukoll il-hajja ta' Gesù.

Ghax ahna ghad li qeghdin nghixu,

ninsabu dejjem moghtija ghall-mewt

minhabba f'Gesù,

biex il-hajja ta' Gesù wkoll

tkun tidher fil-gisem taghna li jmut.

Ghalhekk qatt ma naqtghu qalbna.

Jekk il-gisem jintemm.

alma kuljum niggeddu fl-ispirtu minn gewwa.

Din id-daqsxejn ta' tbatija,

li ghaddejna minnha issa,

ghad taqlghalna glorja bla qjies ghal dejjem.

Ahna ma nharsux lejn dak li jidher

izda lejn dak li ma jidhirx.

Il-hwejjeg li jidhru, jibgghu ghal ftit zmien;

dawk li ma jidhrux, jibqghu ghal dejjem.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Il-Kant ta’ Qabel il-Vangelu

Hallelujah. R/. Hallelujah.

Ejja, gharusa ta' Kristu, hu l-kuruna

li l-Mulej hejjielek ghal dejjem.

R/. Hallelujah.

 

Il-Vangelu

Qari mill-Evangelju ta' San Gwann. 15,4-l0

 

F'dak iz-zmien: Gesù qal lid-dixxipli tieghu:

Ibqghu fija, u jiena nibqa' fikom.

Kif il-fergha ma tistax taghmel frott

minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja,

hekk anqas intom jekk ma tibqghux fija.

Jiena d-dielja, intom il-frieghi.

Min jibqa' fija u jiena fih,

dan jaghmel hafna frott;

ghax minghajri ma tistghu taghmlu xejn.

Jekk wiehed ma jibqax fija,

jintrema barra bhal fergha, u jinxef;

imbaghad jigbruhom u jixhtuhom fin-nar u jinharqu.

Jekk tibqghu fija u kliemi jibqghu fikom

itolbu kull ma tridu u dan ikun moghti lilkom.

B'dan jissebbah Missieri,

billi taghmlu hafna frott,

u hekk tkunu dixxipli tieghi.

Kif habbni Missieri,

hekk habbejtkom jiena.

Ibqghu fl-imhabba tieghi.

Jekk tharsu l-kmandamenti tieghi,

intom tibqghu f'imhabbti,

kif jien harist il-kmandamenti ta' Missieri,

u qieghed f'imhabbtu."

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Talba tal-Fidili

Infahhru lil Alla talli ghogbu jdawwal lill-Knisja permezz ta' Santa Klara ta' Assisi, u nitolbuh biex bhalha ahna wkoll inkunu dixxipli tal-Vangelu ta' Ibnu Gesù.

 

Nitolbu ghal Knisja, biex bl-ezempju ta' Frangisku u Klara ta' Assisi, tixbah dejjem izjed lil Kristu fil-faqar u fl-umiltà tieghu.  NITOLBU.

 

Nitolbu ghall-bnedmin kollha ta' rieda tajba, biex jghozzu d-don tal-paci, u jahdmu biex fid-dinja jsaltnu l-ferh u l-imhabba. NITOLBU.

 

Nitolbu ghall-Ordni Frangiskan, biex jghix b'fedeltà s-sejha evangelika fit-talb, fil-hidma ta' evangelizzazzjoni u fl-ghazla tal-faqar li ghamlu Frangisku u Klara. NITOLBU.

 

Nitolbu ghas-Sorijiet Klarissi f'Malta u fid-dinja, biex jghixu l-hajja komtemplattiva fi spiritu apostoliku ghas-salvazzjoni tad-dinja. NITOLBU.

 

Nitolbu ghall-benefatturi tas-Sorijiet Klarissi li jwieznu l-ghazla favur il-faqar u s-semplicità evangelika li ghamlet Klara, b'rabta shiha ma' Frangisku u l-Ordni tieghu. NITOLBU.

 

Nitolbu ghal min imexxi l-mezzi ta' komunikazzjoni, biex minn Santa Klara jitghallmu r-responsabiltà li ghandhom li jgibu 'il quddiem dak kollu li hu safi u tajjeb u jwarrabu l-uzu hazin ta' dawn l-istrumenti. NITOLBU.

 

Nitolbu ghalina li qed nifirhu f'din l-Ewkaristija, biex bhal Klara nirringrazzjaw lil Alla ghad-don tal-hajja u nkunu strumenti tal-paci u hbieberija ma' kulhadd u mal-holqien kollu. NITOLBU.

 

Nirringrazzjawk, Mulej Alla taghna, ghax hlaqtna bhala persuni denji li nissejhu wliedek.  Aghtina li bl-ghajnuna ta' Santa Klara ta' Assisi, ahna nghozzu l-vokazzjoni tagha ghall-qdusija.  Bi Kristu Sidna. Amen.

 

Talba fuq l-Offerti

Ilqa', Mulej, il-qima li qeghdin naghtuk

fil-festa tal-Vergni Santa Klara,

u bil-qawwa tal-vittma bla tebgha

li ser noffrulek f'dan is-sagrificcju,

aghmel li bla heda nitheggu quddiemek

b'imhabba mill-qalb u qaddisa,

Bi Kristu Sidna.

 

Prefazju

Sewwa u xieraq tassew,

Mulej, Missier qaddis,

Alla ta' dejjem li tista' kollox,

tajjeb u ta' gid ghas-salvazzjoni taghna

li dejjem u kullimkien inroddulek hajr.

 

Ghax Int,

f'riglejn l-artal ta' l-Imqaddsa Vergni Marija

irbatt b'gherusija mistika ma' Ibnek

il-qaddejja tieghek, Santa Klara,

li mganqla minn San Frangisk

ghal hajja dejjem aktar qaddisa,

htartha bhala omm ta' ghadd kbir ta' xbejbiet

u wassaltha sal-quccata tal-perfezzjoni serafika.

 

Ghalhekk,

flimkien ma' l-Angli u ma' l-Arkangli,

mat-Troni u mad-Dominazzjonijiet,

mal-qtajja kollha ta' l-ezercti tas-sema,

intennu l-innu tal-glorja tieghek

u nghidu bla heda.

 

Qaddis, Qaddis, Qaddis…

 

Antifona tat-Tqarbin

Gw 14,21.23

Min ihobb lili, ihobbu wkoll il-Missier,

u ahna nigu ghandu u nghammru ghandu.

 

Talba wara t-Tqarbin

NITOLBU.

Mulej Alla taghna,

int tajtna qawwa gdida

b'dan is-sagrament imqaddes tieghek;

aghmel li fuq l-ezempju ta' Santa Klara,

ingorru dejjem f'gisimna l-mewt ta' Gesù,

u nfittxu li ninghaqdu mieghek biss:

Bi Kristu Sidna.

 

Barka ta' Santa Klara

V. Il-Mulej maghkom.

R. U mieghek ukoll

V. Klara qalet: Inbierkkom kemm indum hajja, u wkoll wara mewti, kemm nista u aktar milli nista, bill-barkiet kollha li bihom l-istess Misser il-Hniena bierek u ghad ibierek fis-smewwiet u fuq l-art lil ulied spiritwali, u li bihom kull missier u omm spiritwali jbierku u ghad ibierku lill-ulied spiritwali taghkom.

R. Amen.

V. Hobbu dejjem lil Alla, hobbu 'l ruhkom, u lil hutkom kollha u kunu dejjem herqana li tharsu dak kollu li weghedtu lill-Mulej.

R. Amen.

V. Il-Mulej ikun maghkom dejjem u jaghmel li intom ukoll tkunu dejjem mieghu.

R. Amen.

V. Iberikkom Alla li jista' kollox, il-Missier, l-Iben + u l-Ispirtu s-Santu.

R. Amen.

 

jew

 

V. Il-Mulej iberikkom u jhariskom.

R. Amen.

V. Jurikom wiccu, u jkollu hniena minnkom.

R. Amen.

V. Idawwar harstu lejkom, u jaghtikom is-sliem.

R. Amen.

V. Il-Mulej ikun dejjem maghkom,

u jaghmel li intom ukoll tkunu dejjem mieghu.

R. Amen.

 

◄◄|werrej|►►


It-test huwa mehud mill-Missal Serafiku, Malta 1979

Assisi - 1.4.2003 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali