![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Innijiet, Antifoni, Responsorji u Talb mill-Liturgija tas-Sighat fil-Festa ta' Santa Klara ta' Assisi 11 ta' Awissu Innijiet Innu ta' l-Ewwel u t-Tieni Ghasar
Il-Patrijiet Munuri b-qalb ferhana jghannu ir-rebh ta' Santa Klara ghax kienet hi li twieldet l-ewwel wahda minn qalb Frangisku.
Xebba nadifa, Inti, Santa Klara, ilqa' dan l-ghana taghna dawwal qlubna, ftakar li Int twelidt biex din id-dinja timlieha b'dawlek.
Kont ghadek ckejkna hafna f'dar missierek u bikri qalbek bdiet ixxerred dija ta' tjieba tas-Smewwiet li kellha tirbah fuq dinja mcajpra.
Qalbek hanina kienet tghin 'l-imsejkna sa kont ticcahhad mill-ghaxien tal-gisem biex taghti 'l-foqra l-ikel u thaffihom it-toqol iebes.
Il-gisem tieghek dghajjef, maqdes safi, kont trazznu b'sawm qalil u cahdiet ohra, waqt li s-sighat tal-lejl kont tghaddi titlob bi hrara kbira.
Lilek Missier Etern, Int dawl minn dejjem Lill-Iben il-Mahbub, Feddej tad-dinja, u lill-Ispirtu s-Santu, naghtu qima illum, u dejjem. Amen
Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari
Ha jghanni l-poplu t'Alla b'ferh u hena tifhir li jixraq lil dil-Vergni mbierka, li mxiet wara Omm Kristu b'qalb nadifa u ruhha mtiliet, minn jum ghal jum bil-grazzja.
Fost dawk li weghdu l-faqar, l-ewwel wahda, imseddqa mis-Smewwiet b'ghotjiet mill-aqwa, bil-hidma ghaqlija taghha kisbet merti li tawha, kif kien xieraq, hlas ghal dejjem.
Fil-berah tas-smewwiet nibtet bhal kewkba u dehret kollha dawl abjad, leqqieni, ghax Kristu, Dawl li minnu kull dawl iehor, ried hekk - li Santa KLara dejjem tiddi.
Bint xierqa ta' Frangisku, harset sewwa u bla nuqqas ta' xejn il-Vot tal-Faqar: imxiet qrib sew ta' Kristu, saret tixbhu id-dawl tal-hajja taghha jimla id-dinja.
Stmerret il-hajr tad-dinja, l-gmiel li jghaddi u ntelqet fid-dirghajn ta' l-Omm ta' Kristu; twieznet ma' Kristu tul it-triq tal-hajja u mieghu - l-Akbar Fqir - imxiet fil-faqar.
Ghall-merti ta' dil-Vergni, Santa Klara, ha naghtu glorja lill-Missier ta' dejjem, u gieh lil Ibnu Mqaddes il-Wahdieni, U qima shiha lill-Ispirtu s-Santu. Amen.
Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum
Sliem ghalik, Klara qaddisa, tal-Minuri l-akbar gieh, isemek, hajtek, dawl jistqarru rega' l-Jum tieghek sabih.
Int stmerrejt il-ferh qarrieqi, wara Kristu mxejt bis-shih, f'nofs il-gilji jarmu l-fwieha ruhek tghaxxaq bil-mistrieh.
Int imzejna bil-qdusija u taf thares lix-xebbiet; lejn l-Gharus, Gesł, wassalhom jghixu mieghu fis-Smewwiet.
Bil-ghajnuna ta' Frangisku Int irbaht tliet taqbidiet - dinja belha, gisem dghajjef, u x-xitan tad-dlamijiet.
Ma' Frangisku qed tithenna gewwa saltna tarmi d-dija, aghmel issa li Uliedek jaslu wkoll ghal dil-qdusija.
'L Alla wahda, Tliet Persuni, naghtu glorja, qima, gieh, u ghat-talb ta' santa Klara jalla nsibu l-mistrieh fih. Amen.
Antifoni, Responsorji u Talb Antifona waqt it-Tifhir ta' Sbih il-Jum
Imbierka il-Vergni Klara, ghax cahdet lilha nnifisha u garret salibha, imxiet wara il-Mulej, l-Gharus tal-vergni.
Antifoni waqt lt-Tieni Ghasar
Is-Sbuhija ta' Klara sebbhet id-dinja: u l-qdusija taghha xterdet ma' dawk li habbewha.
Biex tirbah lil Kristu, (Klara) kasbret il-glorja bla sahha tad-dinja, u ttamat fil-Mulej Alla taghha.
Il-Vergni Klara tifrah ghax gharfet il-gherf ta' Kristu li hu ta' hafna xorta.
Sliem ghalik, gharusa ta' Kristu, vergni kkonsagrata, mudell ewlieni tas-sorijiet: Klara mexxina ghas-saltna tas-sema.
Responsorji
V. Klara, l-bint l-aktar ghaziza ta' Frangisku, smerret kull frugha u tizjin ta' din id-dinja * Hi xerrdet mad-dinja kollha l-qima lejn is-safa. R. Tgharrset ma' Kristu, il-Gharus taghha, u filwaqt li baqghat dejjem vergni, nisslitlu kotra ta' vergni li ma tinghaddx. * Hi xerrdet mad-dinja kollha l-qima lejn is-safa.
V. Klara, gharusa ta' Kristu, hu l-kuruna. R. Li l-Mulej hejjielek sa minn dejjem.
V. Hija maqdret il-pjaciri tad-dinja u t-tizjin taghha. R. Il-Vergni Klara ghamilitu ghall-imhabba ta' Gesł Kristu.
Talba
Fil-hniena tieghek, Mulej, inti mlejt lil Santa Klara bl-imhabba ghall-faqar, bit-talb taghha, aghtina li nimxu wara Kristu fl-ispirtu tal-faqar, biex narawk wiic imb'wicc fis-saltna tas-sema B'Ibnek, Gesł Kristu Sidna li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu ghal dejjem ta' dejjem. Amen. Talba lil Santa Klara b-risq il-paci fil-familji Mahbuba, Santa Klara, inti li habbejt il-familja kbira tal-bnedmin, Nitolbuk b'mod specjali ghall-familji taghna biex jghixu maghquda fl-imhabba u l-paci. L-ahhar kliem tieghek kien: "Grazzi, Mulej, li hlaqtni!" Ghallimna napprezzaw id-don tal-hajja, u nuzaw tajjeb ir-rigal ta' kull gurnata biex naslu bil-grazzja ta' Alla fil-hajja ta' dejjem. Amen. Assisi 29.3.2003
|
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |