![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Transtu ta' Santa Klara
It-Transtu li jidher hawn huwa mahsub li jkun celebrat waqt l-Ewwel Ghasar, fl-10 ta' Awissu
■ Introduzzjoni Kummentatur: Ingbarna hawnhekk il-lejla sabiex flimkien nimmeditaw fuq l-ahhar mumenti ta' Santa Klara fuq din l-art u l-passagg taghha ghas-sema. Klara baqghet lucida sa l-ahbar u dan minkejja l-marda twila li hakmitha u li ggravat fl-ahhar granet. Kienet ilha mat-tliet gimghat ma tiehu xejn. Ghalkemm il-gisem kien dghajjef, izda qatt ma tonqosha dik il-qawwa morali li kellha. Fl-ahhar mumenti tirrikmanda l-gisem taghha b'dawk l-ahhar kelmiet: "Mur bla biza' ta' xejn, ruh tieghi imbierka, ghax Dak li halqek, qaddsek bl-Ispirtu tieghu u habbek bhal omm ic-ckejken taghha. Mulej, nizzik hajr li hlaqtni". Klara taf kemm hi mahbuba mill-Missier ta' kull hniena u ghalhekk ma tibzax. Qatt ma bezghet, la meta giet biex tahrab minn dar missierha u sabet dak il-bieb imbarrat ma' wiccha, la meta gew ghaliha l-kavallieri tal-familja u regghu habtu ghal ohtha Anjeze, la mill-faqar u mit-tweghir li habbtet wiccha mieghu, la mis-Saracini meta attakkaw il-kunvent u lanqas mix-xitan li ried ifixkilha. U issa mhijiex se tibza' mill-mewt li Frangisku sellmilha bhal "oht" ghaziza li tiftah il-bieb ta' l-eternita. U lanqas ma ssejjah lil hadd ghall-ghajnuna - "Ghax ghandek gwida tajba fuq min tistrieh ghal dak il-passagg". U min hu? Hu "Dak li halqek, qaddsek bl-Ispirtu tieghu, habbek bhal Omm thobb ic-ckejken taghha", u kif tispicca dawk il-kelmiet, mahtufa minn effuzjoni ta' l-Ispirtu ta' l-imhabba tinfexx f'dak l-att ta' radd il-hajr li jsahhar lil kull min ghandu sens religjuz: "Inroddlok hajr, Mulej, li hlaqtni. Grazzi li ghamiltni dak li jien. Grazzi ta' kollox! Imbierek Int!
Wara l-Introduzzjoni tist ssir il-purcissjoni tad-dhul fis-skiet. Meta kulhadd ikun ha postu fuq l-altar ic-celebrant jintona l-bidu ta' l-Ghasar bhas-soltu.
V. O Alla, ejja ehlisni. R. Mulej, fittex ghinni. Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, ghal dejjem ta' dejjem. Amen
■ Innu Sliem ghalik, Klara qaddisa, tal-Minuri l-akbar gieh, isemek, hajtek, dawl jistqarru rega' l-Jum tieghek sabih.
Int stmerrejt il-ferh qarrieqi, wara Kristu mxejt bis-shih, f'nofs il-gilji jarmu l-fwieha ruhek tghaxxaq bil-mistrieh.
Int imzejna bil-qdusija u taf thares lix-xebbiet; lejn l-Gharus, Gesù, wassalhom jghixu mieghu fis-Smewwiet.
Bil-ghajnuna ta' Frangisku Int irbaht tliet taqbidiet - dinja belha, gisem dghajjef, u x-xitan tad-dlamijiet.
Ma' Frangisku qed tithenna gewwa saltna tarmi d-dija, aghmel issa li Uliedek jaslu wkoll ghal dil-qdusija.
'L Alla wahda, Tliet Persuni, naghtu glorja, qima, gieh, u ghat-talb ta' santa Klara jalla nsibu l-mistrieh fih. Amen.
■ Antifona 1: Ejjew, xbejbiet, ersqu lejn il-Mulej, u jdawwalkom.
Salm 112 Fahhru, qaddejja tal-Mulej, * fahhru isem il-Mulej. Ikun imbierek isem il-Mulej, * minn issa u ghal dejjem. Minn tlugh ix-xemx sa nzulha * ikun imfahhar isem il-Mulej! Gholi fuq il-gnus kollha l-Mulej, * oghla mis-smewwiet hu sebbhu. Min hu bhall-Mulej, Alla taghna, li gieghed fil-gholi? * Hu li jhares `l isfel, lejn is-smewwiet u lejn l-art. Il-mara bla wlied igeghedha f'darha,* jaghmilha omm ferhana b'uliedha. Glorja lill-Missier, lill-Iben * u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, * u jibqa ghal dejjem ta' dejjem. Amen.
■ Antifona: Ejjew, xbejbiet, ersqu lejn il-Mulej, u jdawwalkom.
■ Antifona 2: Huwa qeghedha ghassiesa fid-dwieli tieghu; u d-dwieli hargu l-fjuri jarmu l-fwieha taghha.
Salm 147 Sebbah, Gerusalem, il-Mulej;* fahhar 'l Alla tieghek, Sijon! Hu jsahhali l-istaneg ta' bwiebek,* u jbierek gewwa fik 'l uliedek. Hu jqieghed fis-sliem it-trufijiet ta' artek,* u lilek bl-ahjar qamh ixebbghek. Hu jibghat fuq l-art il-kmand tieghu;* bil-heffa tigri l-kelma tieghu. Jibghat is-silg bhas-suf; * ixerred bhar-rmied il-glata. Jitfa' s-silg bhall-frak tal-hobz;* u jaghqad l-ilma bil-kesha tieghu. Isemma' kelmtu, u jinhall is-silg;* jonfoh ih-rih tieghu, u jigri l-ilma! Hu jxandar kelmtu lil Gakob,* il-ligijiet u d-digrieti tieghu lil Israel. Ma ghamel hekk ma' ebda poplu;* lil hadd ma gharraf id-digrieti tieghu. Glorja lill-Missier, lill-Iben * u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, * u jibqa ghal dejjem ta' dejjem. Amen.
■ Antifona: Huwa qeghedha ghassiesa fid-dwieli tieghu; u d-dwieli hargu l-fjuri jarmu l-fwieha taghha.
■ Antifona 3: Ghazilha l-Mulej biex tkun qaddisa u bla tebgha quddiemu fl-imhabba.
Kantiku (Efesin 1,3-10) Imbierek Alla u Missier Sidna Gesù Kristu,* li mliena b'kull xorta ta' barka spiritwali, fis-smewwiet, fi Kristu. Hekk hu ghazilna fih † sa minn qabel il-holgien tad-dinja,* biex inkunu qaddisa u bla tebgha quddiemu fl-imhabba; iddestinana li nkunu ghalih ulied adottivi † permezz ta' Gesù Kristu,* skond ma ghogob lir-rieda tieghu, ghat-tifhir tal-glorja tal-grazzja tieghu,* li biha mliena fil-Ghaziz tieghu. Fih ahna ghandna l-fidwa, bid-demm tieghu,* il-mahfra tad-dnubiet, skond il-ghana tal-grazzja tieghu,* li biha fawwarna fil-gherf u l-ghaqal kollu: Hu gharrafna l-misteru tar-rieda tieghu,† skond il-pjan li ghogbu jfassal fih minn qabel,* u li kellu jsehh meta tasal il-milja taz-zminijiet: jigifieri li kollox jingabar taht Ras wahda, li hu Kristu, * kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema. Glorja lill-Missier, lill-Iben * u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, * u jibqa ghal dejjem ta' dejjem. Amen.
■ Antifona: Ghazilha l-Mulej biex tkun qaddisa u bla tebgha quddiemu fl-imhabba.
■ Lezzjoni Qasira Qari mill-Ghanja ta' l-Ghanjiet (6,2;7,6-7)
Jien nitkellem mal-mahbub tieghi, u l-malbub tieghi hdejja, hu li jirgha qalb il-gilji. Qeghedni bhal sigill fuq qalbu, bhal sigill fuq dirghajh, ghax h-imhabba daqs il-mewt hi gawwija; l-imsiebah tieghu imsiebah jaqbdu u jixghelu bin-nar. Il-hafna ilmijiet ma jistghux jitfu l-imhabba.
■ Kummentatur: Issa wasalna fl-aktar mument ghaziz li fih ninghaqdu mal-passagg tar-ruh qaddisa ta' Klara ghall-eternità li kienet qed tistenniha. Nghidu l-ahhar kelmiet tal-qaddisa li bihom irringrazzjat lil Alla li halaqha u ghal dak li hi.
■ Antifona "Vade Secura" "Itlaq ruh tieghi imbierka, ghax ghandek gwida tajba ghat-triq. Mur bla biza' ta' xejn, ghax Dak li halqek, qaddsek u habbek bhal omm ic-ckejken taghha. Mulej, nizzik hajr li hlagtni". "Vade Secura, anima mea benedicta, quia bonum habes conductum itineris. Vade, quoniam qui te creavit et sanctificavit, velut mater filium tenero amore dilexit. Tu, Domine, benedictus sis qui me creasti".
Salm 115 Bqajt nemmen, imqar meta ghidt:* "Jiena mdejjaq hafna!" Jien ghidt fin-niket tieghi:* "Qarrieq hu kull bniedem". Xi nrodd lill-Mulej * ghall-gid kollu li ghamel mieghi? Ngholli l-kalci tas-salvazzjoni, * u isem il-Mulej insejjah. Intemm lill-Mulej il-weghdiet tieghi * quddiem il-poplu tieghu kollu. Ghaziza f'ghajnejn il-Mulej * hi l-mewt tal-hbieb tieghu. Iva, Mulej, jien qaddej tieghek, * jien qaddej tieghek, bin il-qaddejja tieghek. Int hallejtli l-irbit tieghi; lilek noffri sagrificcji ta' radd il-hajr,* u isem il-Mulej insejjah. Intemm lill-Mulej il-weghdiet tieghi * quddiem il-poplu tieghek kollu, fil-btiehi ta' dar il-Mulej,* go nofsok, Gerusalem. Glorja lill-Missier, lill-Iben * u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, * u jibqa ghal dejjem ta' dejjem. Amen.
■ Antifona: "Itlaq ruh tieghi imbierka, ghax ghandek gwida tajba ghat-triq. Mur bla biza' ta' xejn, ghax Dak li halqek, qaddsek u habbek bhal Omm ic-ckejken taghha. Mulej, nizzik hajr li hlaqtni".
■ Qari mill-hajja ta' Santa Klara Qari mil-Leggenda ta' Santa Klara, Vergni (41:44-46)
Wasal il-mument li Kristu jdahhal fil-palazz tas-sema lill fqajra tieghu, Klara, fit-tmiem tal-pellegrinagg taghha fuq l-art. Minn naha taghha, hija tixtieq b'qalbha kollha li tinheles mill-gisem tal-mewt, ha tkun tista' tikkontempla fil-glorja lil Kristu, li fil-faqar taghha imitat fuq l-art.
Fl-ahhar granet taghha dehret li qed tbati izjed. Id-devozzjoni tal-poplu kibret ukoll; ta' kuljum kienu jzuruha kardinali u prelati li kienu jqimuha bhala qaddisa. Ghal sbatax-il gurnata ma daqet xejn, izda baqghet qawwija bil-grazzja t'Alla u kienet taghti l-kuragg lil dawk li kienu jzuruha.
Lil Fra Rinaldo, bniedem ta' tjieba kbira, li ezortaha sabiex bil-pacenzja tissaporti l-martirju twil taghha, wegbitu b'serenita kbira: "Ghaziz hija, minn meta doqt il-grazzja tas-Sinjur tieghi Gesù Kristu permezz tal-qaddej tieghu Frangisku, ebda ugigh, ebda penitenza u mard ma sibtu wisq ghalija".
Il-Mulej kien wara l-bieb: Klara xtaqet il-prezenza tas-sacerdati u l-patrijiet qaddisa sabiex jaqrawlha l-passjoni tal-Mulej u passaggi ohra ta' l-Iskrittura Mqaddsa. Fl-ahhar daret lejn is-Sorijiet imbikkija u rrakkomandatilhom sabiex ihobbu dejjem il-faqar, fakkrithom fil-beneficcji li qalghu minghand Alla u talbet fuqhom u fuq is-Sorijiet li kellhom jigu barka kbira mis-sema.
Fost dawk prezenti kien hemm zewg ahwa ta' San Frangisk, Fra Angelo, li b'qalbu maqsuma. beda jfarrag lil min kien hemm; l-iehor Fra Leone, li bies is-sodda tal-qaddisa agunizzanti. Is-Sorijiet kienu kollha mbikkija ghall-hsieb li mhux se jarawha aktar.
Imbaghad il-Vergni l-aktar qaddisa indirizzat lilha nfisha u qalet: "Itlaq ruh tieghi imbierka, ghax ghandek gwida tajba ghat-triq. Mur bla biza' ta' xejn, ghax Dak li halqek, qaddsek u habbek bhal omm lic-ckejken taghha. Mulej, nizzik hajr li hlaatni". Wahda mis-Sorijiet staqsietha lil min kienet qed tkellem, u Klara wegbitha: "Lir-ruh tieghi imbierka".
Il-gwida ghat-triq ma kienx 'il boghod. Infatti, daret lejn wahda mis-sorijiet u qaltilha: "Qed tarah ir-Re tal-glorja li gej lejja?" Saru ohra rat purcissjoni ta' vergni lebsin l-abjad dehlin mill-bieb; kull wahda kollha kuruna tad-deheb fuq rasha. Fosthom kien hemm wahda li tghaddihom ilkoll, kienet isbah minnhom kollha. Mill-kuruna ta' rasha kienet qed ixxerred dawl tant kbir li dawlet il-kamra kollha. Resqet lejn is-sodda ta' Klara, tbaxxiet fuqha u bisitha bl-ikbar hlewwa. Xi whud mill-vergni l-ohra ksew lil Klara b'mantar ta' gmiel liema bhalu u zejnu s-sodda taghha bil-fjuri.
Il-ghada tal-festa ta' San Lawrenz, ir-ruh ghaziza taghha ttajret lejn is-sema fejn issa geghda ssaltna fil-glorja tas-sema.
Hawn tista' ssir Omelija qasira, jew waqt ta' skiet. Imbaghad kulhadd iqum bil-wiegfa.
■ Antifona "Salve Sponsa Dei" Titkanta fuq l-istess melodija Gregorjana tas-"Salve, Sancte Pater"
Sliem ghalik, gharusa tah-Mulej, gilju ta' qdusija, ragg jiddi bid-dawl, hena tal-qlub nodfa, mera hajja ta' l-Evangelju: Klara, ghat-talb u l-merti tieghek, igbidna warajk lejn is-saltna tas-sema.
Salve, Sponsa Dei, Virgo sacra, planta Minorum: Tu vas munditiae, tu praevia forma Sororum: Clara, tuis precibus duc nos ad regna polorum.
■ Kantiku Evangeliku ta' Marija
Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej, * Glorja lill-Missier, lill-Iben * u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, * u jibqa ghal dejjem ta' dejjem. Amen. ■ Antifona: Sliem ghalik, gharusa tah-Mulej, gilju ta' qdusija, ragg jiddi bid-dawl, hena tal-qlub nodfa, mera hajja ta' l-Evangelju: Klara, ghat-talb u l-merti tieghek, igbidna warajk lejn is-saltna tas-sema.
■ Preci Kristu l-Mulej, gharus tal-Vergni u Haruf bla tebgha, li l-Vergni jimxu warajk kull fejn tmur, infahhruk henjin u nitolbuk: Gesù, Sultan tal-Vergni, ismaghna.
Klara, f'hajja ta' talb bla heda u penitenza ferrieha, fittxet lil Alla wahdu: aghtina, Mulej, li napprofondixxu dejjem izjed il-vokazzjoni taghna fil-qalba tal-Knisja, NITOLBU.
Klara, mifruda minn kulhadd, kienet maghquda ma' kulhadd: aghti l-qawwa ta' l-Ispirtu tieghek, Mulej, lill-missjunarji ta' l-Vangelu, u aghmel li jhossu ruhhom meghjuna mit-talb tal-Knisja tieghek, NITOLBU.
Klara tesprimi l-messagg Frangiskan bil-fedeltà lejn il-faqar u l-umiltà: ghinna, Mulej, nifhmu l-valur tas-semplicità u l-bzonn tal-qjies fil-hajja taghna ta' kuljum, NITOLBU.
Klara lagghet fis-skiet il-kelma tieghek, u giebet hafna frott f'hajjitha: aghtina, Mulej, li nintelqu ghar-rieda tieghek, u li nwiegbu bil-fedeltà ghall-imhabba tieghek u ghal dak kollu li tistenna minna biex issalvana, NITOLBU.
Klara giet ispirata biex tghix hajja ta' pellegrina u barranija f'din id-dinja: qajjem, Mulej, fost il-poplu tieghek bniedmin li jhallu kollox biex jakkwistaw lilek, NITOLBU.
Klara mal-qaddisin l-ohra qed tiehu sehem mill-ikla tat-tieg tal-Mulej: fil-hniena tieghek, dahhal fis-sala ta' l-ikla tas-sema lill-mejtin taghna, NITOLBU.
Missierna.
■ Talba: Fil-hniena tieghek, Mulej, inti mlejt lil Santa Klara bl-imhabba ghall-faqar, bit-talb taghha, aghtina li nimxu wara Kristu fl-ispirtu tal-faqar, biex narawk wiic imb'wicc fis-saltna tas-sema B'Ibnek, Gesù Kristu Sidna li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu ghal dejjem ta' dejjem. Amen.
■ Barka ta' S. Klara V. Il-Mulej maghkom. R. U mieghek ukoll V. Klara qalet: Inbierkkom kemm indum hajja, u wkoll wara mewti, kemm nista u aktar milli nista, bill-barkiet kollha li bihom l-istess Misser il-Hniena bierek u ghad ibierek fis-smewwiet u fuq l-art lil ulied spiritwali, u li bihom kull missier u omm spiritwali jbierku u ghad ibierku lill-ulied spiritwali taghkom. R. Amen. V. Hobbu dejjem lil Alla, hobbu 'l ruhkom, u lil hutkom kollha u kunu dejjem herqana li tharsu dak kollu li weghedtu lill-Mulej. R. Amen. V. Il-Mulej ikun maghkom dejjem u jaghmel li intom ukoll tkunu dejjem mieghu. R. Amen. V. Iberikkom Alla li jista' kollox, il-Missier, l-Iben + u l-Ispirtu s-Santu. R. Amen.
jew
V. Il-Mulej iberikkom u jhariskom. R. Amen. V. Jurikom wiccu, u jkollu hniena minnkom. R. Amen. V. Idawwar harstu lejkom, u jaghtikom is-sliem. R. Amen. V. Il-Mulej ikun dejjem maghkom, u jaghmel li intom ukoll tkunu dejjem mieghu. R. Amen.
Hawn jista' jsir il-Bews tar-Relikwa, filwaqt li jitkanta l-Innu: O Klara qaddisa.
Innu O Klara qaddisa 0 Klara qaddisa Ilqaghha t-tislima Li rridu naghtuk, Irridu li biha, Nghidulek minn qalbna Kemm ahna nhobbuk.
Int warda tal-genna, Li ssahhar bi gmielek, Bhall-balzmu int ftuh il-hlewwa ta' fwiehtek. Int tferrah lid-dinja Int tghaxxaq lir-ruh.
Int kewkba tas-sema, Fid-dlam int tmexxina U ttina l-mistrieh Bid-dija li xxerred Is-sliem inti tnissel U l-farag fl-erwieh.
U hares lid-dinja Li tbeghdet minn Kristu U ntilfet fid-dnub Aghtiha l-indiema Regghana lejn Kristu, Ghalina mislub.
O Klara Qaddisa, Deh isma' lehinna Li hiereg mill-qalb Ha jasal quddiemek tnehid ir-ruh taghna fil-hrara tat-talb.
Mexxina biex naslu Hemm mieghek il-genna, Fis-saltna tas-sliem, fejn mieghek mistriehu fil-milja ta' l-hena Ghal dejjem bla tmiem.
Jinghadu Missierna, Kredu u skond il-Fehma tal-Papa biex tintrebah l-Ingulgenza plenarja. Mehud mit-Transitu ta' Santa Klara, ktejjeb li tqassam waqt ic-celebrazzjoni fl-okkazzjoni tat-Tmien Centinarju mit-Twelid ta' Santa Klara, san Giljan Malta 1993. Assisi - 31.3.2003
|
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal- Ministri Generali
|
|
![]() |