Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ghanja tal-Hlejjaq

(Cantico delle Creature)

miktuba fi tliet mumenti fl-1226


 

L-Aktar gholi, Mulej twajjeb, li tista’ kollox

tieghek is-sebh, il-glorja u l-gieh u kull barka.

Lilek biss, l-Aktar gholi, jixirqu

u l-ebda bniedem mhu denn imqar ilissen.

 

Tifhir lilek, Mulejja, ghall-hlejjqa kollha,

l-aktar ohtna x-xemx,

li twelled il-jum u biha taghti d-dawl

u hija sbejha u tghammex b’dija sfiqa!

Tixbah lilek, l-Aktar Gholi.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’huna l-qamar u l-kwiekeb,

li fis-sema sawwarthom ileqqu, ghonja u sbieh.

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’huna r-rih,

u fl-ajru msahhab, fil-bnazzi u f’kull xorta ta’ temp,

li bihom int tghajjex kull mahluq.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’huna l-ilma,

hekk mehtieg u umli, siwi u safi.

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’huna n-nar,

li bih, int, iddawwal il-lejl,

hu sbejjah u laghbi, robust u qawwi.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’ohtna u ommna l-art,

li tghajjixna u tmexxina,

u taghti kull xorta ta’ frott ma’ ward u hxejjex imlewna.

 

Tkun imfahhar, Mulejja,

f’min lest jahfer ghal imhabbtek,

u f’min igarrab mard u tbatija.

Hienja dawk jgarrbu kollox fis-sliem

ghax minnek, l-Aktar Gholi, ikunu inkurunati.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’ohtna l-mewt tal-gisem,

li minnha l-ebda haj ma jista’ jahrab.

Hazin ghal min imut fid-dnub il-mejjet.

Hienja dawk li l-mewt issibhom jaghmlu r-rieda mqaddsa tieghek,

ghax il-mewt l-ohra ma taghmlilhom l-ebda hsara.

 

Fahhru u bierku, il-Mulej, u roddlu hajr

u aqduh bl-akbar umiltà 

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Bla dubbju

din hija

t-talba

ta' san Frangisk

l-aktar maghrufa.

 

Din l-ghanja

Frangisku kitibha

fi tliet mumenti

differenti.

 

L-ewwel parti meta kien marid

f'San Damiano

fl-1225.

 

It-tieni parti,

dwar dawk

li jahfru, meta Frangisku

gieb il-paci bejn

l-Isqof u

l-Mexxej

tal-belt

ta' Assisi.

 

L-ahhar parti

nkitbet

fil-Porziuncola

ftit qabel miet

f'Ottubru ta' 1226.

 

Dan

il-Cantico delle

Creature huwa meqjuz wiehed

mill-kapolavuri

poetici

fl-ilsien Taljan.