![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Il-Messagg ta' Klara fi tlett kelmiet: Povertà, Talb u Paci kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC ll-Messagg tal-Papa Povertà, Talb u Paci F'diskors li l-Papa ghamel fil-Protomonastero ta' Santa Klara f'Assisi fid-9 ta' Jannar 1993, johrog tlett punti. Jigbor il-messagg ta' Klara fil-kelmiet:- povertà, talb, paci. U t-tlieta migburin f'dik l-ikona illi hadmet fiha nfisha, fil-persuna taghha, ikona ta' Marija. Forsi dan hu l-messagg ta' Klara lid-dinja tal-lum.
Povertà Il-faqar evangeliku ghal Klara ma kienx prattika ta' virtù, ma kienx harba, f'kelma wahda mhux axxetika, lanqas filosofiku, imma mhabba fil-prattika. Il-faqar, ghaliha huwa mistika, jigifieri habbet lil Kristu; Kristu fqir u bhalu trid tghix. U din kienet it-triq li ghazlet, li baqghet sejra fiha minkejja kollox, inghaqdet mieghu ghal dejjem. Ebda wiehed mill-Ordnijiet ta' zmienha ma kien johlom li jimponi hajja prekarja bhal dik ghal nisa li riedu joqoghdu fil-klawsura. U ghalhekk il-Papiet riedu joffru ghajnuna. B'dik il-forma tal-hajja ntrabtet ma' Kristu f'gherusija ta' mhabba u nholqot rabta ntima man-nies tal-belt li kienu jhossu li dawk in-nisa bit-talb taghhom kienu jigbdu fuqhom il-barkq ta' Alla u n-nies minn jeddhom kienu joffru l-ghajnuna materjali. Ix-xoghol ta' l-idejn ha mportanza gdida. Kienu jahdmu biex jghixu imma kienu jaghtu wkoll. Nafu li Klara marida kienet tinseg ghazel fin u s-Sorijiet kienu jaghmlu korporali li kienu jaghtuhom lill-knejjes ta' madwarhom. Hekk inholoq mod gdid ta' relazzjoni man-nies. Kien hemm aktar imhabba, kienet forma anti-ekonomika imma li tiffavorixxi l-karità. L-ghazla ta' Klara hija pozittiva: riedet timmedezima ruhha ma' Kristu fqir u msallab. Habbet ukoll lill-bnedmin li fil-fond huma essenzjalment foqra u ghandhom bzonn il-grazzja u l-hniena ta' Alla.
Talb Klara kienet dik il-mara li titlob. Saret ikona ta' Marija. Nistghu nghidu li fi Klara kienu jibrillaw dawk l-erba' punti li l-Papa Pawlu VI urihomlna bhala erba' faccati tal-hajja ta' Marija: "virgo audiens, orans, pariens, offerens".
Xebba li tisma (Virgo Audiens) Klara kienet il-mara li tisma' l-Kelma ta' Alla, attenta ghall-Kelma ta' Alla, tircievi u tghozz il-Kelma ta' Alla f'qalbha. San Frangisk baghat tislima lil Klara u lil shabna li fiha xebbahhom ma' Marija: "Intom sirtu ulied u qaddejja tal-Missier l-izjed gholi u tgharrastu ma' l-Ispirtu s-Santu" din hija alluzjoni cara ghall-moment ta' l-Inkar-nazzjoni, meta nizel l-Ispirtu s-Santu f'Marija u l-Iben ta' Alla sar bniedem fil-guf taghha.
Xebba li titlob (Virgo orans) Marija hija dik li titlob bla heda. Klara fir-Regola taghha tghid biss: "Is-Sorijiet jghidu l-Uffizzju Divin bhal ma jghiduh il-Patrijiet", l-ahwa z-zghar ta' San Frangisk. Imma mbaghad tghidilna biex ix-xoghol ikun kollu kemm hi servizz ghat-talb, li xejn ma ghandu jfixkel id-devozzjoni. Kollox ghandu jservi ghall-ghaqda ma' Alla. F'kelma wahda; kull tahbita tal-qalb, kull pass hu ghall-Mulej. Tghidilna: "Il-Mulej hu dejjem mieghek. Int ogghod dejjem mieghu". Hajti kollha moghtija lilU. Dik kienet il-hajja ta' li fuqha fasslet ruhha Klara. "Fqira minn kollox", jghid il-Papa "bhal arzella tintela' bl-Ispirtu s-Santu, ghanja b'dik il-harsa wahda biss, bla heda, li tixhet fuq Kristu, li hu l-mera tad-Divinità" (Ittra tal-Papa Gwanni Pawlu II tal-11 ta' Awwissu 1994). Bhal ma kien San Frangisk, li kif jghidilna Celano, ma kienx bniedem li jitlob imma talba maghmula bniedem.
Xebba li tircievi (Virgo pariens) Marija hija x-xebba li tircievi l-Verb u li twelldu. Klara jghidilna l-Papa, gisimha safi sar il-post fejn jghammar il-Verb. Lil Anjeze ta' Praga, tiktbilha: "Int ukoll jekk timxi fuq il-passi ta' l-omm helwa tieghu bl-umiltà u bil-faqar, fil-gisem kast u verginali tieghek iggib lil Dak li jgib lilek, jerfa' lilek u lill-holqien kollu". Gesù qal: "Min ihobbni, Missieri jhobbu u ahna nigu ghandu".
Xebba li toffri (Virgo offerens) Marija saret dik il-vergni li toffri. X'noffri? Noffri lili nnifsi l-ewwel haga, noffri kollox b'sagrificcju u bil-ferh. Fuq kollox noffrilu l-ferh li jaghtini. Gesù jaghtina ruxxmata ta' ferh. Gesù jridna nkunu qalbna ferhana, qawwija, mimlija mhabba, kollha hlewwa ma' l-ohrajn. Klara tghidilna: "Thalli ebda shaba ddallam il-ferh ta' qalbek."
Paci L-ahhar punt li semma' l-Papa f'Assisi kien li Klara hija mara tal-paci. Narawha tghaqqad fil-hbiberija taghha lil Fra Egidio ma' dak l-imghallem, Alessandro ta' Hales. Hdejn is-sodda tal-mewt kollha lill-ewwel shab ta' San Frangisk: Frate Angelo, Frate Rinaldo, Frate Bernardo, Frate Masseo. U ssemmi bir-rispett lil Frate Elia u tghid lil Anjeze ta' Praga biex taghmel dak li jghidilna hu. Klara hija dik il-bniedma li tghaqqad.
Ghaliha l-essenza hija l-ispirtu ta' San Frangisk. Klara hija forza li tghaqqad u ggib il-paci. Fil-qalba ta' l-Ordni hija "centripetal force" f'nofs l-energija ta' dik li hija "centrifugal force" ta' espansjoni u ta' vitalità fid-diversità tal-forom. Bhal sigra immensa b'hafna frieghi. Klara thares lejn dak li hu essenzjali. Nistghu napplikawlha l-motto tal-Papa Gwanni XXIII fil-Koncilju: "F'dak li hu essenzjali unità, f'dak li mhux essenzjali libertà, u fuq kollox karità." Ghax il-karità hi l-qofol tal-perfezzjoni.
Klara tikkomunika l-ferh Klara hija figura illi tikkomunika l-ferh. Hija wahda mill-prezenzi l-aktar nobbli ta' l-istorjagrafija. L-ittri taghha jtajru`l-ferh. Kemm il-darba tohrog b'din il-kelma fl-ittri taghha: "Nifrah.... u xejn ma jista' jfixkilli l-ferh tieghi... Nifrah bil-grazzja li gieghda tikber fik.... nifrah ghall-vokazzjoni tieghek.... nifrah ghax qed narak tirbah lix-xitan li tant johloq nases u tant ifixkel lill-bnedmin."
Huwa ferh genwin. Ferh ta' ruh li hija libera minn dak kollu li jtaqqal. "Thalli l-ebda shaba ddallam il-ferh ta' qalbek". Ferh ta' ruh rikonoxxenti, ta' ruh fqira. Ghax il-fqar biss jistghu jifirhu ghax biex tifrah tassew trid qalb safja. Dawk li huma mimlija bl-affarijiet u l-gid tad-dinja ma jafux jifirhu. Biex il-bniedem jimmeravilja ruhu jrid ikollu qalb tassew fqira, qalb vojta, qalb nadifa, qalb bhal tat-tfal. L-ispirtu tal-faqar jghinek taghraf kemm hi kbira l-generozità it-tjubija u s-sbuhija ta' Alla u tifrah. Tifrah bid-doni li tara fik u fl-ohrajn. Tifrah u tirringrazzja dejjem lil Alla ghax Hu li jaghti u jqassam u ahna membri ta' xulxin u ta' gisem wiehed.
Klara ghandha tassew messagg elokwenti, qawwi w attwali ghad-dinja. U hi kollha kemm hija rilevanti jekk ghandna ghajnejn biex naraha u widnejn biex nisimghuha.
Dan L-artiklu li gie pprovdut mill-Klarissi f'Malta fis-7 ta' Gunju 2003 inkieteb fl-okkazjoni tat-800 sena mit-Twelid ta' Santa Klara fl-1993 Assisi 4.7.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |