![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | ||
Il-Klarissi - Messagg Vokazzjonali imhejji mis-sorijiet Klarissi Min huma l-Klarissi?
Il-karatteristika ta' l-Ordni, jew ahjar il-karizma specjali li l-Ispirtu s-Santu ta lil San Frangisk u lil Santa Klara biex bih jistghu jaqdu qill-Knisja, hu l-faqar. Il-Klarissi jaghzlu hajja semplici ghax "Gesù Kristu li kellu n-natura ta' Alla, ma qaghadx ifittex tieghu li hu daqs Alla, imma tnezza' minn kollox, billi ha n-natura ta' lsir, sar jixbah lill-bniedem u deher minn barra bhal bniedem: cekken lilu n-nifsu, billi obda sal-mewt anzi sal-mewt tas-salib"
Il-Klarissi jiccaddu kompletament mill-gid tad-dinja u mix-xewqa li jipposjedu, biex hielsa minn kull rabta tad-dinja jkunu jistghu jinghataw ghall-qadi tas-Saltna t'Alla.
F'dan id-dawl ukoll, il-voti ta' l-ubbidjenza u tal-kastità jservu biex hielsa minn kull xewqa, kull rieda, kull holma tal-qalb, hielsa mill-"jiena", ikunu jistghu jintelqu f'idejn Alla biex jaghmlu r-rieda tieghu, u jhobbu lil Kristu u lil-ohrajn.
Il-Klarissi ghandhom ukoll il-vot tal-klawsura. Dan ifisser li qatt ma johorgu mill-monasteru hlief ghal ragunijiet specjali. B'hekk jinghataw kompletament ghall-qadi t'Alla. Jiccahdu mill-apostolat, u jaghzlu l-hajja komtemplattiva ghax jemnnu fil-valur tant kbir ta' din il-hajja ghall-gid tal-Knisja kollha. Il-Klarissi hallew id-dinja precizament ghax ihobbu lid-dinja.
Is-Sorijiet Esterni Ta' min isemmi li fl-Ordni tal-Klarissi hemm sorijiet li ma jiehdux il-vot tal-Klawsura u jistghu johorgu barra ghall-qadi u x-xiri.
Dawn is-Sorijiet jaghmlu haga wahda ma' dawk tal-Klawsura. Ikantaw l-Ufficcju fil-kor flimkien, jieklu u jaghmlu rikrejazzjoni flimkien. Huma Klarissi Esterni. Huma li jilqghu n-nies u li jaghmlu l-kuntatti kollha ma' barra.
Il-monasteru tal-Klarissi f'Regional Road minn fejn jghaddi t-traffiku bil-lejl u bin-nhar, huwa bhal fanal mixghul, xhieda ta' fidi f'Alla li jahdem bil-mohbi u b'modi misterjuzi fil-qlub tal-bnedmin.
Fl-Ghanja tal-Hlejjaq, San Frangisk ifahhar lil Alla "f'huna l-ilma, irzin u safi wisq, mehtieg qatigh". L-ilma jinzel 'l isfel biex jilhaq u jsaqqi l-eghruq tal-pjanti mohbija taht il-hamrija. Hekk ukoll il-Klarissi jghaddu hajjithom fis-skiet u fil-mohbi bhal ilma safi li jsaqqi l-eghruq tal-umanità.
Kif jghixu l-Klarissi?
It-talb
Gesù
fl-Ewkaristija huwa l-qalba, jew ahjar dak li jaghti
Xoghol
Il-Klarissi jahdmu biex jghixu
bhal ma jahdem min ma
Rikrejazzjoni
Il-Klarissi
ghandhom ukoll hin liberu u hin
Ghalfejn il-Klarissi?
Din l-ghajnuna hija doppja: L-ewwelnett billi tfakkar li Alla huwa l-ewwel u qabel kollox, li Huwa dak li Hu, fuq kulhadd, u hekk monasteru ta' hajja kontemplattiva ghandu missjoni li jzomm il-bilanc f'dinja zbilancjata bl-attivizmu taghha.
It-tieni hija dik l-ghajnuna li tinghata bil-qawwa tat-talb. Mur ghoddhom dawk kollha li jzuru l-monasteru, u t-telefonati li jircievu l-Klarissi. Dan ifisser li t-talb huwa qawwa tassew, u kbir hu l-ghadd ta' dawk li jemmnu fih.
Min hu msejjah biex ikun Klarissa? Is-sejha li taqdi lil Alla fil-Knisja bhala Klarissa hi rigal ta' Alla, li hadd ma jimmeritah u huwa biss bil-grazzja Tieghu li wahda tista' tghix din il-vokazzjoni. Imma kull tfajla f'sahhitha u bi kwalitajiet mehtiega tal-mohh u tal-qalb tista' tinghata din is-sejha.
Dan L-artiklu li gie ppubblikat f'Leaflet Vokazzjonali mill-Klarissi f'Malta Assisi 4.7.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
||
![]() |