![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Sorijiet Klarissi Ghawdxin Dun Eddie Zammit jintervista lil Madre Rose Therese Ellis tas-Sorijiet Klarissi ta' San Giljan, komunità tas-sorijiet kontemplattivi li tilqa' fiha 10 sorijiet Ghawdxin 1. Madre, intom maghrufa bhala s-Sorijiet klarissi. Intom timxu fuq spiritwalità frangiskana. Tista' taghtina hjiel fil-qosor tal-istorja tal-Ordni taghkom?
2. B'differenza tal-komunitajiet ta' religjuzi ohrajn, intom ghandkom is-sejha tal-kontemplazzjoni li maghha tinghaqad il-klawsura, jigifieri intom marbutin li ma tohorgux barra mill-kunvent jekk mhux ghal bzonn kbir. X'hemm partikulari fil-karizma taghkom, u kemm thoss li ghadha attwali s-sejha taghkom fid-dinja tal-lum?
Iva, l-Mulej lilna sejhilna sabiex nghixu 'l boghod mid-dinja u dan mhux biex nahsbu ghall-qdusija taghna biss. Jekk ahna rtirajna mid-dinja dan ghamilnih, sabiex insiru rigal ghad-dinja. Dan ma jfissirx li qeghdin gharkubbtejna l-hin kollu, izda kollox huwa orjentat ghat-tfittxija t'Alla. Fil-hajja taghna hemm bilanc sabih ta' talb, hidma u mistrieh. Infittxu li nghixu fil-prezenza t'Alla l-hin kollu sew jekk inkunu fil-kappella ghat-talb, sew jekk inkunu nahdmu jew nistriehu.
Dak li jaghmilna differenti minn sorijiet ohra hi n-nota tas-semplicità li timmarkana u tbeghdna minn kulma hu zejjed jew lussus, infittxu li nharsu lejn Kristu fqir tal-Vangelu kif theggigna Santa Kljara: "Harsu lejH, immeditawH, ikkontemplawH u nbidlu fiH".
Iktar minn qatt qabel, is-sejha taghna ghadha attwali. F'dinja li qed twarrab lil Alla u tfittex li tghix minghajru, il-hajja taghna turi l-primat u l-ezistenza tieghu. Il-hajja taghna turi ukoll li Hu biss il-ghajn ta' kull ferh u paci. Li tghix minghajr Alla u 'l boghod minnu jfisser li tghix fil-mizerja.
3. X'inhu l-programm tal-hajja taghkom? Barra mit-talb u l-kontemplazzjoni ikollkom mumenti ta' mistrieh u rikreazzjoni flimkien? Kif tharsu lejn id-dinja barra mill-kunvent taghkom?
Id-dinja ghalina hija l-familja taghna. Ninteressaw hafna ruhna dwar x'ikun ghaddej fid-dinja sabiex inressquh quddiem Alla fit-talb taghna. Dwar l-ahbarijiet ninfurmaw ruhna permezz tal-gazzetti lokali, u anke rivisti li nircievu minn barra.
4. Intom taghtu
hafna mportanza lit-talb kif ukoll lis-silenzju fil-
Kull wahda minna li giet hawn b'ispirazzjoni divina tapprezza hafna l-mumenti ta' talb li matulhom issahhah ir-rapport taghha mal-Mulej li sejhilha sabiex tkun tieghu. Fis-skiet tal-qalb taghna nisimghuh jghidilna: "Inti tieghi", u fis-skiet u matul il-hin tat-talb naghtuh ic-cans li jkellimna u jaghmilna iktar tieghu.
5. Il-prezenza taghkom f'Malta ma tmurx lura hafna snin. Kif kien il-bidu tal-komunità tal-Klarissi f'Malta?
Is-Sorijiet Klarissi gew Malta fl-1914 fl-Ewwel Gwerra Dinjija meta l-komunità Franciza tas-Sorijiet Klarissi li kienu jghixu gewwa Nazareth kienu mkeccija mal-Francizi kollha u spiccaw Malta bhala refugjati. Meta spiccat il-gwerra, fuq ix-xewqa ta' l-Arcisqof ta' dak iz zmien Mons Mauro Caruana baqghu erba' sorijiet sabiex jaghmlu fondazzjoni. Fil-bidu kienu joqghodu f'dar zghira f'Haz-Zabbar, imbaghad gew jghixu f'San Giljan sakemm fl-1935 dahlu f'dan il-monasteru fejn qeghdin illum, iddedikat lil Gesù Bambin ta' Praga. Il-monasteru hu rigal ta' hafna benefatturi li ghenu lill-komunità u ghadhom jghinuha. Il-Mulej ibierek il-karità taghhom u ahna nweghduhom dejjem it-talb taghna ghalihom u ghall-familji taghhom.
6. F'dan il-kunvent hemm il prezenza ta' diversi sorijiet Ghawdxin, jekk m'inhix nizbaljal kwazi terz tal-komunità kollha. Kif nibtet din ir-rabta bejn il-kunvent taghkom u Ghawdex? Minn fejn huma gejjin is-sorijiet Ghawdxin?
Jiena kont l-ewwel Ghawdxja li nghaqadt mas-sorijiet Klarissi wara l-Koncilju. Dan kien fl-1967 u kien permezz ta' Mons. Rosario Borg li kien qalli bihom wara li kien gie jzurhom. Warajja, bil-ghajnuna tieghu u ta' diversi sacerdoti ohra, dahlu d-disgha l-ohra. Is-sorijiet Ghawdxin gejjin: tnejn mir-Rabat, tlieta mix-Xewkija, wahda mill-Fontana, wahda mill-Gharb, wahda minn San Lawrenz, wahda min-Nadur, u wahda mill-Qala.
7. Din is-sena qeghdin ticcelebraw festi centenarji b'konnessjoni ma' Santa Klara. X'messagg tixtieq taqsam mal-qarrejja taghna, specjalment ma' dawk li xi darba jistghu jhossu s-sejha ghal din il-hajja ta' talb u kontemplazzjoni?
Iva, din is-sena ser infakkru is-750 sena mill-mewt ta' Santa Klara fl-1253. Ic-Centinarju jibda f'Hadd il-Palm, dak in-nhar li Santa Klara harbet mid-dar sabiex tmur tinghaqad ma' San Frangisk u tibda l-hajja evangelika fil-kunvent ta' San Damjan gewwa Assisi.
Lill-gheziez qarrejja ta' "Il-Hajja f'Ghawdex", nixtieq inheggighom sabiex ikomplu jghixu d-don tal-fidi minkejja l-isfidi kollha tad-dinja materjalista u moderna li qed nghixu fiha. Il-problemi huma parti mill-hajja. Huma inevitabbli, izda bil-ghajnuna t'Alla, bil-fidi fil-qawwa tieghu, jkollna soluzzjoni ghal kull inkwiet li jitfacca. Inheggighom sabiex jirrikorru ghand Alla, il-Madonna, u jaghtuhom post centrali fil-familja taghhom. Il-genituri jghallmu lil uliedhom jitolbu u jemmnu fil-valur qawwi tat-talb. X'differenza tkun il-hajja taghna meta Alla jkun prezenti! Tkunux boloh! Titilfux is-sbuhija tal-fidi nisranija u l-kuragg li taghtina specjalment fil-mument tal-prova. Tghallmu ukoll tfahhru u tirringrazzjaw lil Alla li minnu jaslilna kull gid. Hekk ikollkom il-barka tieghu.
Liz-zghazagh li l-Mulej qed isejjah ghalih, nifirhilhom minn qalbi. Mill-esperjenza tieghi nista' nghidilhom li f'hajja ddedikata lil Alla hemm hafna ferh u paci jistennewhom. Niehu l-okkazjoni li f'kaz li xi tfajla tixtieq tipprova l-hajja taghna billi tghaddi xi gurnata maghna, tista' ccempel fuq in-numru 21383341 jew tikteb f'dan l-indirizz: Sorijiet Klarissi, Monasteru Santa Klara, Triq Mikiel Anton Vassalli, San Giljan, SGN 02.
Il-Paci tal-Mulej maghkom! Dan L-artiklu li gie ppubblikat fir-Rivista Il-Hajja f'Ghawdex, nru 847, Marzu 2003, pp 12-15. Assisi 4.7.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |